EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Salvagwardji proċedurali għal persuni vulnerabbli fi proċedimenti kriminali

Salvagwardji proċedurali għal persuni vulnerabbli fi proċedimenti kriminali

Din ir-rakkomandazzjoni titlob lill-Istati Membri kollha sabiex itejbu ċerti drittijiet proċedurali ta’ suspettati vulnerabbli jew persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar is-salvagwardji proċedurali għall-persuni vulnerabbli suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali.

SOMMARJU

Ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan illi ssaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati li mhumiex kapaċi jifhmu u jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedimenti kriminali minħabba l-età, il-kundizzjoni jew diżabililtà mentali jew fiżika tagħhom (perusni vulnerabbli). Tapplika wkoll għal persuni vulnerabbli soġġetti għal proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

Identifikazzjoni ta’ persuni vulnerabbli

Persuni vulnerabbli għandhom jiġuidentifikati fil-pront bħala tali. Wara valutazzjoni inizjali mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji, espert mediku indipendenti għandu jiddetermina l-grad ta’ vulnerabilità tagħhom, il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura li tittieħed jew li hija prevista li tittieħed kontrihom.

Drittijiet ta’ persuni vulnerabbli

  • Ma għandhomx ikunu soġġetti għal diskriminazzjoni fl-eżerċitar tad-drittijiet ta’ proċedura tagħhom.
  • Persuni b’disturbi mentali serji jew b'indebilment fiżiku/sensorjali għandhom ikunu preżunti vulnerabbli.
  • Persuni vulnerabbli u r-rappreżentant legali tagħhom (jiġifieri gwardjan nominat mill-qorti) jew adult xieraq (eżempju qarib) għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet ta’ proċedura speċifiċi tagħhom. Dan tal-aħħar għandu jkun preżenti wkoll fl-istazzjon tal-pulizija u waqt is-seduti tal-qorti.
  • Id-dritt għal aċċess għal avukat ma għandux ikun rinunzjat jekk il-persuna vulnerabbli mhijiex kapaċi tifhem il-proċedimenti.
  • Għandu jkollhom aċċess għall-assistenza medika matul il-proċedimenti kriminali kollha jekk ikunu mċaħħdin mil-libertà.
  • L-interrogazzjonijiet tal-pulizija għandhom jiġu rreġistrati b’mod awdjo-viżiv.
  • Iċ-ċaħda mil-libertà ta’ persuni vulnerabbli qabel il-kundanna għandha tkun miżura tal-aħħar, proporzjonata u li ssir taħt kundizzjonijiet adatti għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
  • Il-privatezza tagħhom, l-integrità personali u d-dejta personali tagħhom għandhom ikunu protetti matul il-proċedimenti kriminali kollha.

L-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti fil-proċeduri kriminali kontra perusni vulnerabbli għandhom jirċievu taħriġ xieraq.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni

-

-

ĠU C 378 tal-24.12.2013

ATTI RELATATI

Direttiva 2013/48/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294 tas-6.11.2013).

L-aħħar aġġornament: 17.06.2014

Top