EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1316

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2021–2027)' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1316/2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) li tappoġġja proġetti ta’ interess komuni (jiġifieri, interess għall-UE kollha kemm hi) għal infrastruttura fl-oqsma ta’:

  • trasport;
  • telekomunikazzjoni; u
  • enerġija.

L-għan aħħari tagħha huwa li tħaffef l-investiment f’netwerks trans-Ewropej u li ġġib finanzjament mis-setturi pubbliċi u privati.

Din tistabbilixxi wkoll l-ammont ta’ flus li għandu jkun disponibbli mill-2014 sal-2020 u għal liema oqsma.

Din ġiet emendata diversi drabi, bl-aktar darba riċenti:

PUNTI EWLENIN

Tgħin biex toħloq tkabbir ekonomiku sostenibbli

Il-Kummissjoni Ewropea tara l-ħolqien ta’ trasport effiċjenti u netwerks tal-infrastruttura tal-enerġija bħala mod ewlieni ta’ kif tagħti spinta lit-tkabbir u żżid il-fiduċja fis-suq uniku tal-UE.

B’mod partikolari, il-FNE tappoġġja proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jibnu infrastruttura u servizzi ġodda jew li jaġġornaw infrastruttura u servizzi eżistenti. Wieħed mill-objettivi ġenerali tagħha huwa li tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku billi tiżviluppa netwerks trans-Ewropej moderni u ta’ prestazzjoni għolja li jikkunsidraw il-flussi tat-traffiku futuri mistennija.

Żvilupp sostenibbli

Objettiv ġenerali ieħor tal-FNE huwa li tgħin lill-UE tilħaq il-miri tal-iżvilupp sostenibbli tagħha (tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta mqabbel mal-livelli tal-1990, żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija u ż-żieda tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli għal 20 % sal-2020).

Is-settur tat-trasport għandu jkun l-akbar benefiċjarju

Il-baġit total tal-FNE mill-2014 sal-2020 jammonta għal madwar €33 biljun. Dan huwa maqsum kif ġej:

  • madwar €26 biljun għat-trasport;
  • madwar €1 biljun għat-telekomunikazzjoni; u
  • madwar €6 biljun fuq is-settur tal-enerġija.

Atti delegati

Il-Kummissjoni adattat 2 atti delegati li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward ta’ prijoritajiet ta’ finanzjament tat-trasport:

Emenda fl-2017 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013

Ir-Regolament (UE) 2017/2396 fl-emendar tar-Regolament FEIS (ir-Regolament (UE) 2015/1017) jestendi d-durata tal-FEIS u jintroduċi xi titjib tekniku. Barra minn hekk, dan jemenda r-Regolament FNE billi jittrasferixxi parti tal-baġit mhux minfuqa tal-FNE, kif ukoll flus mid-dħul u l-ħlas lura mill-Istrument ta’ Dejn tal-FNE u mill-Fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (il-“Fond Marguerite” — fond li jinvesti fl-enerġija, fis-sorsi rinnovabbli, fit-trasport u fl-infrastruttura diġitali) fil-FEIS.

Emenda fl-2018 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 emenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 billi introduċa Artikolu ġdid (l-Artikolu 16a) li joffri l-possibbiltà li jiġu stabbiliti faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE li l-azzjonijiet tagħhom kollha li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni jkunu eleġibbli biex jirċievu finanzjament. Il-kontribuzzjoni globali tal-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE mill-baġit tal-UE ma tistax taqbeż 10 % tal-allokazzjoni finanzjarja globali għall-FNE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

TERMINI EWLENIN

Faċilità ta’ taħlit: arranġament ta’ kooperazzjoni stabbilit bejn il-Kummissjoni u l-iżvilupp jew istituzzjonijiet tal-finanzi pubbliċi oħra bl-għan li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li ma jistgħux jerġgħu jitħallsu u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit u forom ta’ appoġġ li jistgħu jerġgħu jitħallsu mill-iżvilupp jew istituzzjonijiet tal-finanzi pubbliċi oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzi tas-settur privat u investituri tas-settur privat.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, pp. 129-171)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1649 tat-8 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (ĠU L 247, 15.9.2016, pp. 1-4)

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (ĠU L 80, 19.3.2014, pp. 1-4)

l-aħħar aġġornament 29.04.2019

Fuq