This document is an excerpt from the EUR-Lex website
State aid: environmental protection and energy
Għajnuna mill-Istat: protezzjoni ambjentali u l-enerġija
Għajnuna mill-Istat: protezzjoni ambjentali u l-enerġija
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
Għajnuna mill-Istat: protezzjoni ambjentali u l-enerġija
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAL-LINJI GWIDA?
Dawn il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea huma regoli ġodda dwar l-appoġġ pubbliku għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija sabiex jgħinu sorsi tal-enerġija rinnovabbli jidħlu fis-suq. L-għan tagħhom huwa li jappoġġjaw lill-pajjiżi tal-UE biex jilħqu l-miri klimatiċi tagħhom għall-2020, filwaqt li jindirizzaw id-distorsjonijiet tas-suq li jistgħu jirriżultaw minn sussidji mogħtija għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
PUNTI EWLENIN
Il-miri tal-UE għall-2020 jinkludu 3 miri klimatiċi, li huma dawn li ġejjin:
Nersqu lejn l-indikazzjonijiet tas-suq
Fis-snin reċenti, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ġew appoġġjati ħafna b’tariffi fissi. Dan ħeġġeġ it-tkabbir ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija* u poġġa lill-UE fit-triq it-tajba sabiex tilħaq il-mira tagħha ta’ sorsi tal-enerġiji rinnovabbli ta’ 20 %.
Madanakollu, dan it-tip ta’ appoġġ ipproteġa wkoll lis-settur tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli mis-sinjali tal-prezzijiet (li, f’ċirkostanzi normali, jirriflettu kundizzjonijiet tal-provvista u tad-domanda) u għalhekk wassal għal distorsjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli ġie ġġenerat irrispettivament mit-talba tas-suq attwali. Fil-fatt, dan issupera forom oħra ta’ ġenerazzjoni li jkollhom jiddependu biss fuq il-prezz tas-suq biex joperaw b’mod ekonomiku.
Hekk kif it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli jimmaturaw u l-produzzjoni tagħhom tikseb sehem sostanzjali mis-suq, is-settur se jkollu jadatta għas-sinjali tas-suq (jiġifieri jinterpreta xejriet tas-suq) u l-ammonti tal-għajnuna għandhom jirrispondu għat-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni.
Limiti
Għalhekk, il-linji gwida l-ġodda għandhom l-għan li jillimitaw l-appoġġ tal-għajnuna mill-Istat għal dak li huwa verament meħtieġ. Dan se jsir parzjalment billi nitbiegħu gradwalment mit-tariffi feed-in* għal proċessi kompetittivi ta’ offerti* għall-allokazzjoni tal-appoġġ pubbliku. Fażi pilota fl-2015 u l-2016 se tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jittestjaw proċessi kompetittivi ta’ offerti f’sehem żgħir mill-kapaċità elettrika ġdida tagħhom.
Infrastruttura
Il-linji gwida l-ġodda jinkludu wkoll kriterji li jappoġġjaw l-infrastruttura tal-enerġija, li jiffokaw fuq proġetti li jtejbu flussi transkonfinali tal-enerġija u jippromwovu l-infrastruttura fir-reġjuni anqas żviluppati tal-UE.
MINN META BDEW JAPPLIKAW IL-LINJI GWIDA?
Il-linji gwida ilhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2014 u jibqgħu validi sal-aħħar tal-2020.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, pp. 1-55)
l-aħħar aġġornament 06.09.2019