Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D1608

    L-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija

    Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'L-istatistika Ewropea tan-negozju' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

    L-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija

     

    SOMMARJU TA’:

    Id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE — il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija

    X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

    Hija tistabbilixxi sistema ta’ tagħrif statistiku sabiex tappoġġa l-ġestjoni tal-politiki dwar ix-xjenza u t-teknoloġija fl-UE. Din tippermetti l-valutazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) kif ukoll tal-kapaċità tar-reġjuni tal-UE għall-innovazzjoni, filwaqt li tikkunsidra appoġġ mill-Fondi Strutturali.

    PUNTI EWLENIN

    Il-ħolqien ta’ sistema ta’ tagħrif statistiku tal-UE dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni jinvolvi 2 aspetti ewlenin.

    • 1.

      L-għoti ta’ statistika mill-pajjiżi tal-UE fuq bażi regolari u f’perijodi perentorji speċifikati, b’mod partikolari data dwar:

      • l-attività tal-R&D fis-setturi kollha ta’ prestazzjoni,
      • il-finanzjament tal-attività R&D, inkluż l-appoġġ tal-gvern għall-R&D, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni reġjonali bil-produzzjoni ta’ statistika bbażata fuq in-nomenklatura ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (klassifikazzjoni tan-NUTS).
    • 2.

      L-iżvilupp ta’ varjabbli statistiċi ġodda li għandhom jiġu prodotti fuq bażi permanenti. Dak jista’ jrendi informazzjoni aktar dettaljata dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.

    B’mod partikolari dawn jiffukaw fuq il-kejl ta’:

    • l-output tal-attivitajiet tax-xjenza u tat-teknoloġija,
    • it-tixrid tal-għerf,
    • il-prestazzjoni tal-innovazzjoni.

    Oqsma ta’ prijorità

    • Dawk li jfasslu l-politika jeħtieġu informazzjoni għall-formolazzjoni u l-istima tal-politiki tax-xjenza u t-teknoloġija fil-pajjiżi tal-UE, peress li l-ekonomiji tagħhom qegħdin ikunu dejjem aktar imsejsa fuq l-għerf. Fl-oqsma li ġejjin tingħata prijorità għall-iżvilupp tad-data:
      • l-innovazzjoni (kemm teknoloġika kif ukoll mhux teknoloġija, eż. innovazzjoni fis-settur tas-servizzi bħal bidla fl-istruttura organizzazzjonali),
      • ir-riżorsi umani involuti fix-xjenza u t-teknoloġija,
      • il-privattivi (id-data għandha tiġi derivata mill-uffiċċji nazzjonali tal-privattivi),
      • l-istatistiċi dwar it-teknoloġija għolja (l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi, il-kejl tal-prestazzjoni tal-ekonomija u l-kontribuzzjoni għat-tkabbir ekonomiku),
      • l-istatistiċi mhux aggregati skont is-sess (jiġifieri ċifri maqsuma skont is-sess) dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.
    • L-istandards u l-manwali dwar il-kunċetti u l-metodi se jitjiebu wkoll, b’enfasi partikolari fuq il-kunċetti fis-settur tas-servizzi u l-metodi kkordinati għall-kejl tal-attività tal-R&D.
    • L-UE se taħdem ukoll mill-qrib mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bil-ħsieb li tiżgura l-paragunabbiltà tal-informazzjoni u tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi.
    • Fl-2009, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika issostitwixxa l-Kumitat għall-Programm Statistiku. Dan huwa responsabbli biex jappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Huwa jinvolvi rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE u huwa ppresedut mill-Kummissjoni.

    MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

    Hija bdiet tapplika mis-6 ta’ Ottubru 2003.

    SFOND

    Għalaktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENT EWLIENI

    Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 230, 16.9.2003, pp. 1-3)

    l-aħħar aġġornament 08.09.2017

    Fuq