Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-UE

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea' for an updated information about the subject.

Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-UE

Id-“Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Extra Ewropej” ġiet adottata f'Novembru 2013 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014. Għandha x'taqsam mar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej' li huma relatati mal-pajjiżi tal-UE.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”)

SOMMARJU

Sa mill-oriġini tagħhom, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) kellhom assoċjazzjoni mal-UE. L-OCTs huma magħmulin minn 25 gżira li huma mferrxin madwar l-Oċean Atlantiku, dak Antartiku u dak Artiku u l-Oċeani tal-Paċifiku u tal-Karibew. Mhumiex Stati sovrani iżda għandhom rabtiet kostituzzjonali mal-erba' pajjiżi tal-UE: Id-Danimarka, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit (1).

L-assoċjazzjoni tal-OCTs mal-UE hija bbażata fuq ir-relazzjonijiet kostituzzjonali ma' dawn l-erba' pajjiżi tal-UE.

Id-Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Extra Ewropej (OAD) tal-2013 timmira li timmodernizza r-relazzjonijiet tal-UE mal-OCTs u tqis it-tendenzi globali fil-kummerċ li qegħdin jinbidlu, kif ukoll it-tħassib bħat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali. Tfittex li tmur lil hinn mill-kooperazzjoni u taħdem lejn il-bini ta' relazzjoni bbażata fuq interessi reċiproċi u valuri kondiviżi, u segwiment ta' żvilupp sostenibbi.

Objettivi ewlenin tal-Assoċjazzjoni:

  • stabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi eqreb, b'mod partikolari billi jitjiebu l-arranġamenti kummerċjali, bħal aċċess aktar faċli għas-suq tal-UE
  • għajnuna lil OCTs sabiex jissaħħaħ il-felħan tagħhom u titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom (eż. fir-rigward tat-tibdil fil-klima u t-tendenzi kummerċjali globali)
  • titjib tal-kompetittività tal-OCTs, li jirrifletti l-istrateġija tal-2020 tal-UE stess sabiex tinħoloq ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva
  • tħeġġiġ tal-kooperazzjoni tal-OCTs ma' pajjiżi msieħba mhux tal-UE oħrajn
  • il-promozzjoni tal-valuri, standards u interessi tal-UE għad-dinja usa' permezz tal-OCTs.

Filwaqt li l-liġijiet tal-UE mhumiex fis-seħħ fl-OCTs, l-OAD tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri dettaljati għall-Assoċjazzjoni.

Reġim kummerċjali modernizzat

L-OAD l-ġdida timmarka l-bidu ta' sistema ġdida ta' kummerċ li għandha l-għan li tkun ta' benefiċċju għall-ambjent kummerċjali għall-OCTs. Ir-reġim il-ġdid jikklassifika l-OCTs bħala l-imsieħba kummerċjali l-aktar iffavoriti, b'termini ta' kummerċ fis-servizzi u stabbiliment aħjar, kif ukoll aċċess mingħajr dazju u kwoti għas-suq tal-UE għall-oġġetti. Il-kundizzjonijiet ta' aċċess tas-suq tal-UE ġew riveduti wkoll skont id-Deċiżjoni li twitti t-triq għal opportunitajiet ta' esportazzjoni akbar għall-OCTs

Appoġġ finanzjarju

  • Skont l-OAD, l-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-istrateġiji tal-iżvilupp tal-OCT. Il-finanzjament totali tal-UE għall-OCTs għall-perjodu 2014-2020 permezz tal-11-il Fond Ewropew ta' Żvilupp (FEŻ) jammonta għal EUR 364.5 million.
  • Greenland tirċievi flus mill-baġit ġenerali tal-UE fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, id-Danimarka u Greenland (EUR 217.8 miljun għall-perjodu 2014-2020). Greenland hija eleġibbli wkoll għal finanzjament taħt il-11-il-komponent Tematiku Reġjonali tal-OCT tal-FEŻ.
  • L-OCTs huma eleġibbli wkoll sabiex jipparteċipaw fi u jirċievu fondi minn programmi ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-UE (eż. riċerka, edukazzjoni, innovazzjoni u kompetittività, kultura u midja, eċċ.).

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni 2013/755/UE

1.1.2014

-

ĠU L 344, 19.12.2013, pp. 1-118

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/137/UE tal-14 ta' Marzu 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Ġurnal Uffiċjali L 76 15.3.2014, pp. 1-5)

l-aħħar aġġornament 21.09.2015



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top