This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU action for the European Capitals of Culture 2020 to 2033
Azzjoni tal-UE għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2020 sal-2033
Azzjoni tal-UE għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2020 sal-2033
Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE:
L-inizjattiva tal-ECoC tiċċelebra d-diversità rikka tal-kulturi fl-Ewropa u l-aspetti komuni li għandhom billi tinnomina żewġt ibliet kull sena biex ikollhom dan it-titolu.
Eliġibbiltà
Kull sena, żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) huma elenkati fil-kalendarju stabbilit fid-deċiżjoni, u belt waħda tingħata t-titolu minn kull pajjiż. Kull 3 snin tista tiġi nnominata wkoll t-tielet belt minn pajjiż tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA)/pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali.
Kriterji għall-għażla
Proċess tal-għażla
Il-kompetizzjoni għat-titolu titnieda 6 snin qabel u l-ECoCs jiġu nominati 4 snin qabel l-avveniment.
Il-proċess ta’ għażla b’żewġ stadji isir minn bord ta’ esperti indipendenti, fil-pajjiżi kkonċernati:
Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-bord, il-pajjiż tal-UE kkonċernat jinnomina belt waħda sabiex ikollha t-titolu u l-Kummissjoni Ewropea mbagħad għandha xahrejn (2) sakemm tippubblika l-lista ta’ bliet nominati bħala l-ECoCs. Proċess simili jintuża biex jiġu nnominati bliet minn pajjiżi kandidati jew kandidati potenzjali, iżda f’dan il-każ il-Kummissjoni hija responsabbli għan-nomina.
Ladarba l-bliet ikunu nnominati, il-bord jipprovdi gwida u appoġġ sakemm il-bliet jippreparaw il-programmi tagħhom. Waqt dan il-perjodu, il-bliet jissottomettu rapporti regolari dwar il-progress u rappreżentanti jattendu laqgħat ta’ monitoraġġ regolari.
Impatt tal-pandemija tal COVID-19
Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, id-Deċiżjoni emendatorja (UE) 2020/2229 tirrikonoxxi li, għall-ECOCs innominati għall-2020, l-objettivi tal-azzjoni, li jippresupponu l-mobbiltà, it-turiżmu, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u l-parteċipazzjoni pubblika, kienu diffiċli jekk mhux impossibbli li jintlaħqu. Għalhekk, din temenda l-kalendarju anness mad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE biex:
ECoCs nominati mill-2022 sal-2025
Il-bliet li ġejjin huma EcoCs nominati mill-2022 sal-2025.
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE.
Sa minn nofs it-tmeninijiet, meta tnediet għall-ewwel darba l-inizjattiva tal-ECoC, żdied ir-rikonoxximent tar-rwol tal-kultura fil-bliet bħala katalizzatur għall-kreattività, il-koeżjoni soċjali u territorjali, l-impjiegi u t-tkabbir.
Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5.2014, pp. 1-12)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni Nru 2020/2229 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 (ĠU L 437, 28.12.2020, pp. 116-119)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/809 tad-19 ta’ Mejju 2015 li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2019 fil-Bulgarija u fl-Italja (ĠU L 128, 23.5.2015, p. 20)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/352/UE tal-21 ta’ Mejju 2014 li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2018 fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 26)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/353/UE tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta’ tliet esperti tal-bord ta’ għażla u monitoraġġ għall-azzjoni Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2020-2033 (ĠU L 175, 14.6.2014, pp. 27–30)
l-aħħar aġġornament 02.02.2021