EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Assessment of the effects of projects on the environment (EIA)
Valutazzjoni tal-effetti tal-proġetti fuq l-ambjent (VIA)
Valutazzjoni tal-effetti tal-proġetti fuq l-ambjent (VIA)
Magħruf bħala d-Direttiva VIA, id-direttiva għandha l-għan li tiżgura:
Dan l-għan jinkiseb billi jiġi żgurat li titwettaq valutazzjoni ambjentali ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati elenkati fl-Annessi I u II tad-direttiva (ajruporti, installazzjonijiet nukleari, ferroviji, toroq, installazzjonijiet għar-rimi tal-iskart, impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, eċċ.).
Id-Direttiva VIA tapplika għal firxa wiesgħa ta’ proġetti pubbliċi u privati.
Id-Direttiva 2011/92/UE tiddefinixxi l-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) li jiżgura li l-proġetti li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent jiġu soġġetti għal valutazzjoni, qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom.
Il-leġiżlazzjoni emendatorja (id-Direttiva 2014/52/UE) ġiet adottata fl-2014. F’konformità mal-ispinta għal regolamentazzjoni aktar intelliġenti, hija:
L-emendi ewlenin huma:
Il-proċess tal-VIA
Il-proċess tal-VIA jopera kif ġej:
Konsultazzjonijiet pubbliċi
Il-konsultazzjoni mal-pubbliku hija karatteristika ewlenija tal-proċess tal-VIA. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni pubblika effettiva, ir-rapport tal-VIA u informazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti kmieni kemm jista’ jkun. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku, b’avviżi pubbliċi, twaħħil ta’ avviżi jew permezz tal-gazzetti lokali.
Responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu fi żmien raġonevoli jekk japprovawx il-proġett jew le. Għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, kif ukoll lill-korpi ambjentali, lokali u reġjonali, il-kontenut ta’ deċiżjoni pożittiva, inklużi r-raġunijiet ewlenin għall-approvazzjoni tagħhom u kwalunkwe kondizzjonijiet ambjentali jew kondizzjonijiet oħra li huma jorbtu magħhom. Jekk jirrifjutaw il-kunsens għall-iżvilupp, għandhom jispjegaw għaliex.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet aktar stretti u jiffissaw penali għal kwalunkwe ksur.
Id-Direttiva 2011/92/UE ilha tapplika mis- 17 ta’ Frar 2012. Din tikkodifika 4 direttivi preċedenti (85/337/KEE, 97/11/KE, 2003/35/KE and 2009/31/KE) li l-ewwel waħda saret liġi fil-pajjiżi tal-UE fit-3 ta’ Lulju 1988.
L-emenda tad-Direttiva 2014/52/UE ilha tapplika mill-25 ta’ April 2014 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sas- 16 ta’ Mejju 2017.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26, 28.1.2012, pp. 1-21)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2011/92/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss
l-aħħar aġġornament 23.07.2018