This document is an excerpt from the EUR-Lex website
2018 European Semester — Country-specific recommendations
Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż
Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż
Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż
SOMMARJU TA’:
X’INHUMA L-GĦANIJIET TA’ DAWN IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET U TAL-KOMUNIKAZZJONI?
Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-komunikazzjoni:
PUNTI EWLENIN
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill — li huma speċifiċi għal kull pajjiż tal-UE — jinkoraġġuhom biex jiffokaw fuq aspetti li jservu bħala bażi għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul. F’ċerti pajjiżi, kwistjonijiet li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja tal-2008 għadhom jippersistu u jeħtieġ li jiġu indirizzati.
Minħabba li l-ekonomija tal-UE kollha kemm hi qed tikber bl-aktar rata mgħaġġla tagħha mill-kriżi u l-livelli tal-impjiegi u tal-investiment qed jirkupraw, il-pajjiżi għandhom jieħdu vantaġġ minn dawn il-kundizzjonijiet favorevoli biex jiżguraw ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fil-futur.
Il-komunikazzjoni tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-UE biex:
Il-komunikazzjoni tinnota li minn meta ġie introdott is-Semestru Ewropew fl-2011, il-pajjiżi tal-UE għamlu tal-inqas xi progress f’aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill speċifiċi għall-pajjiż ibbażati fuq il-proposta tal-Kummissjoni.
SFOND
Il-Kummissjoni tippubblika r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kull rebbiegħa u l-Kunsill jiddiskuti u eventwalment jivvalidahom fis-sajf. Huma parti mis-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali. Dan jagħti gwida lill-pajjiżi dwar x’jista’ jinkiseb b’mod realistiku fit-12 sa 18-il xahar li jsegwu, qabel ma jieħdu deċiżjonijiet ta’ politika nazzjonali.
Ir-rakkomandazzjonijiet jadattaw il-prijoritajiet fil-livell tal-UE identifikati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat fit-22 ta’ Novembru 2017 u r-rakkomandazzjonidwar il-politika ekonomika tal-gvernijiet tal-UE taż-żona tal-euro adottata fl-14 ta’ Mejju 2018 għas-sitwazzjoni f’pajjiżi differenti.
DOKUMENTI EWLENIN
Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2018 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2018 u li jagħtu opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà jew Konverġenza tal-2018 għal kull pajjiż tal-UE (ĠU C 320, 10.9.2018)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (COM(2018) 400 final, 23.5.2018)
DOKUMENTI RELATATI
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport dwar il-Konverġenza 2018 (COM(2018) 370 final, 23.5.2018)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment dwar ir-rieżami tal-flessibbiltà taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (COM(2018) 335 final, 23.5.2018)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2018 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (ĠU C 179, 25.5.2018, p. 1-5)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew: Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2018) 130 final, 13.3.2018)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (COM(2017) 690 final, 22.11.2017)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2017) 250 final, 26.4.2017)
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — L-Ewwel Parti — Prinċipji — Titolu I — Kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni — Artikolu 2 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 50).
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — L-Ewwel Parti — Prinċipji — Titolu I — Kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni — Artikolu 5 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 52).
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Artikolu 119 (ex Artikolu 4 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 96–97)
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 121 (ex Artikolu 99 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 97–98)
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 126 (ex Artikolu 104 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 99-102)
l-aħħar aġġornament 08.10.2018