Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru. 952/2013 — il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (UCC), u jissettja r-regoli ġenerali applikabbli għal merkanzija li tidħol ġo jew tittieħed mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea (UE) u jadattathom għal mudelli moderni tal-kummerċ u għodda tal-komunikazzjoni.

PUNTI EWLENIN

L-UCC u l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati relatati (adottati mill-Kummissjoni Ewropea taħt ir-regolament) għandhom l-għan li:

  • joffru ċertezza legali ikbar kif ukoll uniformità għan-negozji;
  • iżidu ċ-ċarezza għall-uffiċjali doganali madwar l-UE kollha;
  • jikkonkludu x-shift lejn ambjent mingħajr karti u dwana elettronika kompletament;
  • jissimplifikaw ir-regoli u l-proċeduri doganali u jiffaċilitaw tranżazzjonijiet doganali aktar effiċjenti f’konformità mal-ħtiġijiet moderni ta’ kuljum;
  • jirrinfurzaw proċeduri doganali aktar veloċi għal negozji konformi u affidabbli (operaturi ekonomiċi awtorizzati);
  • jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-UE u tal-Istati Membri tal-UE u s-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE.
  • jipprovdu, taħt ċerti ċirkostanzi, għal eżenzjonijiet minn dikjarazzjonijiet doganali għal merkanzija li tkun telqet temporanjament it-territorju doganali tal-UE bil-baħar jew bl-ajru; u
  • jippermettu lill-awtoritajiet tad-dwana u negozji li jkomplu jużaw sistemi tal-IT eżistenti jew arranġamenti bbażati fuq karta għal numru ta’ formalitajiet doganali sal-2025 l-aktar tard, meta sistemi aġġornati jew ġodda tal-IT ser ikunu implimentati.

Atti ta’ implimentazzjoni

L-att ta’ implimentazzjoni UCC, Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jimmira li jassikura l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-UCC u proċeduri ta’ applikazzjoni armonizzata mill-Istati Membri kollha.

Dan l-att ta’ implimentazzjoni kien emendat f’bosta okkażjonijiet (ara l-verżjonijiet konsolidati fis-sezzjoni tad-“Dokumenti Relatati” hawn taħt).

Pereżempju, dan kien emendat l-iktar riċenti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/635 tat-2 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tal-mezzi ta’ evidenza tal-istatus doganali ta’ meranzija tal-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet relatati ma’ proċeduri ta’ tranżitu tal-Unjoni.

Bosta atti ta’ implimentazzjoni jservu biex iżidu ċerti prodotti għall-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda, sistema tal-ikkowdjar bi 8 ċifri li tikkonsisti mill-kodiċi tas-Sistema Armonizzata b’sottodiviżjonijiet addizzjonali tal-UE.

Oħrajn jagħtu, pereżempju:

  • derogi lil pajjiżi li jużaw mezzi oħra barra dawk elettroniċi għal skambju u ħażna ta’ informazzjoni għall-notifika ta’ preżentazzjoni relatata ma’ merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-UE (bħal Deċiżjoni ta’ iImplimentazzjoni (UE) 2023/234) għan-notifika tal-wasla ta’ bastiment tal-baħar jew xi ajruplan (Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/235, għad-dikjarazzjoni ta’ ħażna temporanja relatata ma’ merkanzija mhux tal-UE ppreżentata lid-dwana (Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/236) jew relatata mad-dikjarazzjoni tad-dwana għal merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-UE (Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2023/237).
  • derogi mir-regoli dwar oriġini preferenzjali elenkati fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ara isfel);
  • derogi mir-regoli tal-“merkanzija oriġinatura” (Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/775).

Att ewlieni ta’ implimentazzjoni, Regolament (UE) 2023/1070, jissettja l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, żamma u tħaddim ta’ sistemi elettroniċi doganali għall-iskambju u ħażna ta’ informazzjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru. 952/2013. Mill-1 ta’ Ġunju 2023, dan issostitwixxa u ħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/414. Din japplika għal:

Japplika wkoll għas-sistemi elettroniċi li ġejjin:

Atti delegati

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru. 952/2013 fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw aspetti tal-UCC. Dan jassikura li r-regoli prinċipali stabbiliti f’Regolament (UE) Nru. 952/2013 jkunu implimentati aħjar u jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ operaturi ekonomiċi u amminstrazzjonijiet tad-dwana. Dan l-att delegat kien emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2016/341 (l-“Att Delegat Tranżizzjonali”), li jistipula xi regoli tranżizzjonali sakemm is-sistemi bżonnjużi tal-IT jkunu operattivi kompletament.

Bħal l-atti ta’ implimentazzjoni adottati fir-rigward ta’ Regolament (UE) Nru. 952/2013, uħud mill-atti delegati ewlenin kienu emendati bosta drabi.

Atti delegati jindirizzaw ukoll aspett bħal:

  • Definizzjoni rieżaminata ta’ “esportatur” u estenzjoni tal-limiti ta’ żmien biex tieħu deċiżjoni fuq ripagament jew rimborż tad-dazji doganali (Regolament Delegat (UE) 2018/1063;
  • Dataset ġdid għad-dikjarazzjoni ta’ ċerti konsenji ta’ valur baxx mill-1 ta’ Jannar 2021 (Regolament Delegat (UE) 2019/1143).
  • Regoli relatati mad-derogi u limiti ta’ żmien biex tagħmel dikjarazzjoni fil-qasir ta’ dħul, regoli tranżizzjonali sakemm ir-rilaxx tat-2 sistema ta’ kontroll tal-importazzjoni tkun skjerata, definizzjoni ġdida tal-valur intrinsiku, regoli tranżizzjonali għal operaturi tal-posta u biex l-Istati Membri jippermettu l-implimentazzjoni bla problemi tar-regoli tal-valur miżjud u e-kummerċ u l-ħolqien ta’ formola 302 ġdida tal-UE għall-moviment ta’ merkanzija fil-kuntest ta’ operazzjonijiet militari (Regolament Delegat (UE) 2020/877);
  • tressaq dikjarazzjonijiet fil-qasir ta’ dħul u qabel it-tluq għal merkanzija ttrasportata bil-baħar fit-territorju doganali tal-UE mir-Renju Unit wara l-1 ta’ Jannar 2021 (Regolament Delegat (UE) 2020/2191);
  • Rekwiżiti komuni tad-data għall-iskambju u ħażna ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet doganali u awtoritajiet doganali u operaturi ekonomiċi (Regolament delegat (UE) 2021/234).

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika fl-intier tiegħu mill-1 ta’ Mejju 2016. Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 irreveda u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 450/2008 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

SFOND

Għal aktar informazzjoni:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269, 10.10.2013, pp. 1-101).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2879 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L., 2023/2879 22.12.2023).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 2.6.2023, pp. 65-104).

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parliament Ewropew u lill-Kunsill skont Artikolu 278a tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dwar il-progress fl-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi (COM(2023) 68 final, 10.2.2023).

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parliament Ewropew u lill-Kunsill skont Artikolu 278a tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dwar il-progress fl-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi (SWD(2023) 29 final, 10.2.2023).

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (SWD(2022) 158 final/2, 27.6.2022).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — L-Unjoni Doganali tittieħed għall-Livell li Jmiss: pjan ta’ Azzjoni(COM(2020) 581 final, 28.9.2020).

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — It-2 Rapport Biennali dwar il-Progress fl-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha (SWD(2020) 213 final, 28.9.2020).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, pp. 1-557).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, pp. 558-893).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.03.2024

Top