Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Eżenzjoni għal ftehim ta’ provvista vertikali u għal ftehim tad-distribuzzjoni

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Eżenzjoni għal ftehim ta’ provvista vertikali u għal ftehim tad-distribuzzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 330/2010 — applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma

L-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT U TAL-ARTIKOLU 101 TAT-TFUE?

L-Artikolu 101(1) TFUE jipprojbixxi ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-UE u li jipprevjenu, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, ftehimiet li joħolqu benefiċċji biżżejjed biex jegħlbu l-effetti anti-kompetittivi huma eżentati minn din il-projbizzjoni skont l-Artikolu 101(3) TFUE.

Ir-regolament jagħti eżenzjoni fi blokk mill-Artikolu 101(1) TFUE għal ftehimiet vertikali * li jissodisfaw ċerti rekwiżiti. Dawn il-ftehimiet jistgħu, pereżempju, jgħinu lil manifattur biex jidħol f’suq ġdid, jew jevitaw is-sitwazzjoni fejn distributur “ japprofitta ruħu” mill-isforzi promozzjonali ta’ distributur ieħor, jew jippermettu lil fornitur jiddeprezza investiment magħmul għal klijent partikolari.

PUNTI EWLENIN

Rekwiżiti għall-applikazzjoni tar-regolament

Ċerti rekwiżiti jridu jiġu ssodisfati qabel ma ftehim vertikali partikolari jiġi eżentat mill-Artikolu 101(1) TFUE:

  • il-ftehim ma fih l-ebda waħda mir-restrizzjonijiet “fundamentali” stabbiliti fir-regolament;
  • irid ikun hemm limitu tas-sehem tas-suq ta’ 30 % kemm għall-fornituri kif ukoll għax-xerrejja;
  • ir-regolament fih kundizzjonijiet relatati ma’ 3 restrizzjonijiet speċifiċi.

Restrizzjonijiet “fundamentali”

Hemm 5 restrizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni tal-ftehim kollu mill-benefiċċju tar-regolament, anke jekk l-ishma tas-suq tal-fornitur u x-xerrej huma taħt it-30 %. Dawn huma kkunsidrati bħala restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni minħabba l-ħsara li x’aktarx jikkawżaw lill-konsumaturi. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn se jiġu pprojbiti u huwa kkunsidrat mhux probabbli li l-ftehimiet vertikali li jkun fihom dawn ir-restrizzjonjiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE:

  • 1.

    il-fornituri mhumiex permessi jiffissaw il-prezz (minimu) li bih id-distributuri jistgħu jerġgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom (manteniment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid);

  • 2.

    it-tqassim tas-suq skont it-territorju jew skont il-klijent huwa pprojbit. Id-distributuri jridu jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu fejn u lil min ibiegħu. Ir-regolament fih eċċezzjonijiet għal din ir-regola, li, pereżempju, jippermettu lill-kumpaniji joperaw sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva jew sistema ta’ distribuzzjoni selettiva;

  • 3.

    distributuri magħżula, filwaqt li huma pprojbiti li jbigħu lil distributuri mhux awtorizzati, ma jistgħux jiġu ristretti fl-utenti finali li lilhom jistgħu jbiegħu;

  • 4.

    distributuri magħżula jridu jibqgħu ħielsa li jbiegħu jew jixtru l-oġġetti tal-kuntratt lil jew mingħand distributuri magħżula oħrajn fin-netwerk;

  • 5.

    ftehim bejn manifattur ta’ partijiet ta’ rikambju u xerrej li jinkorpora dawn il-partijiet fil-prodotti tiegħu stess ma jistax jipprevjeni jew jirrestrinġi l-bejgħ mill-manifattur ta’ dawn il-partijiet ta’ rikambju għal utenti finali, sewwejja indipendenti jew fornituri ta’ servizzi.

Il-limitu tas-sehem tas-suq ta’ 30 %

Ftehim vertikali huwa kopert b’dan ir-regolament jekk la l-fornitur u lanqas ix-xerrej tal-prodotti jew tas-servizzi ma jkollhom sehem mis-suq li jaqbeż it-30 %. Għall-fornitur, huwa s-sehem tas-suq tiegħu fis-suq tal-provvista rilevanti, jiġifieri s-suq li fih ibiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li huwa deċiżiv għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni ta’ kategorija Għall-fornitur, huwa s-sehem tas-suq tiegħu fis-suq tal-provvista rilevanti, jiġifieri s-suq li fih ibiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li huwa deċiżiv għall-applikazzjoni tar-regolament ta’ eżenzjoni.

Ir-restrizzjonijiet esklużi

Ir-regolament japplika għar-restrizzjonijiet vertikali kollha minbarra dawk imsemmija hawn fuq. Madankollu, jimponi kundizzjonijiet speċifiċi fuq 3 restrizzjonijiet vertikali:

  • obbligi li ma jikkompetux matul il-kuntratt;
  • obbligi li ma jikkompetux wara t-terminazzjoni tal-kuntratt;
  • l-esklużjoni ta’ ditti speċifiċi f’sistema ta’ distribuzzjoni selettiva.

Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, dawn ir-restrizzjonijiet vertikali huma esklużi mill-eżenzjoni mir-regolament. Madankollu, ir-regolament ikompli japplika għall-bqija tal-ftehim vertikali jekk dik il-parti tista’ topera indipendentement mir-restrizzjonijiet vertikali mhux eżentati.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll linji gwida dwar restrizzjonijiet vertikali. Dawn jiddeskrivu l-approċċ meħud lejn ftehimiet vertikali mhux koperti mir-regolament.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa applika mill-1 ta’ Ġunju 2010 u se jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2022.

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ftehimiet vertikali: ftehimiet għall-bejgħ u x-xiri ta’ oġġetti jew servizzi bejn kumpaniji li joperaw f’livelli differenti tal-katina tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni, pereżempju, ftehim ta’ distribuzzjoni bejn il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa jew bejjiegħa bl-imnut.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, pp. 1-7)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88-89)

DOKUMENTI RELATATI

Linji Gwida dwar Restrizzjonijiet Vertikali (ĠU C 130, 19.5.2010, pp. 1-46)

l-aħħar aġġornament 08.05.2020

Top