EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1991

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1991 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM)

ST/12396/2021/INIT

OJ L 405, 16.11.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1991/oj

16.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 405/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1991

tal-15 ta’ Novembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2018, abbażi ta' talba mill-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 (1) dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-UNVIM.

(2)

Fit-12 ta' Ottubru 2020, abbażi ta' talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 (2) u ġedded l-azzjoni tal-UE b'appoġġ għall-UNVIM għal perijodu ta' 12-il xahar.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2586 (2021) estendiet u adottat il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta' Hodeidah (UNMHA) sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-belt ta' Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta' Diċembru mill-partijiet fil-kunflitt fil-Jemen, u approvata permezz tal-UNSCR 2451 (2018) u UNSCR 2452 (2019).

(4)

Il-UNVIM talab aktar appoġġ mill-Unjoni għal sena, li jikkonsisti fl-estensjoni sat-28 ta' Frar 2022 tal-perijodu li matulu tista' tintuża l-kontribuzzjoni mogħtija skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465, u kontribuzzjoni addizzjonali għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-30 ta' Settembru 2022.

(5)

Sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, il-UNVIM ġie skjerat f'postijiet f'pajjiżi ġirien tal-Jemen, b'mod partikolari l-Djibouti u l-Arabja Sawdija.

(6)

Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded għal sena u tadotta l-appoġġ tagħha lill-UNVIM għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   L-Unjoni għandha tappoġġa permezz ta' din id-Deċiżjoni lill-Uffiċċju tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Jemen u lill-UNMHA fir-rigward tal-iskjerament tal-UNVIM fil-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa u f'postijiet oħra f'pajjiżi ġirien tal-Jemen, kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-UNVIM. Għal dak il-għan, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż assoċjati mat-tisħiħ tal-UNVIM, u b’hekk tgħin biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni Jemenita bħala parti minn strateġija umanitarja usa.";

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   L-ammonti ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 2 059 838 għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2020 sat-28 ta' Frar 2022, u ta’ EUR 2 200 000 għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-30 ta' Settembru 2022. Il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid dan l-ammont ta’ referenza sal-1 ta’ Marzu 2022 abbażi, fost l-oħrajn, tar-rata ta’ assorbiment u ta’ valutazzjoni tal-ħtiġiet mill-Kummissjoni.";

(3)

Fl-Artikolu 5, l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Settembru 2022.";

(4)

L-Anness huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2021.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 13).


Top