Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer

Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2406 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Persuni u entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet

Id-deċiżjoni u r-regolament jimmiraw lil dawk il-persuni u l-entitajiet, flimkien mal-assoċjati tagħhom, responsabbli:

  • għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tan-Niġer;
  • li jdgħajfu l-ordni kostituzzjonali fin-Niġer;
  • li jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fin-Niġer, inkluż id-detenzjoni arbitrarja ta’ awtoritajiet eletti demokratikament tan-Niġer;
  • għall-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti fin-Niġer li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.

Miżuri restrittivi

Dawn il-persuni u l-entitajiet huma soġġetti għal:

  • l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, inkluż projbizzjoni fuq l-għoti ta’ fondi lil tali persuni u entitajiet;
  • rifjut ta’ dħul fit-territorju tal-UE.

Il-persuni soġġetti għal dawn il-miżuri huma elenkati fl-annessi għar-regolament u d-deċiżjoni. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi dwar bidliet għal dik il-lista.

Eżenzjonijiet

Kemm id-deċiżjoni kif ukoll ir-regolament jippermettu eżenzjonijiet minn dawn il-miżuri li jinkludu:

  • wara r-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/331 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338, eżenzjoni legali għas-sanzjonijiet fil-forma ta’ ffriżar tal-assi għal assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, applikabbli għal ċerti persuni jew entitajiet;
  • ir-rilaxx ta’ ċerti assi ffriżati għal skopijiet leġittimi oħra bħal:
    • biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi, inkluż il-ħlas għal ikel, kiri, mediċini, taxxi u utilitajiet pubbliċi,
    • biex jitħallsu tariffi professjonali raġonevoli,
    • biex jitħallsu tariffi għaż-żamma tal-fondi ffriżati.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT?

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 u r-Regolament (UE) 2023/2406 ilhom japplikaw mill-25 ta’ Ottubru 2023.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2287 tat-23 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer (ĠU L, 2023/2287, 24.10.2023).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2406 tat-23 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer (ĠU L, 2023/2406, 24.10.2023).

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu 29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu 215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, pp. 73–117).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2015/849 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 349–496).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 1–337).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, pp. 1–101).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 15.01.2024

Top