Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Il-VAT tiġi applikata għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa fl-UE għall-ħlas minn persuna taxxabbli (jiġifieri individwu jew negozju li, b’mod indipendenti, jipprovdi oġġetti jew servizzi matul attività ekonomika).
L-importazzjonijiet fl-UE huma soġġetti għall-VAT. F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/1539, mill- il-fornitur jew il-fornitur preżunt (pjattaformi) tal-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati minn pajjiżi mhux tal-UE dejjem se jkun responsabbli għall-VAT fuq l-importazzjoni, minflok ir-regola ġenerali li kull persuna li timporta hija responsabbli.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2025/516 tintroduċi bidliet estensivi biex timmodernizza s-sistema tal-VAT u tadattaha għall-ekonomija diġitali. Dawn jinkludu regoli ġodda dwar il-fatturazzjoni elettronika u r-rapportar diġitali għall-pjattaformi li jiffaċilitaw il-kirjiet ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u t-trasport tal-passiġġieri, kif ukoll skemi estiżi ta’ simplifikazzjoni tal-punt uniku ta’ servizz biex tkompli titnaqqas il-ħtieġa tar-reġistrazzjoni tal-VAT f’diversi Stati Membri, bi skadenzi ta’ applikazzjoni f’fażijiet bejn l-2027 u l-2035.
It-tranżazzjonijiet taxxabbli jinkludu l-forniment ta’ oġġetti jew servizzi fl-UE, l-akkwist ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri tal-UE (oġġetti fornuti u mibgħuta jew ittrasportati minn negozju minn Stat Membru għal negozju fi Stat Membru ieħor) u l-importazzjoni ta’ oġġetti fl-UE minn pajjiżi mhux tal-UE.
Il-post ta’ tassazzjoni jiddependi min-natura tat-tranżazzjoni, it-tip ta’ prodott ipprovdut u jekk hemmx trasport involut.
Provvista ta’ merkanzija. Fejn il-merkanzija tiġi fornuta.
Akkwist ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri. Fejn il-merkanzija tiġi mwassla (jiġifieri l-Istat Membru fejn finalment tasal il-merkanzija wara trasport minn Stat Membru ieħor).
Importazzjonijiet ta’ oġġetti. Normalment l-Istat Membru fejn tasal il-merkanzija.
Provvista ta’ servizzi. Fejn is-servizzi jitqiesu li huma pprovduti. Dan ma jiddependix biss mit-tip ta’ servizz ipprovdut iżda wkoll fit-tip ta’ klijent li jkun qed jirċievi s-servizz. Ir-regola ġenerali hija li servizz jiġi ntaxxat fil-post tal-klijent, jekk ikun negozju, jew fil-post tal-fornitur, jekk il-klijent ikun individwu privat. Sabiex ikun żgurat li s-servizz jiġi ntaxxat fil-post fejn jiġi effettivament ikkunsmat, hemm xi eċċezzjonijiet minn dawn ir-regoli ġenerali, bħal dawn li ġejjin:
servizzi li jikkonċernaw proprjetà immobbli (proprjetà);
trasport ta’ passiġġieri;
attivitajiet relatati mal-kultura, l-isports, l-edukazzjoni u d-divertiment;
servizzi ta’ ristorant.
Il-VAT tiġi imposta meta l-merkanzija jew is-servizzi jiġu pprovduti, skont in-natura tat-tranżazzjoni. Il-VAT tista’ tiġi imposta għal akkwist ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri meta titlesta l-provvista tal-merkanzija lill-Istat Membru rilevanti. Għal importazzjonijiet lejn l-UE, il-VAT hija imposta meta l-merkanzija tiddaħħal fi Stat Membru. Mill-, il-fornitur jew il-fornitur preżunt (pjattaformi) tal-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati minn pajjiżi mhux tal-UE dejjem se jkun responsabbli għall-VAT fuq l-importazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, f’ċerti kundizzjonijiet, jippermettu lill-klijent iħallas il-VAT fuq l-importazzjoni jekk il-fornitur jew il-fornitur preżunt jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-fornitur.
L-ammont taxxabbli għall-provvista ta’ oġġetti jew servizzi u l-akkwist ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri jinkludi l-pagamenti kollha lill-fornitur. Fejn qed tiġi importata merkanzija, dan l-ammont ikun il-valur tagħha għal finijiet doganali. Dazji, taxxi u imposti oħrajn huma inklużi fl-ammont taxxabbli iżda l-VAT infisha, skontijiet fuq il-prezz u ribassi mogħtija lill-klijent huma esklużi.
Ir-rata standard tal-VAT li għandha tiġi applikata mill-Istati Membri kollha għall-oġġetti u s-servizzi hija mill-inqas 15 %. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa waħda, jew tnejn minnhom, ta’ mill-inqas 5 % rigward oġġetti jew servizzi speċifiċi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva. Numru ta’ eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli (eż. rati aktar baxxi, fuq merkanzija jew servizzi oħrajn) japplikaw ukoll skont ċerti kundizzjonijiet.
Id-Direttiva tippermetti li jkun hemm eżenzjonijiet mill-VAT. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn huma eżenzjonijiet mingħajr id-dritt għal tnaqqis (eż. il-kura medika, is-servizzi soċjali jew is-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni). Madankollu, eżenzjonijiet bid-dritt għal tnaqqis jeżistu wkoll, (eż. il-provvista ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri jew l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti lejn pajjiż mhux tal-UE). Il-maġġoranza tal-eżenzjonijiet huma obbligatorji għall-Istati Membri, iżda xi wħud mhumiex obbligatorji.
Mill-, l-użu ta’ ċertifikat elettroniku ta’ eżenzjoni mill-VAT isir obbligatorju għal ċerti tranżazzjonijiet eżentati skont l-Artikolu 151 tad-Direttiva. Sa dak iż-żmien, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw ċertifikati stampati jew sistemi elettroniċi eżistenti jekk jixtiequ. Huma jkollhom sat- biex jippromulgaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-regoli l-ġodda. Iċ-ċertifikat jinħareġ mill-korp jew mill-individwu eliġibbli li x-xiri tiegħu jibbenefika mill-eżenzjoni, u jrid ikun iffirmat b’mod elettroniku flimkien mal-Istat Membru ospitanti; dan iċ-ċertifikat jissostitwixxi l-formola stampata li kienet tintuża qabel.
Il-Kummissjoni Ewropea se tiżviluppa u timmaniġġja sistema ċentrali tal-IT għall-ħżin u l-ipproċessar ta’ ċertifikati elettroniċi ta’ eżenzjoni. Din is-sistema se tirreġistra ċ-ċertifikati maħruġa minn korpi jew individwi eliġibbli, tiżgura d-disponibbiltà tagħhom għall-fornituri u għall-awtoritajiet nazzjonali u topera abbażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni.
Persuna taxxabbli tista’ tnaqqas l-ammont ta’ VAT imħallas fuq oġġetti jew servizzi akkwistati użati għal tranżazzjonijiet intaxxati fl-Istat Membru fejn jiġu akkwistati dawk l-oġġetti jew servizzi. Il-VAT tal-input tista’ titnaqqas mill-VAT li għandha titħallas fuq tranżazzjonijiet taxxabbli (eż. provvisti domestiċi ta’ merkanzija jew servizzi). Ġeneralment, m’hemmx dritt ta’ tnaqqis f’każ ta’ attività ekonomika eżentata mill-VAT, jew jekk il-persuna taxxabbli tikkwalifika għal ċerti skemi speċjali. F’ċerti każijiet, it-tnaqqis jista’ jiġi limitat jew aġġustat.
Id-Direttiva tistipula l-obbligi tal-persuni taxxabbli u ta’ ċerti persuni mhux taxxabbli. Ġeneralment, il-VAT titħallas minn persuna taxxabbli li tagħti servizz jew tforni oġġett taxxabbli. L-eċċezzjonijiet jinkludu tranżazzjonijiet speċifiċi fejn il-klijent iħallas il-VAT (eż. servizzi pprovduti lil negozju minn fornitur f’pajjiż ieħor, u tranżazzjonijiet fejn l-Istat Membru jista’ jagħżel li jinnomina l-klijent li jħallas il-VAT, bħal fil-każ ta’ ċerti provvisti sensittivi għall-frodi).
Mill-, il-fornituri, jew il-fornituri preżunti, ta’ bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati li ma jkunux stabbiliti fl-UE u li ma jkunux irreġistrati fil-portal tal-Punt Uniku ta’ Servizz għall-Importazzjonijiet, iridu jaħtru rappreżentant tat-taxxa fl-Istat Membru tal-importazzjoni sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-VAT relatati għal kunsinni eliġibbli. Dan l-obbligu ma japplikax jekk il-fornitur ikun stabbilit f’pajjiż li jkun kopert minn ftehim tal-UE dwar assistenza reċiproka.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li persuni oħra, bħal rappreżentanti doganali indiretti jew persuni responsabbli għal djun doganali, ikunu responsabbli in solidum għall-VAT fuq l-importazzjoni dovuta fuq bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati.
Id-direttiva tippermetti eċċezzjonijiet mir-regoli tal-VAT standard mill-Istat Membru, (eż. għall-prevenzjoni ta’ ċerti tipi ta’ evażjoni tat-taxxa). Hemm ukoll skemi speċjali tal-VAT imfassla għat-tnaqqis tax-xogħol amministrattiv, (p.e. għan-negozji ż-żgħar u għall-bdiewa).
Barra minn hekk, tippermetti lill-Istati Membri li huma l-aktar affettwati mill-frodi tal-VAT japplikaw temporanjamenttreġġigħ lura b’mod ġenerali tar-responsabbiltà tal-VAT. Dan jinvolvi ċ-ċaqliq tar-responsabbiltà għall-ħlas tal-VAT mill-fornitur għall-klijent. L-Istati Membri setgħu jużaw din il-miżura biss għal provvisti ta’ oġġetti jew servizzi f’’pajjiżhom stess ta’ aktar minn EUR 17 500 għal kull tranżazzjoni, sat-30 ta’ Ġunju 2022 biss u f’kundizzjonijiet stretti ħafna.
Saru għadd ta’ emendi għad-Direttiva 2006/112/KE, inklużi xi emendi minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2020/284 tintroduċi ċerti rekwiżiti dwar il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament biex iżommu rekords ta’ pagamenti transfruntieri tal-kummerċ elettroniku. Id-data mbagħad tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa taħt kundizzjonijiet stretti, inklużi dawk relatati mal-protezzjoni tad-data. Dawn ir-rekwiżiti ilhom japplikaw mill-.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2020/285 tintroduċi regoli simplifikati biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità għan-negozji ż-żgħar, u biex jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar vantaġġuż biex jgħinhom jikbru u jagħmlu kummerċ transfruntier b’mod aktar effiċjenti. In-negozji żgħar se jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal regoli simplifikati tal-konformità mal-VAT fejn il-fatturat annwali tagħhom jibqa’ taħt il-limitu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, li ma jistax ikun aktar minn EUR 85 000. F’ċerti kundizzjonijiet, in-negozji żgħar minn Stati Membri oħra, li ma jaqbżux dan il-limitu, se jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-iskema simplifikata, jekk il-fatturat annwali totali tagħhom fl-UE kollha ma jkunx aktar minn EUR 100 000. Dawn ir-regoli l-ġodda ilhom japplikaw mill-. Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2025/516 tiċċara kif jiġu kkalkulati l-limiti tal-fatturat, u tiżgura li jingħadd biss il-bejgħ mill-bogħod mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-fornitur.
Il-Pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku (id-Direttivi Emendatorji (UE) 2017/2455 u 2019/1995) jintroduċi simplifikazzjonijiet ġodda għall-kumpaniji li jwettqu bejgħ transfruntier ta’ oġġetti jew servizzi. Dan jiżgura li l-VAT fuq provvisti bħal dawn titħallas b’mod korrett lill-Istat Membru tal-klijent, f’konformità mal-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru destinatarju tal-UE. L-ewwel miżuri daħlu fis-seħħ fl-2015 u koprew biss is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u dawk elettroniċi. In-negozji li jipprovdu provvisti ta’ merkanzija jew servizzi minn negozju għall-konsumatur fl-UE issa jistgħu jiddikjaraw u jħallsu l-VAT f’sistema simplifikata (punt uniku ta’ servizz). Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2025/516 testendi aktar l-ambitu tat-tranżazzjonijiet li jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni.
Bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, id-Deċiżjoni Emendatorja (UE) 2020/1109 ipposponiet id-data tad-dħul fis-seħħ tat-tieni pakkett mill- sal-, sabiex l-Istati Membri u n-negozji jkollhom aktar żmien biex iħejju għar-regoli l-ġodda.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2020/1756, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, tintroduċi għadd ta’ identifikazzjoni tal-VAT fl-Irlanda ta’ Fuq bi prefiss speċifiku biex tiddistingwi bejn:
persuni taxxabbli u persuni ġuridiċi mhux taxxabbli li t-tranżazzjonijiet tagħhom li jinvolvu merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-VAT tal-UE;
persuni li jwettqu tranżazzjonijiet oħra, li għalihom huma identifikati għall-finijiet tal-VAT fir-Renju Unit.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2020/2020 żgurat aċċess aktar affordabbli għall-provvisti ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 u apparati mediċi dijanjostiċiin vitro (kittijiet għall-ittestjar) b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 fl-Ewropa. Mit- sal-, hija ppermettiet lill-Istati Membri:
jiġu eżentati mill-VAT bid-dritt li jnaqqsu l-provvista ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, u servizzi relatati mill-qrib ma’ dawn il-vaċċini u l-apparati;
japplikaw rata mnaqqsa ta’ VAT għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kontra l-COVID-19 u servizzi relatati, kif kien diġà l-każ għall-vaċċini.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2021/1159 hija relatata ma’ eżenzjonijiet temporanji fuq l-importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Dan għamilha aktar faċli għall-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE biex jixtru oġġetti u servizzi sabiex iqassmuhom mingħajr ħlas (jiġifieri bħala donazzjonijiet) lill-Istati Membri.
Riforma tas-sistema tal-VAT
Bħala parti mir-riforma proposta fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT tal-Kummissjoni fl-2016, id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/542 temenda d-Direttiva 2006/112/KE permezz ta’:
taġġorna l-lista tal-oġġetti u tas-servizzi għal fejn tiġi permessa rata mnaqqsa tal-VAT (Anness III); minkejja dan, in-numru ta’ oġġetti għal xiex rati mnaqqsa jistgħu jiġu applikati huwa limitat biex proliferazzjoni ta’ rati mnaqqsa tiġi evitata;
tiftaħ l-eċċezzjonijiet eżistenti, li jippermettu lil ċerti Stati Membri japplikaw rati preferenzjali fuq ċerti prodotti għall-Istati Membri kollha, sakemm ikunu kompatibbli mal-prinċipji miftiehma;
telimina gradwalment il-perjodi għal rati mnaqqsa jew eċċezzjonijiet applikati għal prodotti b’impatt negattiv fuq l-ambjent (eż. fuq il-fjuwils fossili u oġġetti oħra b’impatt simili fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, li mhux se jibqgħu japplikaw sa mhux aktar tard mill-, u fuq il-pestiċidi u l-fertilizzanti kimiċi, li mhux se jibqgħu japplikaw sa mhux aktar tard mill-);
tippermetti lill-Istati Membri japplikaw rata mnaqqsa, b’ mod partikolari, għal:
servizzi għall-aċċess tal-internet biex jindirizzaw il-kopertura baxxa ta’ dawn is-servizzi u jippromwovu l-iżvilupp tagħhom,
il-pannelli solari, ir-roti elettriċi u s-servizzi tar-riċiklaġġ tal-iskart ikkunsidrati li huma oġġetti u servizzi li ma jagħmlux ħsara l-ambjent,
oġġetti u servizzi li għandhom għanijiet ta’ politika soċjali u kulturali speċifiċi.
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/425 temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar l-introduzzjoni ta’ ċertifikat elettroniku obbligatorju ta’ eżenzjoni mill-VAT. L-Istati Membri jridu japplikaw dawn ir-regoli l-ġodda sal-, b’perjodu ta’ tranżizzjoni sat- meta l-użu taċ-ċertifikat elettroniku jsir obbligatorju.
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 tal- temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali. Din tintroduċi l-fatturazzjoni elettronika bħala r-regola, obbligi ġodda ta’ rapportar diġitali, ir-regoli dwar il-fornitur preżunt għall-pjattaformi fis-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u ta’ trasport tal-passiġġieri, ambitu estiż għall-punt uniku ta’ servizz u skadenzi ta’ applikazzjoni f’fażijiet mill-2027 sal-2035.
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/1539 tat- temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-regoli tal-VAT għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti importati, il-ħatra ta’ rappreżentanti tat-taxxa u t-tħassir ta’ arranġamenti speċjali. Din tapplika mill-.
MINN META BDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva 2006/112/UE kellha tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali sal-.
Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, , pp. 1–118).
L-emendi suċċessivi għar-Direttiva (UE) 2006/112/EC ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/1539 tat- li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT relatati ma’ persuni taxxabbli li jiffaċilitaw il-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata u mal-applikazzjoni tal-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi u arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u l-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni (ĠU L, 2025/1539, ).
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat- li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (ĠU L 62, , pp. 13–23).
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat- li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (ĠU L 62, , pp. 7–12).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016) 148 final, ).
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas- dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, , pp. 1–18).
Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad- li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (ĠU L 292, , pp. 5–30).
Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, , pp. 23–28).
Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE ta’ l- dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (ĠU L 346, , pp. 6–12).
Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal- dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' merkanzija ta' natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (ĠU L 286, , pp. 15–18).