EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0330

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/6559/2022/INIT

OJ L 51, 25.2.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/330/oj

25.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/330

tal-25 ta’ Frar 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) iġib fis-seħħ miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/329 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK u tipprevedi kriterji emendati ta’ elenkar.

(3)

Dawk l-emendi jaqgħu' fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan.

(5)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li r-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Anness I għandu jinkludi:

(a)

persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ jew għall-implimentazzjoni b'mod attiv ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna;

(b)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

(c)

persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew f’Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi tal-Ukrajna, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn tali trasferiment;

(d)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b’mod attiv, materjalment jew finanzjarjament, jew li jibbenefikaw minn dawk ir-Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna;

(e)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jwettqu tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbass tal-Ukrajna;

(f)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jappoġġaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabilizzazzjoni tal-Ukrajna; jew

(g)

negozjanti jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna,

u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 50, 25.2.2022, p. 1).


Top