This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Refund of VAT: taxable persons established in another EU country
Rifużjoni tal-VAT: persuni taxxabbli stabbiliti f’pajjiż ieħor tal-UE
Rifużjoni tal-VAT: persuni taxxabbli stabbiliti f’pajjiż ieħor tal-UE
Rifużjoni tal-VAT: persuni taxxabbli stabbiliti f’pajjiż ieħor tal-UE
SOMMARJU TA’:
XI JKUN L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Tistabbilixxi r-regoli ddettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, is-sistema komuni tal-UE għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni* iżda stabbiliti f’pajjiż ieħor tal-UE.
PUNTI EWLENIN
Id-direttiva tapplika għal kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni (iżda stabbilita f’pajjiż ieħor tal-UE) li, tul il-perjodu ta’ rifużjoni:
Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jirrimborsaw lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-pajjiż li jkun (iżda stabbilita f’pajjiż ieħor tal-UE) kwalunkwe VAT imposta fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi fornuti lilha minn persuni oħra taxxabbli f’dak il-pajjiż tal-UE jew fir-rigward ta’ oġġetti importati f’dak il-pajjiż meta dawn jintużaw għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet elenkati fid-Direttiva 2006/112/KE.
Biex tkun eliġibbli għal rifużjoni fil-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni, persuna taxxabbli mhux stabbilita f’dak il-pajjiż jeħtiġilha twettaq tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal dritt ta’ tnaqqis fil-pajjiż tal-UE ta’ stabbiliment tagħha stess. Meta persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni twettaq, fil-pajjiż tal-UE li fih hija stess tkun stabbilita, kemm tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal dritt ta’ tnaqqis kif ukoll tranżazzjonijiet li ma jagħtux lok għal dritt ta’ tnaqqis f’dak il-pajjiż, il-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni jħallas biss il-proporzjon ta’ VAT li jkun rimborsabbli.
Applikazzjoni għal rifużjoni
Din id-direttiva tintroduċi proċedura għalkollox elettronika. Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni (iżda stabbilita f’pajjiż ieħor tal-UE) tibgħat applikazzjoni elettronika għal rifużjoni lill-pajjiż tal-UE ta’ rifużjoni permezz tal-portal elettroniku tal-pajjiż tal-UE tagħha stess. L-applikazzjoni għal rifużjoni tirrigwarda l-VAT fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi fatturati tul il-perjodu ta’ rifużjoni u l-oġġetti importati tul il-perjodu ta’ rifużjoni.
L-Applikazzjoni għal rifużjoni trid tiġi sottomessa lill-pajjiż tal-UE ta’ stabbiliment qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara l-perjodu ta’ rifużjoni. Bi prinċipju, l-ammont ta’ rifużjoni tal-VAT li għalih issir l-applikazzjoni m’għandux ikun inqas minn €400 (jew €50 fil-każijiet fejn ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet). Jekk il-pajjiż idewwem il-ħlas tar-rifużjoni, l-applikant ikun intitolat għal mgħax fuq l-ammont ta’ rifużjoni. Il-pajjiż tal-UE ta’ stabbiliment jeħtieġlu jibgħat lill-applikant konferma elettronika li jkun irċeviha mingħajr dewmien.
META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Ilha tapplika mill-20 ta’ Frar 2008 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 2010. Dan iħassar id-Direttiva 79/1072/KEE.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, pp. 23-28)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/9/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 29, 1.2.2012, pp. 13-32)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 79/2012 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.1997, pp. 1-18)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 19.10.2018