Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0671

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni dwar reati terroristiċi

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni dwar reati terroristiċi

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija waħda mill-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea (UE).

Din id-deċiżjoni tistabbilixxi proċedura għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni kriminali għal reati terroristiċi fost l-Istati Membri, tal-UE, u bejn l-Istati Membri u l-Europol.

PUNTI EWLENIN

  • Biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, huwa essenzjali li s-servizzi rilevanti jkollhom l-aktar informazzjoni aġġornata u kompluta possibbli. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni kriminali għal reati terroristiċi li jaffettwaw tnejn jew aktar minnhom, u jittrażmettuha lill-Europol.
  • Servizz speċjalizzat magħżul mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ Stat Membru huwa responsabbli biex jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li tirriżulta minn investigazzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi lill-Europol, inkluż:
    • l-identità tal-persuna, tal-grupp jew tal-entità;
    • l-atti taħt investigazzjoni u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom;
    • l-offiża;
    • rabtiet ma’ każijiet rilevanti oħrajn;
    • l-użu ta’ teknoloġiji tal-komunikazzjoni;
    • it-theddida tal-pussess ta’ armi ta’ qerda massiva.
  • L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi trażmessa lill-Europol skont il-liġi nazzjonali u r-Regolament (UE) 2016/794 li jistabbilixxi l-Europol ara s-sommarju), u li d-data personali kollha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati kriminali oħra li għalihom il-Europol hija kompetentit. Il-kategoriji ta’ data personali li għandha tiġi trasmessa huma limitati għal dawk elenkati fit-Taqsima B, punt 2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794.
  • Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni rilevanti minn dokumenti jew evidenza oħra li tinkiseb matul l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti kriminali b’rabta ma’ reati terroristiċi tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun għall-Istati Membri l-oħra, fejn tali informazzjoni tista’ tintuża fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi.
  • Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu timijiet ta’ investigazzjoni konġunta sabiex iwettqu l-investigazzjonijiet. It-talbiet minn Stati Membri oħra għal assistenza legali u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi għandhom jingħataw l-ogħla prijorità.
  • Id-deċiżjoni ma għandhiex tipperikola s-sigurtà tal-individwi jew is-suċċess ta’ investigazzjoni kontinwa jew operazzjoni speċifika ta’ intelliġenza.
  • Id-deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-objettivi tagħha.

Ir-Rakkomandazzjoni 2007/562/KE tirrigwarda l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-ħtif mit-terroristi fost l-Istati Membri (ara s-sommarju).

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mit-30 ta’ Settembru 2005.

Din id-deċiżjoni tapplika wkoll għal Ġibiltà.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, pp. 22–24).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53–114).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi (ĠU L 214, 17.8.2007, pp. 9–12).

l-aħħar aġġornament 18.01.2024

Fuq