This document is an excerpt from the EUR-Lex website
The EU’s long-term budget — efficiently delivering on priorities post-2020
Il-baġit fit-tul tal-UE — twassil effiċjenti tal-prijoritajiet wara l-2020
Il-baġit fit-tul tal-UE — twassil effiċjenti tal-prijoritajiet wara l-2020
Il-baġit fit-tul tal-UE — twassil effiċjenti tal-prijoritajiet wara l-2020
SOMMARJU TA’:
l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)
Komunikazzjoni (COM(2018) 98 final) dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid tal-UE (QFP)
X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU 312 TAT-TFUE U L-KOMUNIKAZZJONI?
L-Artikolu 312 tat-TFUE jirrikjedi li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għandu jiżgura li l-infiq tal-UE jiżviluppa b’mod ordnat u fil-limiti tar-riżorsi tiegħu. Jistabbilixxi wkoll il-proċedura li biha jiġi miftiehem l-QFP.
Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata qabel laqgħa Informali tal-Mexxejja tal-UE fi Frar 2018, tistabbilixxi diversi għażliet għal baġit ġdid fit-tul imfassal biex iwettaq b’mod effiċjenti l-prijoritajiet tal-UE wara l-2020 u jħares lejn il-konsegwenzi finanzjarji ta’ dawn l-għażliet.
PUNTI EWLENIN
Il-baġit tal-UE huwa differenti ħafna mill-baġits nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE — huwa primarjament baġit ta’ investiment, għandu orizzont ta’ ppjanar fit-tul u għandu dejjem ikun f’bilanċ.
Il-proposti tal-QFP tal-Kummissjoni, li għandhom jiġu ppreżentati sa Mejju 2018, huma ffurmati mill-prinċipju tal-valur miżjud Ewropew, jiġifieri l-valur li jirriżulta minn infiq tal-UE li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien ikun maħluq mill-pajjiżi tal-UE kieku aġixxew waħedhom.
Il-komunikazzjoni tindika li l-laqgħa tal-Mexxejja Informali hija kemm f’waqtha kif ukoll essenzjali. L-ewwel pass huwa li jiġi ddefinit dak li l-Ewropa trid tagħmel flimkien u jaqblu dwar il-prijoritajiet. Il-pass li jmiss se jkun li dawn jagħtu lill-UE l-mezzi finanzjarji xierqa biex tikseb dawn il-prijoritajiet.
Il-komunikazzjoni telenka sensiela ta’ għażliet ta’ politika u tfittex li tikkwantifika l-impatt finanzjarju tagħhom.
2 eżempji:
Il-komunikazzjoni tiddiskuti wkoll:
Il-komunikazzjoni tfakkar li d-deċiżjonijiet finali dwar l-QFP se jkunu tal-Kunsill Ewropew, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew.
Il-komunikazzjoni tenfasizza wkoll l-importanza taż-żmien xieraq: ftehim fil-QFP li jmiss fl-2019 jibgħat sinjal ta’ Ewropa b’saħħitha u magħquda ta’ 27 li tista’ twassal b’mod konvinċenti u tiżgura wkoll il-prevedibbiltà u l-kontinwità tal-fondi għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
SFOND
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni timxi wara:
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENTI EWLENIN
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu II — Dispożizzjonijiet finanzjarji — Kapitolu 2 — Il-Qafas finanzjarju pluriennali — l-Artikolu 312 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 182-183)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill — Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti b’mod effiċjenti l-prijoritajiet tagħha wara l-2020 — Il-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-Laqgħa Informali tal-Mexxejja fit-23 ta’ Frar 2018 (COM (2018) 98 final, 14.2.2018)
DOCUMENTI RELATATI
Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE (COM(2017) 358 final, 28.6.2017)
White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa — Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 (COM(2017) 2025 final, 1.3.2017)
l-aħħar aġġornament 09.04.2018