Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Statistika tal-pestiċidi

Statistika tal-pestiċidi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 - statistika li tikkonċerna l-pestiċidi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-ġbir u t-tixrid tal-istatistika dwar il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi.
  • Din l-istatistika, flimkien ma’ data rilevanti oħra, ser tippermetti lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jipproduċu statistika dettaljata, armonizzata u aġġornata dwar il-bejgħ u l-użu ta’ pestiċidi, li hi essenzjali għall-iżvilupp u s-sorveljanza tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE fil-kuntest tal-istrateġija dwar l-użu sostenibbli ta’ pestiċidi.
  • Dawn huma meħtieġa wkoll biex jivvalutaw il-politiki tal-UE dwar żvilupp sostenibbli u biex jikkalkolaw indikaturi rilevanti dwar ir-riskji għas-saħħa u l-ambjent relatati mal-użu tal-pestiċidi.
  • Ta’ min jinnota li Regolament (KE) Nru 1185/2009 ser ikun revokat minn Regolament (UE) 2022/2379 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025 (ara sommarju).

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika tapplika għal:

  • l-ammonti annwali ta’ pestiċidi li jitpoġġew fis-suq biex jinbiegħu skont l-Anness I tar-regolament;
  • l-ammonti annwali ta’ pestiċidi użati, skont l-Anness II tar-regolament.

Il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data

L-Istati Membri tal-UE għandhom jiġbru d-data meħtieġa għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness I fuq bażi annwali, u għal dawk elenkati fl-Anness II f’perjodi ta’ 5 snin permezz ta’:

  • stħarriġ;
  • informazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pestiċidi filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
  • sorsi amministrattivi; jew
  • kombinazzjoni ta’ dawn il-mezzi, inklużi stimi ta’ statistika fuq il-bażi ta’ ġudizzji jew mudelli ta’ esperti.

Imbagħad għandhom jittrażmettu r-riżultati lill-Kummissjoni Ewropea speċifikament lil Eurostat f’konformità mal-iskedi u l-frekwenza stabbiliti fl-annessi tar-regolament. Huma għandhom jippreżentaw id-data skont il-klassifikazzjoni fl-Anness III u l-format tekniku stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2014.

Kwalunkwe data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u minn Eurostat esklużivament għal finijiet ta’ statistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

Evalwazzjoni tal-kwalità

L-Istati Membri tal-UE għandhom jissottomettu rapporti lill-Eurostat dwar il-kwalità tad-data sottomessa. Eurostat għandha tivvaluta wkoll il-kwalità tad-data.

Miżuri ta’ implimentazzjoni u l-kumitat

Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni ulterjuri għall-finijiet ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tadatta regolarment il-lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu koperti u l-klassifikazzjoni tagħhom fil-kategoriji ta’ prodotti u l-klassijiet kimiċi, kif stabbilit fl-Anness III tar-regolament. Il-Kummissjoni huja assistit u mogħti pariri mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, li hu magħmul minn esperti nazzjonali.

Rapport

Kull 5 snin, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-regolament. Minbarra li jevalwa l-kwalità tad-data trażmessa, ir-rapport se jirrevedi l-metodi ta’ ġbir tad-data, il-piż fuq in-negozji, l-azjendi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll l-utilità tal-istatistika fil-kisba tal-objettivi tar-regolament. Il-Kummissjoni ppubblikat rapporti fl-2017 u fl-2021

Revoka

Ir-Regolament (UE) Nru 1185/2009 jitħassar b’Regolament (UE) 2022/2379 (ara s-sommarju) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna statistika dwar pestiċidi (ĠU L 324, 10.12.2009, pp. 1-22).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (ĠU L 315, 7.12.2022, pp. 1-29).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM (2021) 790 finali, 14.12.2021)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 408/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 341, 27.11.2014, pp. 6-8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru. 656/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna statistika dwar pestiċidi, fir-rigward ta’ definizzjonijiet u lista ta’ sustanzi attivi (ĠU L 180, 8.7.2011, pp. 3-38).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru. 408/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 108, 28.4.2011, pp. 21-22).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM (2017) 109 finali, 3.3.2017)

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 71-86).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 1-50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164-173).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 24.01.2023

Top