Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Għajnuna mill-Istat: Linji gwida tal-UE għal għajnuna reġjonali għall-2014 sal-2020

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Għajnuna mill-Istat: Linji gwida tal-UE għal għajnuna reġjonali għall-2014 sal-2020

Linji gwida tal-UE dwar kif l-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħtu għajnuna ta' investiment lil kumpaniji sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta' reġjuni żvantaġġati fl-Ewropa bejn l-2014 u l-2020 jidħlu fis-seħħ f'Lulju 2014.

ATT

Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014 - 2020 (Ġurnal Uffiċjali C 209 tat-23.7.2013).

SOMMARJU

Il-Kummissjoni Ewropea pproduċiet linji gwida tal-UE dwar kif l-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħtu għajnuna ta' investiment lil kumpaniji sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta' reġjuni żvantaġġati fl-Ewropa bejn l-2014 u l-2020.

L-għan tal-linji gwida riveduti huwa li jħeġġu t-tkabbir ekonomiku billi jiġu promossi investimenti fi proġetti li jġibu valur miżjud reali għall-iżvilupp reġjonali, b'mod speċjali fir-reġjuni l-aktar żvantaġġati tal-Ewropa.

B'mod aktar speċifiku, il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali jistabbilixxu r-regoli skont liema l-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħtu għajnuna statali lil kumpaniji li jappoġġaw l-investimenti f'faċilitajiet ta' produzzjoni ġodda fir-reġjuni inqas vantaġġati tal-Ewropa jew li jestendu jew li jimmodernizzaw faċilitajiet eżistenti.

Il-linji gwida fihom ukoll regoli li fuq il-bażi tagħhom, l-Istati Membri tal-UE jistgħu jiddisinjaw mapep ta' għajnuna reġjonali sabiex jidentifikaw f'liema oqsma ġeografiċi l-kumpaniji jistgħu jirċievu għajnuna statali reġjonali u f'liema livell.

Karatteristiċi ewlenin tal-linji gwida l-ġodda jinkludu:

  • Is-sehem ġenerali ta' reġjuni fejn l-għajnuna reġjonali tista' tingħata sejjer jiżdied għal 47 % tal-popolazzjoni tal-UE. Fil-preżent, madwar wieħed minn kull erba' Ewropej jgħix f'reġjuni inqas żviluppati (definiti bħala reġjuni b' Prodott Domestiku Gross (PDG) taħt il-75% tal-medja tal-UE). Madwar wieħed minn kull tliet Ewropej għexu f'reġjuni inqas żviluppati meta ġew adottati l-linji gwida 2007-2013. Minkejja dan it-tnaqqis fid-disparitajiet reġjonali, il-Kummissjoni qieset l-effetti tal-kriżi ekonomika u għaldaqstant żiedet il-kopertura tal-popolazzjoni.
  • Il-linji gwida jadottaw approċċ aktar strett fuq l-għajnuna għall-investimenti magħmulin minn intrapriżi kbar fiż-żoni megħjunin aktar żviluppati. Għajnuna lil intrapriżi kbar f'dawn iż-żoni sejra tkun permessa biss għal investimenti li jġibu attività ekonomika ġdida, għal investimenti inizjali għad-diversifikazzjoni ta' stabbilimenti eżistenti fi prodotti ġodda jew għal innovazzjoni ta' proċess ġdid, minħabba li huwa aktar probabbli li dawn l-investimenti jitwettqu grazzi għas-sussidju. Fl-ifqar reġjuni (reġjuni taħt il-75% tal-PDG medju tal-UE), il-linji gwida jkomplu jippermettu l-għajnuna għal tipi ta' investimenti oħrajn minn kumpaniji kbar ukoll.
  • Sabiex iżidu t-trasparenza u l-kontabilità, l-Istati Membri jkollhom jippubblikaw fuq l-internet id-dejta dwar kemm għajnuna reġjonali jagħtu u lil min.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Skadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2014-2020

1.7.2014

-

ĠU C 209 tat-23.7.2013

L-aħħar aġġornament: 27.02.2014

Top