Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Il-Kummissjoni Ewropea kkontribwiet ideat għal-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-Summit Soċjali f’Novembru 2017 f’Gothenburg, biex tistimula diskussjoni dwar il-futur tal-edukazzjoni u l-kultura. Bħala parti mid-dibattitu li għaddej dwar il-futur tal-Ewropa, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-viżjoni tagħha ta’ żona Ewropea tal-edukazzjoni sal-2025, u tibni fuq inizjattivi bħal:
Huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha tal-UE li jagħmlu użu mill-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u l-kultura bħala muturi tal-impjiegi, tal-ġustizzja soċjali, taċ-ċittadinanza attiva u tat-tkabbir ekonomiku u bħala mezz biex tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha.
PUNTI EWLENIN
Il-Kummissjoni qed titlob aġenda Ewropea ambizzjuża dwar l-edukazzjoni u l-kultura biex tindirizza:
l-isfidi li qed taffaċċja l-UE bħal:
id-diġitalizzazzjoni;
iż-żieda fl-inugwaljanzi;
forza tax-xogħol li qed tixjieħ;
il-ħtieġa li jittejbu:
il-ħiliet u l-kompetenzi; u
il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu fil-media, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-aħbarijiet “foloz” u biex tittieħed azzjoni kontra l-populiżmu u l-ksenofobija.
Hija qed tipproponi li taħdem b’mod konġunt mal-Istati Membri lejn żona Ewropea tal-edukazzjoni bbażata fuq il-fiduċja, ir-rikonoxximent reċiproku, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, il-mobilità u t-tkabbir.
Iż-żona Ewropea tal-edukazzjoni — tliet fergħat ewlenin:
It-tisħiħ tal-mobilità transfruntiera.
L-investiment fin-nies u fl-edukazzjoni tagħhom.
It-tisħiħ tas-sens tan-nies tal-identità Ewropea u tal-għarfien tal-wirt kulturali.
Karatteristiċi essenzjali
Il-passi proposti għal żona Ewropea tal-edukazzjoni jinkludu dawn li ġejjin:
li l-mobilità ssir realtà għal kulħadd bl-espansjoni tal-parteċipazzjoni fil-programm Erasmus+ u fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-ħolqien ta’ Kard tal-Istudenti tal-UE li tippermetti mod ġdid faċli sabiex tiġi maħżuna l-informazzjoni fir-rekords akkademiċi ta’ persuna;
bidu ta’ proċess ġdid, li jibni fuq il-proċess ta’ Bologna biex iħejji t-triq għar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tal-edukazzjoni għolja u tal-iskejjel;
koperazzjoni akbar fl-iżvilupp tal-kurrikula biex jiġi żgurat li s-sistemi edukattivi jagħtu l-għarfien u l-ħiliet li huma essenzjali għad-dinja tal-lum;
it-titjib fit-tagħlim tal-lingwi bil-għan li jiġi żgurat li sal-2025 iż-żgħażagħ kollha Ewropej li jlestu l-edukazzjoni sekondarja jkollhom għarfien tajjeb ta’ żewġ lingwi minbarra l-lingwa materna tagħhom;
il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u ż-żieda tas-sehem tan-nies involuti fit-tagħlim tul il-ħajja għal 25 % sal-2025;
l-integrazzjoni tal-innovazzjoni u tal-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni bil-promozzjoni ta’ taħriġ innovattiv u diġitali u t-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-edukazzjoni diġitali;
appoġġ lill-għalliema bil-possibbiltà għal aktar għalliema biex jipparteċipaw fil-programm Erasmus+ u fil-pjattaforma tal-eTwinning u tkun offruta gwida dwar il-politika dwar l-iżvilupp professjonali tagħhom;
il-ħolqien ta’ network li jippermetti lill-universitajiet Ewropej ta’ klassi dinjija jaħdmu flimkien b’mod transfruntier u l-ħolqien ta’ Skola tal-governanza Ewropea u tranżnazzjonali;
investiment fl-edukazzjoni permezz tas-semestru Ewropew biex jappoġġa riformi strutturali ħalli tittejjeb il-politika tal-edukazzjoni permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE u billi jiġi stabbilit punt ta’ referenza għall-investiment fl-edukazzjoni għal 5 % tal-PDG;
it-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea tal-Euronews sabiex ikun hemm stazzjon ta’ aħbarijiet li joffri informazzjoni indipendenti u ta’ kwalità għolja b’perspettiva wiesgħa Ewropea.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzoni u l-Kultura — Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’Gothenburg, is- (COM(2017) 673 final, ).
DOKUMENTI RELATATI
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2022) 700 final, ).
Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola (COM(2022) 316 final, ).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà (ĠU C 243, , pp. 10-25).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 243, , pp. 1-9).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja (ĠU C 160, , pp. 1-8).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea (ĠU C 157, , pp. 1-9).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet (COM(2022) 16 final, ).
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad- dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva ĠU C 504, , pp. 21-29).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1877 tat- dwar il-qafas ta’ miżuri ta’ inklużjoni tal-Programm Erasmus+ u tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027 (ĠU L 378, , pp. 15-21).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020) 625 final, ).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, , pp. 1-5).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura (COM(2018) 267 final, ).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (COM(2017) 248 final, ).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja (COM(2017) 247 final, ).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni —It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (COM(2016) 941 final, ).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa (COM(2016) 940 final, ).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa — Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (COM(2016) 381 final, ).