Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-promozzjoni tal-multilingwiżmu fl-UE

Il-promozzjoni tal-multilingwiżmu fl-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Kommunikazzjoni (COM(2005) 596 finali) — Strateġija ta’ Qafas Ġdida għall-Multilingwiżmu

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Il-komunikazzjoni tiddeskrivi l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea (UE) u tipproponi għadd ta’ azzjonijiet speċifiċi.

PUNTI EWLENIN

Il-multilingwiżmu jirreferi kemm għall-abbiltà ta’ persuna li tuża diversi lingwi kif ukoll għall-koeżistenza ta’ komunitajiet ta’ lingwi differenti f’żona ġeografika waħda.

Il-politika tal-multilingwiżmu tal-Kummissjoni għandha 3 għanijiet:

  • li tinkoraġġixxi t-tagħlim tal-lingwi u tippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà;
  • li tippromwovi ekonomija multilingwi;
  • li tagħti aċċess liċ-ċittadini għall-informazzjoni tal-UE bil-lingwi tagħhom stess.

Din il-komunikazzjoni tistabbilixxi diversi modi biex tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika, li jinkludu:

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex:

Ekonomija multilingwi

Il-Kummissjoni tipproponi dan li ġej għall-iżvilupp tal-ekonomija multilingwi:

  • l-istudju tal-impatt tan-nuqqas ta’ ħiliet lingwistiċi fuq l-ekonomija tal-UE;
  • l-istudju tal-potenzjal għal użu akbar tas-sottotitli għal vidjows għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi;
  • il-promozzjoni tal-bażi ta’ data tat-Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa (IATE, Inter-Agency Terminology Exchange) tat-termini tal-UE;
  • l-organizzazzjoni ta’ konfererenzi universitarji dwar it-taħriġ għat-tradutturi;
  • it-teħid tal-inizjattiva biex sorsi multimedjali jsiru aktar faċli biex jintużaw;
  • il-koordinazzjoni tax-xogħol tar-riċerkaturi f’teknoloġiji tal-lingwa umana, traduzzjoni awtomatika u riżorsi ta’ dizzjunarji.

It-traduzzjoni u l-interpretar

  • L-użu dejjem akbar tat-traduzzjoni awtomatika jenfasizza l-importanza tal-element uman biex jiġu pprovduti kemm traduzzjoni ta' kwalità kif ukoll żviluppi fit-traduzzjonijiet bħall-Istandard Ewropew ta’ Kwalità għas-Servizzi ta’ Traduzzjoni.
  • Id-domanda għall-interpreti qiegħda tiżdied, b'mod partikolari f’organizzazzjonijiet internazzjonali. Bl-appoġġ tal-komunitajiet ta’ immigranti f’negozjati uffiċjali, huma jikkontribwixxu wkoll biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet demokratiċi.

Il-Multilingwiżmu u ċ-Ċittadini tal-UE

Il-Kummissjoni għandha għadd ta’ inizjattivi multilingwi biex tgħin liċ-ċittadini jifhmu d-drittijiet tagħhom u kif il-leġiżlazzjoni Ewropea taffettwahom. Il-Kummissjoni tipproponi li:

  • tiżgura li d-departimenti tagħha kollha japplikaw il-politika tal-multilingwiżmu b’mod koerenti;
  • tkompli trawwem il-multilingwiżmu fil-portal web (Europa) u fil-pubblikazzjonijiet tagħha;
  • tniedi Languages portal on Europa; (Portal tal-lingwi fuq Europa)
  • torganizza seminars dwar il-multilingwiżmu;
  • tkompli toffri għotjiet u assistenza għat-tagħlim lill-universitajiet għall-interpretar fil-konferenzi, għodod ta’ tagħlim mill-bogħod, boroż ta’ studju u żjarat;
  • tappoġġja l-programmi Masters Ewropej fl-Interpretar u l-Maniġment tal-Konferenzi;
  • ikompli jkollha rwol attiv fil-Laqgħa Annwali Internazzjonali dwar l-Arranġamenti tal-Lingwi, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjoni;
  • tkompli tappoġġja programmi universitarji Masters fit-traduzzjoni;
  • torganizza kompetizzjoni tat-traduzzjoni għal skejjel internazzjonali biex tippromwovi l-għarfien tal-lingwi u l-professjonijiet fil-lingwi.

Il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Multilingwiżmu magħmul minn esperti indipendenti, li pproduċa r-rapport finali tiegħu fl- 2007. Fil-bidu tal-2008, saret konferenza ministerjali dwar il-multilingwiżmu li ppermettiet lill-pajjiżi tal-UE biex jirrappurtaw fuq il-progress u jippjanaw xogħol futur. Iktar tard fl-istess sena, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni oħra li tipproponi approċċ komprensiv għal multilingwiżmu fl-UE.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija ta’ Qafas Ġdida għall-Multilingwiżmu (COM(2005) 596 finali, 22.11.2005)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni (COM(2008) 566 final, 18.9.2008)

l-aħħar aġġornament 14.11.2016

Top