Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE-New Zealand
SOMMARJU TA’:
Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/1323 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand
Id-Deċiżjoni (UE) 2024/244 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand
X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?
- Il-ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u New Zealand għandu l-għan li jilliberalizza u jħeġġeġ il-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġ sieħba.
- Il-ftehim ser joħloq opportunitajiet sinifikanti ekonomiċi għal kumpaniji, bdiewa u konsumaturi, u jipproteġi l-ħadiema u l-ambjent permezz ta’ dispożizzjonijiet estensivi eżegwibbli fuq żvilupp sostenibbli.
- Deċiżjoni (UE) 2023/1323 timmarka l-iffirmar tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-UE.
- Id-Deċiżjoni (UE) 2024/244 tikkonkludi l-ftehim f’isem l-UE.
PUNTI EWLENIN
- Il-ftehim ser joħloq opportunitajiet sinifikanti ekonomiċi għal kumpaniji, bdiewa, konsumaturi, u jipproteġi l-ħadiema u l-ambjent permezz ta’ dispożizzjonijiet estensivi eżegwibbli fuq żvilupp sostenibbli. Dan jibni fuq ftehim ta’ sħubija bejn il-partijiet, li daħal fis-seħħ fl-2022.
- Dan jinkludi 27 kapitolu li jkopru firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet u jipprovdi opportunitajiet ġodda u mtejba għal esportazzjoni għal operaturi ekonomiċi tal-oġġetti u servizzi tal-UE u ta’ New Zealand. Dawn jinkludu:
- it-tneħħija ta’ tariffi għal-esportazzjoni prinċipali tal-UE għal New Zealand bħal inbid u inbid spumanti, ċikkulata, prodotti taz-zokkor u gallettini;
- Il-ftuħ tas-suq tas-servizzi ta’ New Zealand f’setturi prinċipali bħas-servizzi finanzjarji, telekomunikazzjonijiet, trasport marittimu u s-servizzi tal-konsenja;
- l-iżgurar tal-miżura antidiskriminatorja reċiproka ta’ investituri tal-UE f’New Zealand;
- il-protezzjoni ta’ qrib 2,000 inbid u spirti tal-UE, bħal Rioja, Xampanja u Tokaji, u 163 mill-prodotti tradizzjonali tal-UE l-iktar magħrufa (indikazzjonijiet ġeografiċi), bħal ġobon Feta u żebbuġ Elia Kalamatas;
- il-faċilitar ta’ trażmissjoni ta’ data, regoli mistennija u trasparenti għal kummerċ diġitali u ambjent sikur online għal konsumaturi;
- l-evitar ta’ rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data mhux ġustifikati u ż-żamma ta’ standards għolja ta’ protezzjoni tad-data personali;
- Il-forniment ta’ iktar għajnuna għall-esportazzjoni ta’ negozju żgħar b’kapitolu dedikat fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju
- il-minimizzazzjoni ta’ rekwiżiti u proċeduri ta’ konformità biex ikun hemm fluss aktar mgħaġġel ta’ oġġetti;
- il-protezzjoni u l-infurzar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, alinjati ma’ standards tal-UE.
- Il-ftehim hu l-ewwel wieħed li jintegra kompletament l-approċċ il-ġdid tal-UE għal negozju u żvilupp sostenibbli u jinkludi:
- kapitolu ambizzjuż fuq in-negozju u żvilupp sostenibbli li jkopri x-xogħol, it-tisħiħ tan-nisa u affarijiet ambjentali u tal-klima;
- kapitolu dedikat għal sistemi sostenibbli tal-ikel;
- it-tneħħija ta’ tariffi fuq oġġetti u servizzi ekoloġiċi mill-mument li l-ftehim jidħol fis-seħħ.
DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2024.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENTI PRINĊIPALI
Il-Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L, 2024/866, 25.3.2024).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1323 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 166, 30.6.2023, pp. 48-49).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 2024/244, 28.2.2024).
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (UE) 2024/244 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Avviż dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L. 2024/1062, 9.4.2024).
l-aħħar aġġornament 29.04.2024