Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Data tal-elettriku — ġenerazzjoni, trasportazzjoni u konsum

Data tal-elettriku — ġenerazzjoni, trasportazzjoni u konsum

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 543/2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza tas-swieq tal-elettriku.
  • Dan jipprevedi l-pubblikazzjoni ta’ data tal-ġenerazzjoni, tat-trasportazzjoni u tal-konsum tal-elettriku.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-Regolament jirrikjedi lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (l-ENTSO għall-Elettriku jew l-ENTSO-E) biex jistabbilixxi pjattaforma ta’ informazzjoni ċentrali. Il-pjattaforma għandha tkun disponibbli bla ħlas għall-pubbliku.
  • Il-korpi responsabbli għas-sottomissjoni tad-data għandhom jissottomettu d-data fil-ħin u tal-kwalità meħtieġa biex jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSOs) jew lil fornituri tad-data oħra biex jipproċessaw u jwasslu d-data fil-ħin lill-ENTSO-E, sabiex ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu biex jippubblika l-informazzjoni.
  • L-ENTSO-E jżomm manwal li jispeċifika kif id-data għandha tiġi standardizzata u kondiviża, kif ukoll kriterji tekniċi u operattivi u l-klassifikazzjoni xierqa tat-tipi ta’ produzzjoni tal-elettriku.
  • Id-data li għandha tinġabar u tiġi ppubblikata taqa’ taħt il-kategoriji li ġejjin:
    • tagħbija totali, jiġifieri l-elettriku kollu ġġenerat jew impurtat, wara li titnaqqas kwalunkwe esportazzjoni u enerġija mitlufa mill-ħżin tal-enerġija
    • nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ unità ta’ konsum (riżorsa li tirċievi enerġija elettrika għall-użu tagħha stess, minbarra l-operaturi tal-elettriku nfushom) ta’ 100 MW jew aktar
    • marġni ta’ previżjoni b’sena bil-quddiem, jiġifieri d-differenza bejn il-previżjoni annwali ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u l-previżjoni tat-tagħbija annwali totali massima
    • infrastruttura ta’ trażmissjoni, speċifikament data dwar tibdiliet futuri fil-proġetti tan-netwerk u l-interkonnettur inklużi l-espansjoni jew iż-żarmar ta’ grilji ta’ trażmissjoni fit-3 snin li jmiss, jekk dawn ikollhom impatt ta’ mill-inqas 100 MW fuq il-kapaċità bejn iż-żoni tal-offerti*
    • nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ infrastruttura ta’ trażmissjoni b’impatt ta’ mill-inqas 100 MV fuq il-kapaċità, b’eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-lokalità ta’ infrastruttura kritika sensittiva koperta mill-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE
    • stima u offerta ta’ kapaċitajiet transżonali, jiġifieri l-kapaċità tas-sistema interkonnessa biex tippermetti trasferiment tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti
    • użu ta’ kapaċitajiet transżonali, bħall-kapaċità (f’MW) mitluba mis-suq jew allokata għas-suq, il-prezz tagħha u d-dħul mill-irkant għal kull fruntiera bejn iż-żoni tal-offerti, skont skeda ġdida li tinkludi l-possibbiltà ta’ rappurtar f’ħin reali
    • miżuri ta’ ġestjoni tal-konġestjoni inklużi r-ridispaċċ, in-negozju kumpensatorju u l-ispejjeż involuti
    • previżjoni ta’ ġenerazzjoni, inkluż il-kapaċità tal-ġenerazzjoni għall-unitajiet ta’ produzzjoni eżistenti kollha ta’ 1 MV jew aktar u informazzjoni dwar l-unitajiet ta’ produzzjoni (eżistenti u ppjanati) b’kapaċità ta’ 100 MW jew aktar
    • nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni u produzzjoni ta’ 100 MW jew aktar
    • produzzjoni tal-ġenerazzjoni effettiva (MW) għal kull unità ta’ ġenerazzjoni ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata ta’ 100 MW jew aktar, inkluż ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u solari attwali jew stmata (MW) u rati ta’ alimentazzjoni medji fil-ġimgħa tal-impjanti kollha ta’ ħżin idroelettriku u ta’ ġibjuni tal-ilma (MWh)
    • ibbilanċjar, inkluż ir-regoli applikati, il-proċessi ta’ akkwist għal tipi differenti ta’ riżervi ta’ bbilanċjar u ta’ enerġija ta’ bbilanċjar, u l-ammont ta’ riżervi ta’ bbilanċjar taħt kuntratt (MW) mill-operaturi.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-5 ta’ Lulju 2013 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4.1 (li jikkonċerna l-pubblikazzjoni) li ġie applikat mill-5 ta’ Jannar 2015.

SFOND

Ara wkoll:

TERMINI EWLENIN

Żona tal-offerti: l-akbar żona ġeografika li fiha l-parteċipanti tas-suq tal-elettriku jistgħu jiskambjaw enerġija mingħajr ma jallokaw kapaċità.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, pp. 1-12)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, pp. 1-16)

Regolament (KE) 714/2009tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, pp. 15-35)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 714/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, pp. 75-82)

l-aħħar aġġornament 05.03.2019

Top