Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0026

    Leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit

    Leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit (1)

     

    SOMMARJU TA’:

    Regolament (UE) 2019/26 — li jikkomplementa l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit (1) mill-UE

    X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

    Jistabbilixxi regoli ġodda biex jiżgura transizzjoni bla xkiel għall-approvazzjoni tat-tip* ta’ vetturi bil-mutur, kif ukoll ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi, meta r-Renju Unit (1) jitlaq mill-UE.

    PUNTI EWLENIN

    Kuntest legali

    • Skont il-liġi tal-UE, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura f’pajjiż wieħed tal-UE hija valida madwar l-UE mingħajr il-ħtieġa għal aktar testijiet u ċertifikazzjoni mill-ġdid f’pajjiżi oħra tal-UE.
    • Wara l-ħruġ tar-Renju Unit (1) mill-UE (jew fl-aħħar tal-perjodu ta’ transizzjoni, jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi ratifikat), l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit (1) mhijiex ser tibqa’ awtorità nazzjonali ta’ pajjiż tal-UE.
    • Għalhekk, mingħajr ftehim dwar relazzjoni ġdida bejn iż-żewġ partijiet, mhux se jkun aktar possibbli għall-manifatturi li jqiegħdu vetturi fis-suq tas-27 pajjiż tal-UE li jifdal (EU-27) fuq il-bażi ta’ approvazzjonijiet tat-tip mogħtija fir-Renju Unit (1).

    Approvazzjoni tat-tip EU-27

    • Il-manifatturi jistgħu japplikaw għal awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-EU-27 għal tipi approvati qabel mill-awtorità tar-Renju Unit (1).
    • Il-manifatturi għandhom:
      • iħallsu miżati lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħha;
      • jipprovdu dokumentazzjoni u informazzjoni lill-awtorità tal-UE jekk mitluba.

    Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni

    • It-tip għandu jikkonforma mar-regoli għat-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda applikabbli meta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tidħol fis-seħħ.
    • L-approvazzjoni tista’ tingħata fuq il-bażi tal-istess rapporti tat-test użati għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit (1) skont ir-regoli applikabbli, irrispettivament minn jekk is-servizz tekniku li ħareġ ir-rapport tat-test kienx magħżul u nnotifikat mill-pajjiż tal-UE li qed jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
    • L-awtorità tal-UE tista’ titlob ir-ripetizzjoni ta’ testijiet speċifiċi. Dawn għandhom isiru minn servizz tekniku magħżul u nnotifikat minn din l-awtorità.
    • L-approvazzjoni tat-tip tal-UE tidħol fis-seħħ fil-jum li tingħata l-għotja sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor. L-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit (1) issir invalida fil-jum ta’ qabel dak li fih l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tidħol fis-seħħ.
      • Fi kwalunkwe każ, l-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit (1) ser issir invalida mhux aktar tard mill-ġurnata li fiha l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip ma tibqax tapplika għal u fir-Renju Unit (1).

    Awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

    • Minn meta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tidħol fis-seħħ, l-awtorità tal-UE inkwistjoni hija responsabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati manifatturati fuq il-bażi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit (1) u mqiegħda jew li ser jitqiegħdu fis-suq, irreġistrati jew imqiegħda fis-servizz fl-UE.
    • Il-manifattur għandu jitlob ukoll li l-awtorità tal-UE inkwistjoni tieħu l-obbligi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit (1) li tikkonċerna l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati l-oħra tal-manifattur imqiegħda fis-suq, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz fl-UE fuq bażi ta’ approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit (1) li jew saru invalidi, jew li għalihom l-ebda approvazzjoni tat-tip tal-UE mhi mfittxija skont dan ir-regolament.
    • Din it-talba għandha ssir għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kollha bbażati fuq approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit (1) miżmuma mill-manifattur li ngħataw wara l-1 ta’ Jannar 2008 ħlief jekk il-manifattur jista jipprovdi prova ta’ ftehim ma’ awtorità oħra tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkopri dawn il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.
    • L-awtorità tal-UE mhix responsabbli għal kwalunkwe att jew ommissjoni tal-awtorità tar-Renju Unit (1).

    MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Ilu japplika mit-13 ta’ Jannar 2019.

    SFOND

    TERMINI EWLENIN

    Approvazzjoni tat-tip: il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tissodisfa ċerti rekwiżiti legali.

    DOKUMENT EWLIENI

    Regolament (UE) 2019/26 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Jannar 2019 li jikkomplementa l-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit (1) mill-Unjoni (ĠU L 8I, 10.1.2019, pp. 1-7).

    DOKUMENTI RELATATI

    Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, pp. 53-117).

    Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, pp. 1-160).

    L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2007/46/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

    Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, pp. 1-51).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, pp. 52-128).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 16.05.2019



    (1) Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u sar pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

    Fuq