This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013H0112
Investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ
L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)
L-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)
Bħala parti mill-pakkett ta’ investiment soċjali għat-tkabbir u l-koeżjoni (SIP) tagħha, il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjoni dwar investiment soċjali favur it-tfal. L-għan tagħha huwa li tipprovdi lill-pajjiżi tal-UE gwida kif dwar għandhom jindirizzaw il-faqar fost it-tfal u jippromwovu l-benessri tat-tfal, kif ukoll biex isibu modi komuni ta’ kif għandhom jindirizzaw dawn l-isfidi.
L-Artikolu 3 tat-TUE jsemmi b’mod speċifiku l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal bħala wieħed mill-għanijiet u l-valuri tal-UE.
L-Artikolu 153 tat-TFUE jelenka l-oqsma tal-politika soċjali li fihom l-UE tappoġġja u tikkomplementa l-attivitajiet proprji tal-pajjiżi tal-UE. Dawn l-oqsma jinkludu l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.
Ir-rakkomandazzjoni titlob li jittieħed approċċ favur id-drittijiet tat-tfal u li jiġu stabbiliti strateġiji integrati bbażati fuq 3 pilastri.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob li jiġu żviluppati arranġamenti ta’ governanza, implimentazzjoni u monitoraġġ billi:
Fl-aħħar, ir-rakkomandazzjoni tenfasizza li jeħtieġ li jsir użu sħiħ mill-istrumenti rilevanti tal-UE billi:
Għal aktar informazzjoni, ara:
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 3 (ex Artikolu 2 TUE) (ĠU C 202, , p. 17)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u Azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu X — Politika Soċjali — Artikolu 153 (ex Artikolu 137 TKE) (ĠU C 202, , pp. 114-116)
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2013/112/UE tal-: L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (ĠU L 59, , pp. 5-16)
l-aħħar aġġornament