Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0427

    Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

     

    SOMMARJU TA’:

    Deċiżjoni 2010/427/EU — li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

    Hija tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), stabbilit permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, sabiex jappoġġja lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (Rappreżentant Għoli) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu/tagħha rigward l-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-UE.

    PUNTI EWLENIN

    Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

    Is-SEAE huwa taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u jappoġġjah/a fl-oqsma li ġejjin:

    Is-SEAE wkoll:

    • tassisti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE biex jiżguraw il-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE; u
    • jappoġġja lill-Kummissjoni fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ programmi u strumenti finanzjarji relatati mal-azzjoni esterna tal-UE.

    Bil-kwartieri ġenerali tiegħu fi Brussell, is-SEAE huwa ġestit minn Segretarju Ġenerali, assistit minn tliet Viċi Segretarji Ġenerali, li joperaw taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE hija organizzata f’direttorati maniġerjali li jittrattaw:

    • żoni ġeografiċi ta’ azzjoni, li jkopru l-pajjiżi kollha u r-reġjuni globali kollha;
    • id-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet globali u multilaterali;
    • PSDK u rispons għall-kriżi.

    Delegazzjonijiet tal-UE

    • Is-SEAE jikkonsisti wkoll minn delegazzjonijiet tal-UE għal pajjiżi mhux tal-UE u diversi organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-bażi legali għad-delegazzjonijiet hija l-Artikolu 221 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. Kull waħda hija mmexxija minn Kap ta’ Delegazzjoni, taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli u tas-SEAE, li jirrappreżenta l-UE fil-pajjiż ikkonċernat. Id-delegazzjonijiet jikkoperaw u jaqsmu informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE.
    • Is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE huwa responsabbli għall-evalwazzjoni finanzjarja u amministrattiva ta’ kull delegazzjoni.

    Ġestjoni ta’ kriżi

    Il-PSDK u l-istrutturi tar-rispons għall-kriżijiet jinkludu:

    • Direttorat għall-Maniġġar ta’ Kriżijiet u l-Ippjanar (CMDP);
    • Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC)
    • Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMS) Dipartimenti taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali tal-EUMS:
      • Direttorat tal-Kunċetti u l-Kapaċità,
      • Direttorat tal-Intelligence,
      • Direttorat tal-Operazzjonijiet,
      • Direttorat tal-Loġistika,
      • Direttorat tal-Komunikazzjoni u Sistemi ta’ Informazzjoni u taċ-Ċiberdifiża;
    • Ċentru tal-Analiżi tal-Intelligence tal-UE (INTCEN), li qabel kien iċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-UE (SITCEN).

    MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

    Din ilha tapplika mis-26 ta’ Lulju 2010.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENT PRINĊIPALI

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, pp. 30-40)

    DOKUMENTI RELATATI

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu VI — Ir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi u delegazzjonijiet tal-Unjoni — l-Artikolu 221 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 147)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 dwar l-istabbiliment ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 27, 30.1.2001, pp. 7-11)

    L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2001/80/CFSP ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    l-aħħar aġġornament 10.11.2020

    Fuq