Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Appoġġ għall-kooperazzjoni tal-UE fl-affarijiet fiskali: Fiscalis 2020

Dokumenta juridiskais statuss Šis kopsavilkums ir arhivēts un netiks atjaunināts. Jaunāko informāciju par šo tematu varat atrast te: 'Appoġġ għall-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tassazzjoni: Fiscalis (2021-2027)' .

Appoġġ għall-kooperazzjoni tal-UE fl-affarijiet fiskali: Fiscalis 2020

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 1286/2013 - programm ta’ azzjoni biex itejjeb l-operat tas-sistemi ta’ tassazzjoni għall-perjodu 2014-2020

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Fiscalis 2020 huwa programm ta’ kooperazzjoni tal-UE għall-perjodu 2014 sa 2020, li jibni fuq programmi ta’ azzjoni multiannwali ta’ qabel għat-tassazzjoni. L-għan ġenerali tiegħu hu li jtejjeb il-funzjonament tas-sistemi ta’ tassazzjoni tal-UE billi jżid il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom u l-uffiċjali tagħhom.

Speċifikament, il-programm jimmira li jappoġġa l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa kif ukoll l-implimentazzjoni tal-liġi tat-taxxa tal-UE billi:

  • jiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni;
  • jappoġġja l-kooperazzjoni amministrattiva;
  • jgħin lill-pajjiżi parteċipanti, fejn meħtieġ u xieraq, biex inaqqas il-burokrazija għall-awtoritajiet tat-taxxa u biex inaqqas l-ispejjeż ta’ konformità għall-kontribwenti.

PUNTI EWLENIN

Kif jaħdem il-programm u x’jista’ jagħmel

Fiscalis 2020 se jkun iggwidat minn programmi ta’ ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni Ewropea. L-azzjonijiet tagħha huma ffinanzjati permezz ta’ għotjiet, kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew rimborż ta’ spejjeż ta’ esperti esterni.

Dawn l-azzjonijiet huma miftuħin għal uffiċjali li jaħdmu f’amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-pajjiżi tal-UE u f’pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati li ssieħbu fil-programm, kif ukoll kontropartijiet f’pajjiżi msieħba tal-politika Ewropea tal-viċinat, taħt ċerti kundizzjonijiet.

L-objettivi operazzjonali tal-programm jinkludu:

  • implimentazzjoni, titjib, tħaddim u appoġġ għal sistemi ta’ informazzjoni Ewropej għat-tassazzjoni;
  • appoġġ għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva;
  • tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-uffiċjali tat-taxxa;
  • titjib tal-fehim u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni;
  • appoġġ għat-titjib tal-proċeduri amministrattivi u l-qsim ta’ prattiki amministrattivi tajbin.

Baġit u azzjonijiet eliġibbli

Il-programm tal-2014 sal-2020 għandu baġit ta’ €223.4 miljun. Eżempji ta’ azzjonijiet eliġibbli jinkludu:

  • seminars, workshops u gruppi ta’ proġett;
  • kontrolli multilaterali, preżenza ta’ uffiċjali nazzjonali f’uffiċċji u mistoqsijiet amministrattivi ta’ amministrazzjonijiet tat-taxxa f’pajjiżi oħrajn tal-UE;
  • żjarat ta’ ħidma biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jakkwistaw jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet ta’ taxxa;
  • attivitajiet għall-bini tal-kapaċità tat-teknoloġija amministrattiva u tal-informazzjoni;
  • studji;
  • inizjattivi ta’ taħriġ biex jindirizzaw bżonnijiet identifikati b’mod konġunt.

L-attivitajiet ta’ Fiscalis 2020 huma mistennija li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli u inklussiv, speċjalment l-aġenda diġitali għall-Ewropa.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex itejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25-32)

l-aħħar aġġornament 05.04.2018

Augša