EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-adattament ta' miżuri tal-UE għad-difiża tal-kummerċ wara deċiżjoni tal-WTO

L-adattament ta' miżuri tal-UE għad-difiża tal-kummerċ wara deċiżjoni tal-WTO

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (EU) 2015/476 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji

X'INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Speċifikament, il-Kummissjoni Ewropea tista':

  • tħassar jew temenda l-miżura kkontestata; jew
  • tadotta kwalunkwe miżura speċjali ta’ implimentazzjoni oħra meqjusa xierqa fiċ-ċirkostanzi sabiex tikkonforma mar-rapport tad-WTO;
  • fejn xieraq, tissospendi jew tirrevedi tali miżuri.

Il-miżuri adottati skont dan ir-regolament ġeneralment ikollhom effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mis-16 ta' April 2015.

SFOND

Meta l-gvern ta’ membru tad-WTO jemmen li membru ieħor tad-WTO jkun qed jikser ftehim jew impenn li jkun għamel fid-WTO, it-tilwima tiġi riferuta lid-DSB tad-WTO.

* TERMINI EWLENIN

Miżuri tal-antidumping: miżuri, eż. dazji speċifiċi, applikati għall-importazzjonijiet fl-UE ta’ “prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping”, jiġifieri prodotti esportati lejn l-UE bi prezz irħas mill-prezz domestiku.

Miżuri antisussidju: miżuri, eż. dazji kumpensatorji (li jinnewtralizzaw l-effetti negattivi tas-sussidji), imposti mill-UE fuq importazzjonijiet li huma ssussidjati u li b’hekk ikunu ta’ dannu għall-industrija tal-UE li tipproduċi l-istess prodott.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) 2015/476 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2015 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU L 83, 27.3.2015, pp. 6-10)

l-aħħar aġġornament 13.02.2017

Top