Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

Deċiżjoni 2012/734/UE – l-iffirmar, f’isem l-UE, tal-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

Deċiżjoni (UE) 2024/1156 – konklużjoni tal-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

Deċiżjoni Nru 5/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE–Amerika Ċentrali – dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-ftehim

Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM, ID-DEĊIŻJONIJIET U R-REGOLAMENT?

L-għanijiet tal-ftehim jinkludu:

  • it-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet permezz ta’ assoċjazzjoni bbażata fuq tliet partijiet interdipendenti u fundamentali;
  • l-iżvilupp ta’ sħubija politika privileġġjata bbażata fuq il-valuri, il-prinċipji u l-għanijiet komuni, b’mod partikolari r-rispett għal u l-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt;
  • it-titjib tal-kooperazzjoni bireġjonali bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali fl-oqsma kollha ta’ interess komuni;
  • it-tkabbir u d-diversifikazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali bireġjonali tal-partijiet b’konformità mal-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u dan il-ftehim;
  • it-tisħiħ u l-approfondiment tal-integrazzjoni reġjonali f’oqsma ta’ interess komuni;
  • it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tajba mal-ġirien u l-prinċipju tar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim;
  • l-iżvilupp u ż-żamma ta’ livell ta’ governanza tajba, u tal-istandards soċjali, tax-xogħol u ambjentali;
  • it-trawwim ta’ aktar kummerċ u investiment bejn il-partijiet.

Id-Deċiżjoni 2012/734/KE tawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim inkwistjoni mill-UE.

Id-Deċiżjoni (EU) 2024/1156 timmarka l-konklużjoni tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni.

Id-Deċiżjoni Nru 5/2014 tistabbilixxi l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti li joriġinaw miż-żewġ partijiet.

Ir-regolament joħloq mekkaniżmi ta’ salvagwardja biex tiġi evitata ħsara serja lis-settur tal-kultivazzjoni tal-banana tal-UE fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim jikkonsisti fi tliet taqsimiet:

  • 1.

    Djalogu politiku

    L-għanijiet tad-djalogu politiku bejn iż-żewġ partijiet huma li:

    • jistabbilixxi sħubija politika privileġġjata;
    • jiddefendu l-valuri, il-prinċipji u l-għanijiet komuni permezz tal-promozzjoni tagħhom fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fin-Nazzjonijiet Uniti (NU);
    • isaħħaħ n-NU bħala l-qalba tas-sistema multilaterali, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi globali b’mod effettiv;
    • jippermetti skambju wiesa’ ta’ fehmiet, pożizzjonijiet u informazzjoni li jwassal għal inizjattivi konġunti fil-livell internazzjonali;
    • jikkoopera fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà, bl-għan li jiġu kkoordinati l-pożizzjonijiet tagħhom u li jittieħdu inizjattivi konġunti ta’ interess reċiproku fil-fora internazzjonali rilevanti.

    Djalogu bħal dan jista’ jkopri l-aspetti kollha ta’ interess reċiproku fil-livell internazzjonali jew reġjonali; madankollu, għadd ta’ kwistjonijiet speċifiċi huma msemmija, inklużi:

  • 2.

    Kooperazzjoni

    Il-ftehim jagħti prijorità lil kooperazzjoni mmirata lejn il-kisba tal-għanjiet li ġejjin:

    • it-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà;
    • it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-governanza tajba u l-applikabbiltà sħiħa tal-istat tad-dritt, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-forom kollha ta’ nondiskriminazzjoni, id-diversità kulturali, il-pluraliżmu, il-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;
    • il-kontribut għall-koeżjoni soċjali;
    • il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku bl-għan li jitkabbar l-iżvilupp sostenibbli;
    • l-approfondiment tal-proċess tal-integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Ċentrali;
    • it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u ġestjoni u t-titjib tal-kompetittività.
  • 3.

    Kummerċ

    L-għanjiet ta’ din it-taqsima jinkludu:

    • l-espansjoni u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ fil-merkanzija;
    • l-iffaċilitar tal-kummerċ fil-merkanzija;
    • il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi, b’konformità mal-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi;
    • il-promozzjoni tal-integrazzjoni reġjonali ekonomika fil-qasam tal-proċeduri doganali, ir-regolamenti tekniċi u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji;
    • l-iżvilupp ta’ klima li twassal għal żieda fl-investiment;
    • il-ftuħ effettiv, reċiproku u gradwali tas-swieq governattivi tal-akkwist;
    • il-ħarsien adegwat u effettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
    • il-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa u bla tgħawwiġ fir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali;
    • l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu effikaċi, ġust u prevedibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim;
    • il-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment internazzjonali bejn il-partijiet.

Il-ftehim jinkludi għadd ta’ miżuri biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b’mod partikolari dan:

  • jipprovdi aċċess għas-suq imtejjeb b’mod sostanzjali għall-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali permezz ta’:
    • l-eliminazzjoni ta’ tariffi fuq merkanzija mmnifatturata, is-sajd u l-agrikoltura;
    • l-indirizz tal-ostakoli għall-kummerċ fil-merkanzija,
    • it-titijib tal-aċċess għas-suq għall-akkwist pubbliku, is-servizzi u l-investimenti tal-gvern;
  • l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet ekwi permezz ta’ regoli komuni f’oqsma bħal:
  • isaħħaħ l-integrazzjoni reġjonali bl-introduzzjoni ta’ miżuri bħal:
    • dokument amministrattiv uniku għad-dikjarazzjonijiet doganali,
    • dazju tal-importazzjoni waħdieni għar-reġjun;
  • jistabbilixxi ftehim għall-iżvilupp sostenibbli mfassal biex:
    • iżid l-iżvilupp ekonomiku permezz tal-kummerċ,
    • jindirizza l-interrelazzjoni bejn il-kummerċ u l-politiki soċjali u ambjentali;
    • iħeġġeġ u jippromwovi l-kummerċ u skemi ta’ kummerċjalizzazzjoni bbażati fuq il-kriterji ta’ sostenibbiltà.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

  • Il-parti tal-ftehim dwar il-kummerċ ilha tapplika b’mod provviżorju minn:
    • l-1 ta’ Awwissu 2013 mal-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama;
    • l-1 ta’ Ottubru 2013 mal-Costa Rica u El Salvador; u
    • l-1 ta’ Diċembru 2013 mal-Gwatemala.
  • Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/KE ilha tapplka mill-25 ta’ Ġunju 2012.
  • Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1156 ilha tapplika mit-12 ta’ April 2024.
  • Id-Deċiżjoni Nru 5/2014 ilha tapplika mill-5 ta’ Awwissu 2015.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 ilu japplika mit-22 ta’ Jannar 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠUL 346, 15.12.2012, pp. 3–2621).

Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fl-att oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (ĠU L 346, 15.12.2012, pp. 1–2).

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1156 tat-12 ta’ April 2024 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2024/1156, 17.4.2024).

Deċiżjoni Nru 5/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta’ Novembru 2014 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-Ftehim [2015/1219] (ĠU L 196, 24.7.2015, pp. 59–66).

Ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 17, 19.1.2013, pp. 13–24).

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (Gwatemala) (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 1).

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (Kosta Rika) (ĠU L 257, 28.9.2013, p. 1).

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (El Salvador) (ĠU L 257, 28.9.2013, p. 1).

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (in-Nikaragwa) (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 1).

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Honduras) (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 1).

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Honduras) (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 1).

l-aħħar aġġornament 27.05.2024

Top