Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Eurydice - In-netwerk Ewropew dwar informazzjoni fuq sistemi u politiki dwar l-edukazzjoni

Eurydice - In-netwerk Ewropew dwar informazzjoni fuq sistemi u politiki dwar l-edukazzjoni

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tal-Ministri għall-Edukazzjoni dwar in-Netwerk Edukattiv Informattiv ta' Eurydice

X'INHU L-GĦAN TAR-RIŻOLUZZJONI

Huwa jfittex li jirrinforza u jiżviluppa n-netwerk ta' Eurydice, li jipprovdi informazzjoni dwar strutturi, sistemi u żviluppi nazzjonali u Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni.

PUNTI EWLENIN

  • In-Netwerk ta' Eurydice jipprovdi sors vast ta' informazzjoni komparabbli dwar is-sistemi u l-politiki tal-edukazzjoni Ewropej u firxa kbira ta' analiżijiet komparattivi fuq suġġetti varji tas-sistemi tal-edukazzjoni. In-netwerk jappoġġa kooperazzjoni Ewropea bbażata fuq l-evidenza fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.
  • Bħalissa, Eurydice jinkludi 42 unità nazzjonali bbażati fit-38 pajjiż kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm Erasmus+.
  • L-informazzjoni pprovduta mill-unitajiet nazzjonali tal-Eurydice tinkludi informazzjoni li għandha x'taqsam ma' dokumenti uffiċjali, bħal liġijiet, digrieti, regolamenti u rakkomandazzjonijiet. Din l-informazzjoni hija kkombinata mill-unità ċentrali ta' Eurydice (ibbażata fi Brussell) ma' sorsi ta' dejta oħrajn - bħal dejta statistika mill-Eurostat, id-database tal-UOE (database konġunta tal-UNESCO, OECD u tal-Eurostat) u r-riżultati tal-istħarriġ tal-edukazzjoni internazzjonali - sabiex jiġu prodotti rapporti finali.
  • Permezz tax-xogħol tiegħu, il-Eurydice jimmira li jippromwovi l-fehim, il-kooperazzjoni, il-fiduċja u l-mobilità fuq livell Ewropew u fuq livell internazzjonali. In-netwerk jikkonsisti minn unitajiet nazzjonali li jinsabu f'pajjiżi Ewropej u huwa kkoordinat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tal-UE (EACEA).
  • Il-pubblikazzjonijiet kollha ta' Eurydice huma disponibbli bla ħlas fuq is-sit elettroniku ta' Eurydice jew f'verżjoni stampata fuq talba.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara:

DOKUMENT EWLIENI

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tal-Ministri tal-Edukazzjoni, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tas-6 ta’ Diċembru 1990, dwar in-Netwerk ta' Informazzjoni Eurydice fil-Komunità Ewropea (ĠU C 329, 31.12.1990 p. 23-24)

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport li jħassar Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013 p. 50-73)

l-aħħar aġġornament 11.07.2016

Top