Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2417

    Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

    Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

     

    SOMMARJU TA’:

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1165 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2417 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

    X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

    • Il-ftehim għandu l-għan li jiffaċilita temporarjament it-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn u minn ġot-terrirorju tal-Unjoni Ewropea (UE) u tal-Moldova fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna.
    • Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1165 tapprova l-iffirmar tal-ftehim f’isem l-UE.
    • Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2417 tapprova l-ftehim innifsu.

    PUNTI EWLENIN

    Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Moldova

    Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Moldova huma bbażati fuq ftehim ta’ assoċjazzjoni (ara s-sommarju) bejn il-partijiet.

    Kamp ta’ applikazzjoni

    • Il-Ftehim jagħti drittijiet addizzjonali ta’ tranżitu u trasport bilaterali ta’ merkanzija lil operaturi bbażati f’waħda miż-żewġ partijiet.
    • Huwa japplika għat-tranżitu u għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bi ħlas.
    • It-trasport ta’ merkanzija bit-triq fi Stat Membru tal-UE jew bejn l-Istati Membri ma huwiex kopert mill-Ftehim.

    Operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq

    L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jistgħu jwettqu dan li ġej mingħajr il-ħtieġa ta’ permessi addizzjonali:

    • vjaġġi b’merkanzija fejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla huma fit-territorju ta’ żewġ partijiet differenti, bi jew mingħajr tranżitu mit-terrritorju ta’ pajjiż terz;
    • vjaġġi b’merkanzija mit-territorju ta’ parti waħda għat-territorju tal-istess parti, u li jgħaddi mit-territorju tal-parti l-oħra;
    • vjaġġi b’merkanzija għal jew mit-territorju ta’ parti waħda għal-pajjiż terz, u bi tranżitu mit-territorju tal-parti l-oħra;
    • vjaġġi mingħajr merkanzija mwettqa flimkien mal-vjaġġi msemmija hawn fuq.

    Sorveljanza

    • Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt magħmul minn membri taż-żewġ partijiet.
    • Il-kumitat jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jirrieżamina perjodikament jekk il-Ftehim ikunx qed jissodisfa l-objettivi tiegħu.

    DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

    Il-ftehim daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Awwissu 2023

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI PRINĊIPALI

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-Trasport tal-Merkanzija bit-Triq (ĠU L 181, 7.7.2022, pp. 4–10).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 181, 7.7.2022, pp. 1–3).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2417 tal-5 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 318, 12.12.2022, pp. 1–3).

    L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (UE) 2022/2417 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Informazzjoni marbuta mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 226, 14.9.2023, p. 1).

    Id-Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kontinwazzjoni tal-Ftehim [2023/604] (ĠU L 79, 17.3.2023, pp. 185–186).

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni għal Korsiji ta’ Solidarjetà bejn l-UE u l-Ukrajna għall-faċilitazzjoni tal-esportazzjoni agrikola tal-Ukrajna u l-kummerċ bilaterali mal-UE (COM(2022) 217 final, 12.5.2022).

    Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, pp. 4–738).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 29.09.2023

    Fuq