Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC2025

Il-ġejjieni tal-Ewropa

Il-ġejjieni tal-Ewropa

 

SOMMARJU TA’:

White Paper dwar il-ġejjieni tal-Ewropa — riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025

X’INHU L-GĦAN TAL-WHITE PAPER?

Din tistabbilixxi l-isfidi u l-opportunitajiet ewlenin għall-Unjoni Ewropea fid-deċennju li ġej.

Din hija l-ewwel pass fil-proċess tas-27 pajjiż tal-UE (UE27) fit-teħid tad-deċiżjoni tad-direzzjoni futura tal-UE, u se tiġi segwita minn dibattiti fil-kapitali Ewropej u minn serje ta’ dokumenti ta’ riflessjoni mill-Kummissjoni Ewropea fuq kwistjonijiet speċifiċi.

PUNTI EWLENIN

Il-White Paper tistabbilixxi numru ta’ kwistjonijiet li se jinfluwenzaw il-progress tal-UE fid-deċennju li ġej:

  • Post li qed jinbidel f’dinja li qed tevolvi — filwaqt li jiġi kkunsidrat is-sehem tal-UE li qed jonqos fir-rigward tal-popolazzjoni dinjija u s-setgħa ekonomika mnaqqsa tagħha.
  • Ekonomija u soċjetà profondament trasformati — filwaqt li titqies il-popolazzjoni li qed tixjieħ, l-għomor miżjud, is-soċjetà diġitali li qed tevolvi u l-importanza li qed tiżdied ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.
  • Theddid u tħassib akbar dwar is-sigurtà u l-fruntieri — filwaqt li jiġi nnotat it-theddid terroristiku u l-kriżijiet tar-refuġjati kontinwati.
  • Tqajjim ta’ dubji dwar il-fiduċja u l-leġittimita — enfasizzar fuq l-appoġġ “kondizzjonali” għall-UE u l-ħtieġa konsegwenti li titnaqqas id-diskrepanza bejn it-twegħid u r-riżultati.

Il-White Paper tistabbilixxi wkoll ħames xenarji possibbli għall-UE fl-2025:

  • 1.
    Inkomplu kif aħna — L-UE27 twettaq aġenda ta’ riforma pożittiva, fejn tiddependi fuq il-“Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2015 Bidu Ġdid” mill-2014 u d-Dikjarazzjoni ta’ Bratislava tal-2016. Sal-2025, dan jista’ jkun ifisser:
    • Persuni Ewropej li jsuqu karozzi awtomatizzati u konnessi jistgħu jiffaċċjaw ostakoli legali u tekniċi meta jaqsmu l-fruntieri.
    • Kontrolli ta’ sigurtà fl-ajruporti u fl-istazzjonijiet tal-ferrovija jistgħu jirrikjedu li l-vjaġġaturi jaslu ħafna ħin qabel il-ħin tat-tluq tagħhom.
  • 2.
    Xejn ħlief is-suq uniku — id-diffikultà biex tinstab bażi komuni bejn l-UE27 fuq għad ta’ oqsma ta’ politika tfisser li l-enfasi terġa’ tiġi ċċentrata fuq is-suq uniku. Sal-2025, dan jista’ jkun ifisser:
    • It-tiftix għal impjieg f’pajjiż ieħor tal-UE jsir aktar diffiċli u t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni ma jkunx qed jiġi garantit.
    • Kontijiet mediċi potenzjalment ogħla għal dawk li jisfaw morda f’pajjiż ieħor tal-UE.
    • Karozzi konnessi u awtomatizzati li ma jsirux popolari minħabba n-nuqqas ta’ regoli u standards komuni madwar l-UE.
  • 3.
    Min irid aktar jagħmel aktar — L-UE tkompli bħal qabel iżda tippermetti koalizzjonijiet ta’ xi pajjiżi tal-UE li jixtiequ jagħmlu aktar f’oqsma bħad-difiża, is-sigurtà interna jew il-kwistjonijiet soċjali. Sal-2025, dan jista’ jkun ifisser:
    • Grupp ta’ 15-il pajjiż tal-UE li jistabbilixxu korpi tal-pulizija u ta’ maġistrati sabiex dawn jindirizzaw ir-reati transkonfinali. Informazzjoni tas-sigurtà li tiġi skambjata immedjatament hekk kif il-bażijiet tad-data nazzjonali jiġu konnessi.
    • Karozzi konnessi li jintużaw b’mod estensiv fit-12-il pajjiż li jkollhom regoli u standards komuni li jkun sar qbil fuqhom.
  • 4.
    Isir anqas b’aktar effiċjenza — L-UE27 tiffoka fuq li tagħmel aktar, b’mod aktar malajr, iżda f'oqsma politiċi magħżula. L-attenzjoni u r-riżorsi jiġu assenjati mill-ġdid bix-xieraq. Sal-2025, dan jista’ jkun ifisser:
    • Awtorità Ewropea għat-telekomunikazzjonijiet li jkollha s-setgħa li tillibera frekwenzi għal servizzi tal-komunikazzjoni fi ħdan l-UE, bħal dawk użati f’karozzi konnnessi. Din tipproteġi wkoll lill-utenti tat-telefown ċellulari u tal-internet meta dawn ikunu fl-UE.
    • Unità Ewropea kontra t-terroriżmu ġdida li tkun ta’ għajnuna biex tnaffar u tipprevjeni attakki permezz ta’ traċċar u rilevar b'mod sistematiku ta' suspettati.
  • 5.
    Flimkien isir ferm aktar — Pajjiżi tal-UE li jiddeċiedu li jikkondividu aktar setgħat, riżorsi u teħid tad-deċiżjonijiet fl-oqsma kollha tal-politika. Id-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE jsiru u jiġu infurazti aktar malajr. Sal-2025, dan jista’ jkun ifisser:
    • Il-karozzi konnessi jintużaw b’mod komuni madwar l-Ewropa minħabba regoli tal-UE komuni u aġenzija tal-UE biex tinforza r-regoli.
    • Iċ-ċittadini li jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom jirċievu assistenza minn servizzi konsulari tal-UE li f’xi każijiet ikunu ħadu post is-servizzi nazzjonali.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

White paper dwar il-ġejjieni tal-Ewropa — Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 (COM(2017) 2025 final, 1.3.2017)

l-aħħar aġġornament 05.04.2017

Fuq