This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0099
Programm Ewropew tal-Istatistika 2013-2020
Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Il-Programm tas-Suq Uniku' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.
Programm Ewropew tal-Istatistika 2013-2020
SOMMARJU TA’:
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-Programm Ewropew tal-Istatistika 2013-2017
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 jistabbilixxi Programm Ewropew tal-Istatistika għall-perjodu mill-2013 sal-2017.
Ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/1951, li jestendi l-programm sal-2020, meta jintemm il-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
PUNTI EWLENIN
Il-Programm Ewropew tal-istatistika jimmira li jiżgura li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE. L-għan huwa li l-informazzjoni statistika tkun armonizzata, komparabbli, affidabbli, faċli biex tintuża u aċċessibbli.
L-aspetti ewlenin tal-erba’ għanijiet speċifiċi tal-programm huma dawn li ġejjin:
Il-fondi jiġu allokati permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali prodotti u adottati mill-Kummissjoni Ewropea. F’dawn il-programmi ta’ ħidma, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-objettivi u r-riżultati mistennija.
L-ammont ta’ flus tal-UE allokati għall-programm mill-2014 sal-2017 huwa ta’ EUR 234.8 miljun. Fil-qafas tar-Regolament (UE) 2017/1951, allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 218.1 miljun saret disponibbli għall-perjodu 2018–2020.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Ir-Regolament (UE) 2017/1951 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, pp. 12-29)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 99/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164-173).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 18.04.2018