EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0058

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/58 tal-14 ta’ Jannar 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2021)

OJ L 26, 26.1.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/01/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/58/oj

26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/58

tal-14 ta’ Jannar 2021

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2021)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2199 (2), li ħatret lis-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2021.

(3)

Fis-7 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/14 (3), li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2023.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b’dan estiż sal-14 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-15 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/2199 tat-8 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020) (ĠU L 434, 23.12.2020, p. 54).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/14 tas-7 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 5, 8.1.2021, p. 16).


Top