Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

ENISA - l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'L-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà' for an updated information about the subject.

ENISA - l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) twaqqfet f’Marzu 2004. Dan ir-regolament jestendi l-mandat tagħha sal-2020 u jsaħħaħ il-kapaċità tagħha li tindirizza l-attakki ċibernetiċi u sfidi oħrajn li jirrigwardjaw is-sigurtà tal-informazzjoni.

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004.

SOMMARJU

L-ENISA bdiet l-operazzjonijiet tagħha fi Kreta fl-2005. Hija għandha l-mandat sabiex:

  • tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni ġewwa l-UE,
  • tqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet involuti
  • tiżviluppa u tippromwovi kultura konxja mis-sigurtà għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-intrapriżi u tal-organizzazzjonijiet fis-settur pubbliku.

Billi tagħmel dan, hija tgħin sabiex is-suq intern jiffunzjona kif xieraq.

Il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Settembru 2013. Ir-regolament jispjega l-kompiti li hija twettaq kif ġej:

  • Tappoġġja l-iżvilupp tal-politika u l-liġi tal-UE billi tagħti pariri dwar il-kwistjonijiet kollha li huma relatati mal-politika dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, tipprovdi ħidma preparatorja u pariri u tanalizza u tippromwovi l-pubblikazzjoni tal-istrateġiji li huma disponibbli għall-pubbliku.
  • Tappoġġja l-bini tal-kapaċità billi tassisti lill-pajjiżi tal-UE, meta tintalab tagħmel dan, u lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiżviluppaw u jtejbu l-prevenzjoni, il-kxif u l-analiżi ta’ problemi u inċidenti relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni. Dan il-kompitu jinkludi li hija tgħin fil-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Rispons f’Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTS) u fl-iżvilupp ta’ sistema ta’ twissija bikrija tal-UE.
  • Tappoġġja l-kooperazzjoni volontarja bejn il-korpi pubbliċi kompetenti u l-partijiet interessati, inklużi universitajiet u ċentri tar-riċerka, filwaqt li tippromwovi t-tqajjim ta’ kuxjenza.
  • Tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp u l-istandardizzazzjoni permezz ta’ standards internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskji u s-sigurtà ta’ prodotti, netwerks u servizzi elettroniċi.
  • Tikkoopera mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, inklużi dawk li jittrattaw il-kriminalità ċibernetika u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali, bil-għan li flimkien joħolqu sinerġiji u jindirizzaw kwistjonijiet ta’ tħassib komuni.
  • Tikkontribwixxi għall-isforzi tal-UE li tikkoopera ma’ pajjiżi mhux fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali fuq is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

Ir-regolament jistipula li l-Aġenzija tikkonsisti minn direttur eżekuttiv u l-membri tal-persunal, grupp ta’ partijiet interessati permanenti u bord tat-tmexxija li jiddetermina d-direzzjoni ġenerali tal-ħidma tal-Aġenzija. Taħt ir-regolament il-ġdid, ġie stabbilit ukoll bord eżekuttiv.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013

19.6.2013

-

ĠU L 165 tat-18.6.2013

L-aħħar aġġornament: 06.04.2014

Top