Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0487

    Eżenzjoni ta’ ċertu akkordji dwar trasport bl-ajru minn regoli tal-kompetizzjoni tal-UE

    Eżenzjoni ta’ ċertu akkordji dwar trasport bl-ajru minn regoli tal-kompetizzjoni tal-UE

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (KE) Nru 487/2009 dwar l-applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

    • Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-setgħa li tagħti eżenzjonijiet ta’ kategorija fis-settur tat-trasport bl-ajru rigward traffiku fl-Unjoni Ewropea (UE) u bejn pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE.
    • Huwa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u ċ-ċirkustanzi fejn il-Kummissjoni tista’ teżerċita din is-setgħa flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fl-Istati Membrital-UE.
    • Ta’ min jinnota li l-artikolu tat-trattat fit-titlu tar-regolament - Artikolu 81(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE) - minn dak iż-żmien sar 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    PUNTI EWLENIN

    Artikolu 101 tat-TFUE

    L-Artikolu 101(3) TFUE jippermetti lill-Kummissjoni li tadotta regolament li jiddikjara li ċertu akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma* huma eżenti mill-Artikolu 101(1) TFUE, li jipprojbixxi akkordji u prattiċi miftiehma bejn kumpaniji u gruppi ta’ kumpaniji li jista’ jaffettwaw l-kummerċ bejn Stati Membri u li l-għan tagħhom ikun li jipprevjeni, jillimita jew joħloq distorsjoni fis-suq interntal-UE.

    Il-Kummissjoni tista’, b’mod partikolari, tadotta tali regolament għal eżenzjoni ta’ kategorija relatat ma’ akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li jikkonċernaw dawn li ġejjin:

    • ippjanar konġunt u koordinazzjoni ta’ skedi tal-ajru;
    • konsultazzjoni dwar tariffi għat-trasport tal-passiġġieri, tal-bagalji u tal-merkanzija fuq servizzi skedati tal-ajru;
    • operazzjonijiet konġunti fuq servizzi tal-ajru skedati li jkunu inqas okkupati;
    • allokazzjonijiet ta’ slots fl-ajruporti u fl-iskedar tagħhom;
    • ix-xiri, l-iżvilupp u l-operazzjoni komuni ta’ sistemi ta’ riżervazzjoni bil-kompjuter relatati ma’ skedi, riżervazzjonijiet u ħruġ ta’ biljetti minn impriżi tat-trasport tal-ajru.

    Ċirkustanzi li jinbidlu

    Fejn iċ-ċirkustanzi li jikkonċernaw kwalunkwe wieħed mill-fatturi li xprunaw l-adozzjoni jinbidlu, l-att jista’ jitħassar jew jiġi emendat. F’dan il-każ jeħtieġ li jkun hemm perijodu tranżitorju biex jiġu emendati l-akkordji u l-prattiċi miftiehma fejn ir-regolament preċedenti kien japplika qabel ma tħassar jew qabel ma ġie emendat.

    Tul limitat

    Kwalunkwe tali regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġi adottat għal perijodu speċifiku u japplika retroattivament għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu jeżistu fid-data meta r-regolament daħal fis-seħħ.

    Informazzjoni u konsultazzjoni

    Qabel l-adozzjoni ta’ regolament dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz tar-regolament propost u tistieden lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati kollha biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fi żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003, darba qabel il-pubblikazzjoni ta’ regolament abbozz, u darb’oħra wara l-konsultazzjoni pubblika qabel tadotta r-regolament (ara s-sommarju).

    MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Dan ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 487/2009 jikkodifika u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    TERMINI EWLENIN

    Prattiċi miftiehma. Prattiċi li huma kontra l-kompetittività, anke jekk ftehim formali ġie konkluż bejn il-partijiet jew le. Dawn jistgħu jirriżultaw jew f’kuntatt dirett jew indirett bejn kumpaniji li l-intenzjoni tagħhom hija li jew jinfluwenzaw it-tmexxija tas-suq jew li jikxfu mġiba maħsuba fil-futur lill-kompetituri.

    DOKUMENT EWLIENI

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni(UE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-setter tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 148, 11.6.2013, pp. 1-4).

    DOKUMENTI RELATATI

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88–89).

    Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta għas-sistemi ta’ riżervazzjoni kompjuterizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (ĠU L 35, 4.2.2009, pp. 47–55).

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, pp. 1-25).

    L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar regoli komuni fuq l-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, pp. 1–6).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 08.12.2021

    Fuq