Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0068

    Kummerċ intra-UE għall-annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż

    Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Il-Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

    Kummerċ intra-UE għall-annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-UE tal-annimali tar-razza tan-nagħaġ u dik tal-mogħoż

    SOMMARJU

    X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

    • Hija tistabbilixxi r-regoli li japplikaw għan-nagħaġ (ovini) u mogħoż (kaprini) li jiġu mċaqilqa minn pajjiż tal-UE għal ieħor, għall-qatla, għas-simna jew għat-tagħmir, biex jiġi żgurat li huma b'saħħithom u ma għandhomx mard.

    PUNTI EWLENIN

    • L-annimali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
      • jiġu identifikati u rreġistrati skont il-leġiżlazzjoni tal-UE;
      • jiġu spezzjonati fi żmien 24 siegħa qabel iċ-ċaqliq tagħhom;
      • ma jiġux minn razzett, jew li ma kinux f’kuntatt ma’ annimali, fejn ġiet identifikata xi marda sakemm ikun għadda biżżejjed — 42 ġurnata għall-bruċellożi, 30 għar-rabja u 15 għat-traċna;
      • twieldu u trabbew fl-UE jew ġew importati minn barra skont ir-regolamenti tal-UE;
      • ikunu fir-razzett tal-oriġini tagħhom kontinwament għal mill-inqas 30 ġurnata jew, għal annimali iżgħar, mit-twelid;
      • ma jkunux barra mir-razzett oriġinali tagħhom għal aktar minn sitt ijiem qabel jirċievu l-awtorizzazzjoni kummerċjali finali tagħhom;
      • ma jkunux f’kuntatt ma’ nagħaġ u mogħoż ieħor waqt il-21 ġurnata ta’ qabel jew, fil-każ ta’ annimali bid-dwiefer, importati fl-UE fit-30 ġurnata ta’ qabel.
    • L-annimali għat-tgħammir u għas-simna għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet addizzjonali biex jiġi żgurat li ma jkollhomx bruċellożi.
    • L-annimali ma jistgħux jiġu mċaqilqa lejn pajjiż ieħor tal-UE jekk:
      • ikunu sejrin jinqatlu taħt programm ta’ eradikazzjoni ta’ mard jew
      • ma jistgħux jinbiegħu fit-territorju tagħhom stess minħabba biża’ ta’ mard.
    • Ċentri ta' assemblaġġ, fejn l-annimali minn irziezet differenti jinġabru flimkien qabel jiġu trasportati, għandhom ikunu:
      • taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali,
      • imnaddfa u ddiżinfettati qabel l-użu, u
      • spezzjonati regolarment mill-awtoritajiet relevanti.
    • Iċ-ċentri għandu:
      • ikollhom biżżejjed kapaċità u faċilitajiet għall-annimali li jżommu,
      • jidħlu fihom biss dawk l-annimali li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-UE, u
      • iżommu reġistru għal mill-inqas tliet snin li jkun fih dettalji bħad-dati tad-dħul u l-ħruġ tal-annimali, isem is-sid tagħhom u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur.
    • Iċ-ċentri jingħataw numru ta’ approvazzjoni personali u l-liċenzja tagħhom tista’ tiġi sospiża jew irtirata għal kwalunkwe ksur tal-leġiżlazzjoni.
    • Negozjanti u trasportaturi involuti fiċ-ċaqliq tal-annimali minn pajjiż tal-UE għal ieħor iridu jkunu reġistrati u jżommu database tal-attivitajiet tagħhom għal mill-inqas tliet snin. It-tnejn iridu jissodisfaw l-istandards stretti tal-iġjene.

    Id-Direttiva tiżdied ma’:

    • Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż;
    • Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE dwar miżuri għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer; u
    • Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE dwar il-konformità minn ċerti pajjiżi jew reġjuni tal-UE mar-rekwiżiti tal-bruċellożi.

    META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

    Din tapplika mill-4 ta' Frar 1991. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom mill-31 ta' Diċembru 1992.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara “Kummerċ intra-Unjoni tan-nagħaġ u tal-mogħoż” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

    ATT

    Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19-36)

    Emendi suċċessivi għad-Direttiva 91/68/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidati għandha valur dokumentarju biss.

    ATTI RELATATI

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8-17). Ara l-verżjoni konsolidata.

    Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-marda tal-ilsien u tad-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1-87). Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14-15). Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 18.04.2016

    Fuq