This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003H0054
Il-prevenzjoni tat-tipjip
Din tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE japplikaw serje ta’ miżuri leġiżlattivi u/jew miżuri oħrajn sabiex jiskoraġġixxu lill-persuni, partikolarment liż-żgħażagħ, milli jibdew ipejpu. Dawn jinkludu kontrolli fuq il-bejgħ tat-tabakk u fuq ir-reklamar u l-promozzjoni tiegħu.
Kwart (26 %) taċ-ċittadini Ewropej ipejpu. It-tipjip huwa l-akbar kawża unika ta’ mewt u mard li jistgħu jiġu evitati fl-UE, b’madwar 700 000 mewt b’rabta mat-tipjip kull sena.
Għal aktar informazzjoni, ara “Politika tat-tabakk” fuq il-websjat tal-Kummissjoni Ewropea.
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar inizjattivi biex jittejjeb il-kontroll tat-tabakk (Mhux disponibbli bil-Malti) (ĠU L 22, , p. 31-34)
l-aħħar aġġornament