Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-prevenzjoni ta’ korrimenti mill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa: Il-ftehim tal-imsieħba soċjali tal-UE

Il-prevenzjoni ta’ korrimenti mill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa: Il-ftehim tal-imsieħba soċjali tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2010/32/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa minn korrimenti kkawżati minn labar u strumenti oħra li jaqtgħu billi timplimenta ftehim qafas konkluż mill-imsieħba soċjali Ewropej:

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim għandu l-għan li:

  • jikseb l-aktar ambjent ta’ xogħol sikur possibbli;
  • jipprevjeni l-korrimenti minn ħaddiema kkawżati mill-istrumenti mediċi li jaqtgħu kollha (inkluż tingiż ta’ labar);
  • jipproteġi lill-ħaddiema f’riskju;
  • jistabbilixxi approċċ ta’ politika integrata;
  • jistabbilixxi proċeduri ta’ rispons u ta’ segwitu.

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, u dawk kollha li huma taħt l-awtorità maniġerjali u ta’ superviżjoni ta’ min iħaddem.
  • Min iħaddem għandu jagħmel ukoll kull sforz biex jiżgura li s-subkuntratturi jsegwu wkoll dawn ir-regoli.
  • Postijiet tax-xogħol koperti mill-ftehim jinkludu organizzazzjonijiet/servizzi tal-kura tas-saħħa fis-settur pubbliku u privat, u kull post ieħor fejn jitwettqu servizzi/attivitajiet marbutin mas-saħħa, taħt l-awtorità maniġerjali u s-superviżjoni ta’ min iħaddem.

Approċċ integrat

Il-ftehim jistabbilixxi 11-il prinċipju li jiffurmaw il-bażi ta’ approċċ ta’ politika integrata. Huma jkopru:

  • valutazzjoni tar-riskju — li tkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn hemm korriment, demm jew materjal ieħor li huwa potenzjalment infettiv;
  • eliminazzjoni tar-riskju, prevenzjoni u protezzjoni li jinkludu:
    • eliminazzjoni tar-riskju — l-istabbiliment ta’ proċeduri sikuri għall-użu u r-rimi ta’ strumenti mediċi li jaqtgħu u skart kontaminat;
    • prevenzjoni tar-riskju — l-iżvilupp ta’ politika ta’ prevenzjoni koerenti li tkopri t-teknoloġija, l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol eċċ;
    • protezzjoni tar-riskju — l-offerta ta’ tilqim u tilqim mill-ġdid b’xejn.
  • taħriġ — inkluż dwar l-użu korrett ta’ tagħmir mediku li jinkorpora mekkaniżmi ta’ protezzjoni fi strumenti li jaqtgħu, kif ukoll taħriġ għall-persunal ġdid u temporanju;
  • informazzjoni u sensibilizzazzjoni — inkluż l-enfasi fuq ir-riskji u l-promozzjoni ta’ prattiki tajbin;
  • proċeduri ta’ monitoraġġ u rappurtar — ir-reviżjoni ta’ proċeduri eżistenti u l-ħtieġa li l-ħaddiema jirrappurtaw aċċident jew inċident minnufih;
  • rispons u segwitu — inklużi l-kura immedjata ta’ ħaddiem li korra u l-ħtieġa li min iħaddem jinvestiga l-kawżi u ċ-ċirkostanzi.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-direttiva ilha tapplika mill-21 ta’ Ġunju 2010. Kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-11 ta’ Mejju 2013.

SFOND

L-UE introduċiet numru ta’ miżuri biex tipproteġi aħjar lill-ħaddiema inklużi dawk:

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU (ĠU L 134, 1.6.2010, pp. 66-72)

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti 3 — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu X — Il-Politika Soċjali — Artikolu 153 (ex Artikolu 137 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 114-116)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti 3 — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu X — Il-Politika Soċjali — Artikolu 154 (ex Artikolu 138 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 116)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti 3 — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu X — Il-Politika Soċjali — Artikolu 155 (ex Artikolu 139 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 116)

Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5-19)

Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, pp. 21-45)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1-8)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 89/391/KEE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 12.03.2019

Top