This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2394
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur
Dan ir-regolament għandu l-għan li jipproteġi lill-konsumaturi kontra ksur transfruntier tal-liġi tal-konsumatur tal-UE permezz tal-modernizzazzjoni tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fl-UE, iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) bejniethom u mal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-regoli l-ġodda jgħinu biex iżidu l-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji fil-kummerċ elettroniku fl-UE.
Huwa jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mis-.
Ir-regolament ikopri 26 liġi tal-UE li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi elenkati fl-anness tiegħu (fil-futur jistgħu jiżdiedu oħrajn sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jitwessa’ għal oqsma leġiżlattivi ġodda) u japplika fil-każ ta’ kwalunkwe ksur ta’ dawk il-liġijiet.
Dan il-ksur jista’ jkun:
Il-ksur jista’ jkun att jew ommissjoni u jista’ jkun waqaf qabel ma l-infurzar ikun beda jew tlesta.
Kull pajjiż tal-UE jeħtieġlu jagħżel u jipprovdi riżorsi għal:
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jinvolvu wkoll lil korpi deżinjati fejn meħtieġ, biex jiġbru informazzjoni rigward ksur jew jieħdu miżuri ta’ infurzar, skont ċerti kundizzjonijiet tar-regolament.
Ir-regolament jelenka s-setgħat investigattivi u tal-infurzar minimi tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż is-setgħa li jiksbu impenji mingħand kummerċjant sabiex iwaqqfu ksur jew jipprovdu rimedji lill-konsumaturi affettwati:
Barra minn hekk, l-awtoritajiet se jkunu kapaċi wkoll li:
Għal ksur intra-UE, ir-regolament jistabbilixxi l-proċedura għall-informazzjoni u għal miżuri ta’ infurzar minn pajjiż wieħed tal-UE għall-ieħor.
L-awtoritajiet jeħtiġilhom iwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni fi żmien 30 jum sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor, u jeħtiġilhom japplikaw miżuri ta’ infurzar xierqa mingħajr dewmien u normalment fi żmien 6 xhur. Ir-regolament ikopri wkoll il-kundizzjonijiet li skonthom, tali talba tista’ ma tiġix milqugħa.
Meta jkun hemm suspett raġjonevoli ta’ ksur mifrux, l-awtoritajiet ikkonċernati jeħtiġilhom iwissu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lil awtoritajiet kompetenti u lil uffiċċji ta’ kollegament oħrajn, u jniedu azzjoni koordinata fejn ikun intlaħaq qbil, ma’ koordinatur deżinjat.
Il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrapporta kwalunkwe ksur suspettat li tkun saret konxju tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali. Jekk ikun hemm suspett ta’ ksur mal-UE kollha fuq skala kbira, l-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom iwettqu investigazzjonijiet xierqa u jibdew azzjoni koordinata jekk tali investigazzjonijiet jikkonfermaw li jaf ikun qed iseħħ ksur. Azzjonijiet koordinati biex jiġi indirizzat ksur mifrux b’dimensjoni tal-UE jeħtieġlu dejjem ikun ikkoordinat mill-Kummissjoni.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrifjutaw li jipparteċipaw f’azzjoni koordinata, pereżempju meta diġà jkun hemm proċedimenti ġudizzjarji jew meta investigazzjoni tkun uriet li l-effetti attwali jew potenzjali tal-allegat ksur ikunu negliġibbli f’dak il-pajjiż.
Ir-regolament jintroduċi wkoll sistema ta’ twissija tas-suq mal-UE kollha, sabiex theddidiet ġodda jiġu identifikati aktar malajr. Din is-sistema ta’ twissija ġdida tikkombina s-sistema diġà eżistenti skont ir-regolament dwar il-kooperazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004) ma’ skambju usa’ ta’ informazzjoni rilevanti u meħtieġa.
Barra minn hekk, ċerti korpi esterni (bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u tal-kummerċ, iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u korpi deżinjati mogħtija din is-setgħa mill-pajjiżi tal-UE jew mill-Kummissjoni) se jkunu wkoll kapaċi jibagħtu twissijiet (“twissijiet esterni”). Dan iżid l-irwol tal-partijiet ikkonċernati fl-infurzar tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur.
L-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu wkoll li jwettqu sweeps1 biex jidentifikaw ksur, iżda dawn normalment iridu jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni.
L-awtoritajiet jistgħu jitolbu direttament data rilevanti mingħand partijiet terzi skont id-Direttiva 2000/31/KE (dwar il-kummerċ elettroniku) u l-ħarsien tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ir-Regolament (UE) 2016/679 — regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR) u d-Direttiva (UE) 2016/680 — Il-protezzjoni ta’ data personali meta tkun qed tintuża mill-pulizija u mill-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali).
Dan jibda japplika .
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, , pp. 1-26)
l-aħħar aġġornament