EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm Ewropew ta’ monitoraġġ bis-satellita (Copernicus): aspetti b’rabta mal-klima

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Programm Spazjali tal-UE (2021—2027) — l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali' for an updated information about the subject.

Programm Ewropew ta’ monitoraġġ bis-satellita (Copernicus): aspetti b’rabta mal-klima

Copernicus huwa programm ċivili li juża t-teknoloġija tas-satellita biex iwettaq monitoraġġ tad-dinja. Dan jipprovdi informazzjoni affidabbli u aġġornata dwar l-istat tal-ambjent tagħna billi jintraċċa regolarment il-bidliet fl-atmosfera, l-oċeani u l-mases ta’ art. Id-dejta hija imprezzabbli sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima kif ukoll għal setturi diversi bħal ma huma s-saħħa tal-bniedem u t-turiżmu.

ATT

Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010.

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jipprovdi qafas legali għall-programm Copernicus għall-2014-2020, li jistipula regoli operazzjonali u jistabbilixxi l-għanijiet ewlenin tiegħu. Il-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima huwa wieħed mis-sitt oqsma li għalih huma mfassla speċifikament is-servizzi ta’ Copernicus. L-oħrajn huma: il-monitoraġġ tal-art, tal-baħar u tal-atmosfera, rispons ta’ emerġenza u s-servizz ta’ sigurtà.

PUNTI EWLENIN

  • Is-servizz dwar it-tibdil fil-klima jipprovdi informazzjoni biex jappoġġa l-politiki ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni sabiex il-bnedmin jaġġustaw għat-tibdil fil-klima u jitnaqqas l-impatt tiegħu.
  • Dan jiffoka fuq parametri essenzjali tal-klima (ECVs), jew indikaturi, bħal żidiet fit-temperaturi, żieda fil-livell tal-baħar, tidwib tas-silġ u tisħin tal-oċeani.
  • Huwa juża indiċijiet tal-klima - ibbażati fuq rekords ta’ temperatura, preċipitazzjoni u nixfa - sabiex jidentifika katalizzaturi klimatiċi, jimmudella xenarji ta’ tibdil fil-klima u jivvaluta l-impatt fuq is-soċjetà.
  • Iċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju jimplimenta s-servizz skont ftehim mal-Kummissjoni li ntlaħaq f'Novembru 2014.
  • Tliet snin wara l-bidu tal-attivitajiet tiegħu, għandu jilħaq il-kapaċità operattiva.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Id-dejta li jipprovdi Copernicus tintuża minn dawk li jfasslu l-politika u mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiżviluppaw leġiżlazzjoni u politiki ambjentali biex jirreaġixxu għal diżastri naturali u kriżijiet umanitarji. Is-sejbiet huma disponibbli bla ħlas, u jiftħu l-bieb għal opportunitajiet tan-negozju għall-kumpaniji Ewropej, speċjalment SMEs.

Għal aktar informazzjoni, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 377/2014

1.1.2014

-

ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44-66

l-aħħar aġġornament 23.04.2015

Top