EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0923

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2019 tat-8 ta’ Frar 2019 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/923]

OJ L 228, 16.7.2020, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/923/oj

16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 4/2019

tat-8 ta’ Frar 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/923]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1587 tat-22 ta’ Ottubru 2018 li jirrevoka l-ħatra tal-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, bħala Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32018 R 1587: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1587 tat-22 ta’ Ottubru 2018 (ĠU L 264, 23.10.2018, p. 20).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32018 R 1587: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1587 tat-22 ta’ Ottubru 2018 (ĠU L 264, 23.10.2018, p. 20).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1587 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Frar 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 264, 23.10.2018, p. 20.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top