Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Dan għandu l-għan li jassisti lill-pajjiżi tal-UE sabiex jindirizzaw l-isfidi ewlenin fis-settur tas-saħħa u jistabbilixxi azzjonijiet biex jittejbu l-kooperazzjoni Ewropea u l-iskambju tal-aħjar prassi.
Il-Pjan ta’ Azzjoni jirrifletti l-prijoritajiet identifikati mill-ministri tas-saħħa tal-UE f’Diċembru 2010 u jibni fuq il-feedback mill-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-Green Paper dwar il-forza tax-xogħol Ewropea għas-saħħa fl-2008.
PUNTI EWLENIN
Green Paper
Il-Green Paper eżaminat l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE fir-rigward tal-forza tax-xogħol tas-saħħa tagħha. Hija pproponiet diversi modi biex dak li jkun jimxi ’l quddiem, inkluż:
it-tisħiħ tal-kapaċità għall-monitoraġġ, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard;
it-titjib tal-prassi tajba dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema tas-saħħa;
il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-prinċipji tar-reklutaġġ ta’ persunal minn pajjiżi mhux tal-UE;
il-ġbir ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-ħaddiema tas-saħħa;
il-garanzija tat-taħriġ għal dawn il-ħaddiema fl-użu ta’ teknoloġija ġdida, fost ħiliet oħrajn;
iktar inkoraġġiment lill-imprendituri biex jidħlu fis-settur tas-saħħa.
Pjan ta’ Azzjoni
Il-Pjan ta’ Azzjoni identifika ħames sfidi ewlenin interrelatati għall-forza tax-xogħol tas-saħħa tal-UE, li jirriżultaw minn popolazzjoni li qed tixjiħ:
iż-żieda fid-domanda għall-ħaddiema;
il-ħtieġa għal trattamenti ġodda u metodi ġodda kif tingħata l-kura;
it-tnaqqis fin-numru ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa;
diffikultajiet fir-reklutaġġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal tas-saħħa;
tnaqqis fil-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa li qed jaggrava.
Biex tindirizza dawn l-isfidi, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin:
azzjoni konġunta tal-UE fuq tliet snin dwar it-tbassir tal-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol tas-saħħa biex isir ippjanar effettiv fl-UE, li kellha titnieda sal-aħħar tal-2012;
studju mwettaq dwar l-istruttura u l-kapaċitajiet ta’ taħriġ fl-UE.
L-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet futuri, u t-titjib tal-iżvilupp professjonali kontinwu u t-tagħlim tul il-ħajja
l-introduzzjoni ta’ alleanza tal-ħiliet settorjali għall-kura tas-saħħa, biex jiġu żviluppati korsijiet ta’ taħriġ ġodda speċifiċi għas-settur u tipi ġodda ta’ tagħlim u taħriġ vokazzjonali;
aktar promozzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE (eż. Erasmus +) li jipprovdu appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ transkonfinali, anki għal studenti tal-mediċina u ħaddiema fil-kura tas-saħħa.
Ir-reklutaġġ u t-taħriġ mill-ġdid ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa
l-ippjanar tal-forza tax-xogħol għandu jqis kif l-ambjent tax-xogħol jinfluwenza r-reklutaġġ, iż-żamma, il-mobbiltà u l-prestazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll ir-riżultati tas-saħħa u l-kwalità tal-kura għall-pazjenti;
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jadattaw il-prassi fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol sabiex itejbu l-opportunitajiet għal ħaddiema akbar fl-età.
Reklutaġġ etiku ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa
Il-Kummissjoni kellha tippreżenta rapport dwar id-Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE sal-2014 biex teżamina kif u sa fejn intużaw il-linji gwida tagħha dwar ir-reklutaġġ etiku.
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni għal Forza tax-Xogħol tas-Saħħa tal-UE li Jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi (SWD(2012) 93 final, )
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi (COM(2012) 173 final, )
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg b’livell għoli ta’ kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”) (COM(2014) 287 final, )