Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0030

    Karburanti aktar nodfa għat-trasport bit-triq

    Karburanti aktar nodfa għat-trasport bit-triq

    Il-karburanti tat-trasport jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra fl-Unjoni Ewropea (UE). Din il-liġi tistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburant*, sabiex b’hekk tgħin ħalli jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra.

    ATT

    Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE.

    SOMMARJU

    Il-karburanti tat-trasport jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra fl-Unjoni Ewropea (UE). Din il-liġi tistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburant*, sabiex b’hekk tgħin ħalli jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra.

    X'TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

    Hija tirrevedi d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti (Id-Direttiva 98/70/KE). Hija temenda firxa ta’ elementi, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-karburanti, u tintroduċi mekkaniżmu li huwa mmirat biex jimmonitorja u jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u jiżgura s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti.

    PUNTI EWLENIN

    • Il-liġi titlob lill-fornituri tal-karburanti sabiex jirrapportaw u jnaqqsu ċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-enerġija fornuta għat-trasport bit-triq. Il-mira hija tnaqqis taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra b’6 % (jew sa 10 % jekk il-pajjiż tal-UE jagħżel dan) għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant fornut sa Diċembru 2020.
    • Il-bijokarburanti għandhom jiġu prodotti b’mod sostenibbli. Sabiex bijokarburant jitqies bħala li qiegħed inaqqas il-gassijiet b’effett serra skont din id-Direttiva, huwa għandu jissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà, li jitolbu li l-bijokarburanti ma jiġux prodotti fuq art b’valur għoli ta’ bijodiversità, jew li jsiru minn materjali b’ħażna għolja ta’ karbonju.
    • L-armonizzazzjoni tar-regoli għall-karburanti, li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ta’ saħħa u ambjent, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit mid-diżil u l-petrol għal massimu ta’ 10 mg/kg.
    • Filwaqt li d-Direttiva tiffaċilita t-taħlit tal-komponenti bijoloġiċi fil-karburanti (pereżempju, sa 10 % ta’ etanol fil-petrol), il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-petrol u d-diżil li jitpoġġew fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness II ta’ din id-Direttiva, rispettivament.
    • Il-liġi titlob li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar il-kontenut tal-bijokarburanti tal-petrol u tad-diżil.

    SFOND

    Minħabba l-progress sostanzjali fit-teknoloġija tal-vetturi u l-iżvilupp u d-disponibbiltà dejjem tiżdied tal-bijokarburanti, fl-2007, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li jiġu riveduti l-ispeċifikazzjonijiet għall-kwalità tal-karburanti fid-Direttiva 98/70/KE.

    Għal aktar tagħrif, ara l-paġni elettroniċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar:

    TERMINI EWLENIN

    L-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburant jirreferu għall-emissjonijiet netti kollha attribwiti lill-karburant. Fi kliem ieħor, it-termini jirreferu mhux biss għall-emissjonijiet ikkawżati minn kombustjoni, iżda wkoll mill-kultivazzjoni, l-estrazzjoni, it-trasportazzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant.

    REFERENZI

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Direttiva 2009/30/KE

    25.6.2009

    31.12.2010

    ĠU L 140 tal-5.6.2009, p. 88-113

    l-aħħar aġġornament 30.04.2015

    Fuq