EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027' for an updated information about the subject.

Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

Dan ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea (UE) jistabbilixxi l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, bħala espressjoni tanġibbli tal-valuri umanitarji tal-UE, u b’hekk isaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tipprovdi għajnuna umanitarja bbażata skont il-bżonn u li tappoġġa l-felħan ta' komunitajiet vulnerabbli.

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ( “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”)

SOMMARJU

L-Inizjattiva Voluntiera tal-UE hija ddiżinjata sabiex tagħti s-setgħa lill-Ewropej minn sfondi differenti illi flimkien juru solidarjetà man-numru dejjem jiżdied ta’ vittmi ta’ diżastri naturali u diżastri provokati minn attività umana barra mill-UE. Permezz ta’ preparazzjoni għal diżastri, tnaqqis ta’ riskju ta' diżastri, u rinfurzar tar-rabtiet bejn għajnuna, rijabilitazzjoni u żvilupp, l-inizjattiva tfittex li żżid il-kapaċità tal-UE madwar id-dinja kollha sabiex:

  • tippreżerva l-ħajjiet;
  • ittaffi t-tbatija u żżomm id-dinjità umana, u
  • ssaħħaħ il-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vunerabblil jew affettwati minn diżastru;
  • tappoġġa l-bini tal-kapaċità ta' organizzazzjonijiet umanitarji li jikkontribwixxu għal azzjoni umanitarja effettiva.

Parteċipanti

Ċittadini tal-UE ta’ 18-il sena jew aktar huma eliġibbli illi jipparteċipaw fl-inizjattiva. Ċittadini minn firxa ta' stati assoċjati, inklużi pajjiżi kandidati u pajjiżi sħab tal-politika Ewropea tal-Viċinat tal-UE, jistgħu jipparteċipaw ukoll. Il-parteċipazzjoni hija bbażata fuq ftehimiet bilaterali bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE, li jikkontribwixxu wkoll finanzjarjament għall-inizjattiva.

Taħriġ u kollokament tal-voluntiera

L-inizjattiva tipprovdi taħriġ u torganizza kollokament għal voluntiera ma’ organizzazzjonijiet umanitarji, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi benefiċjarji.

Il-programmi ta' taħriġ jippreparaw lil Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE qabel l-użu tagħhom u jgħinuhom jakkwsitaw ħiliet u kompetenzi speċifiċi kif stabbilit fil-Qafas ta' Kompetenza.

Dawn il-kompetenzi jinkludu pereżempju:

  • L-iżvilupp u ż-żamma ta' relazzjonijiet kollaborattivi;
  • L-iżvilupp ta' attitudni ta' volontarjat;
  • Ħidma f'ambjent taħt pressjoni;
  • Wiri ta' sens ta' tmexxija;
  • Ilħuq ta' riżultati.

Huwa ppjanat li l-użu ta' Voluntiera ta' Għajnuna tal-UE sejjer jibda kmieni fl-2016. Il-voluntiera mhumiex sejrin jintużaw għal operazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta' kunflitti armati.

Kuntratt ta' użu

Qabel jibdew, il-voluntiera għandhom jiffirmaw kuntratt ta' użu mal-organizzazzjoni li tibgħat. Dan il-kuntratt jinkludi standards bħall-ispeċifikazzjoni tar-rwol tal-voluntiera, il-ġestjoni tal-prestazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-imġiba mistennija u l-kapaċitajiet ta' tagħlim.

Bgħit ta' voluntiera u ospitar ta' organizzazzjonijiet

Organizzazzjonijiet li jibagħtu u li jospitaw għandhom juru f'valutazzjoni personali li huma għandhom politika jew prattika fis-seħħ, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti neċessarji dwar voluntiera kandidati u Voluntiera ta' Għajnuna tal-UE li jkopru l-istandards u l-proċeduri kollha kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni. Il-valutazzjoni personali sejra tiġi riveduta mill-Kummissjoni bħala parti mill-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni. Organizzazzjonijiet iċċertifikati biss jistgħu jipparteċipaw fl-inizjattiva.

Kompliment għal inizjattivi nazzjonali u internazzjonali ta’ voluntiera

L-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tfittex illi tevita d-dupplikazzjoni u li tikkumplimenta inizjattivi u azzjonijiet oħrajn tal-UE, kif ukoll għal proġetti nazzjonali u internazzjonali.

Voluntiera onlajn

Bħala alternattiva għal voluntarjat barra mill-pajjiżi, il-voluntiera jistgħu jipparteċipaw f’voluntarjat onlajn mid-dar.

Baġit

L-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha baġit ta’ EUR 147.9 miljun għall-perjodu 2014-2020. Dan l-iffinanzjar għandu jintuża għall-għażla, it-taħriġ u l-kollokament tal-voluntiera, għall-bini tal-kapaċità fl-organizzazzjonijiet li jilqgħuhom fil-pajjiżi benefiċjarji u miżuri ta’ appoġġ.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ - Data ta' skadenza

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 375/2014

25.4.2014

-

ĠU L 122 tal-24.4.2014, pp. 1-17

Emendi suċċessivi u tibdil għar-Regolament (UE) Nru 375/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (ĠU L 373, 31.12.2014, pp. 8-23)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (ĠU L 334, 21.11.2014, pp. 52-83)

l-aħħar aġġornament 17.09.2015

Top