EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0689

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 174, 3.6.2020, p. 211–340 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/10/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj

3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/211


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/689

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali (1)”)], u b’mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(5), 32(2), 37(5), l-Artikolu 39, l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 280(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali trażmissibbli għall-annimali jew għall-bnedmin. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament huma meħtieġa jissupplimentaw dawk stabbiliti fil-Kapitoli 2, 3 u 4 tal-Parti II tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard, kif ukoll dawk fil-Parti IX dwar arranġamenti tranżizzjonali rigward is-sorveljanza jew il-programmi ta’ eradikazzjoni eżistenti u l-istat ta’ ħelsien mill-mard eżistenti.

(2)

Dawn ir-regoli huma sostanzjalment marbuta ma’ xulxin filwaqt li ħafna huma intiżi sabiex jiġu applikati flimkien. Għaldaqstant, fl-interess tas-sempliċità u tat-trasparenza, kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u tiġi evitata moltiplikazzjoni tar-regoli, dawn jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att wieħed u mhux f’għadd ta’ atti separati b’ħafna referenzi inkroċjati bir-riskju li ssir duplikazzjoni.

(3)

Tabilħaqq, is-sorveljanza tirrappreżenta parti intrinsika minn kwalunkwe programm ta’ eradikazzjoni u, f’ħafna mill-każijiet, l-istat ta’ ħelsien mill-mard ikun eżitu ta’ proċess ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni li jirnexxi. Barra minn hekk, is-sorveljanza hija meħtieġa, minbarra miżuri oħra, bħala għodda importanti għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard wara li dan jinkiseb. Ir-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard, inklużi r-regoli tranżizzjonali, spiss jaqdu skopijiet komuni u jirreferu għall-attivitajiet komplimentari tal-operaturi, tal-veterinarji u tal-awtoritajiet kompetenti. Għaldaqstant, xieraq li dawn ir-regoli jiġu raggruppati flimkien f’regolament delegat wieħed.

(4)

Is-sorveljanza hija element importanti ta’ politika effiċjenti u effettiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard. Jenħtieġ li tiġi implimentata b’mod konġunt mill-operaturi u mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li titfassal ukoll sabiex tilħaq l-objettivi ta’ detezzjoni bikrija ta’ tifqigħat ta’ kwalunkwe marda elenkata u emerġenti u sabiex turi l-konformità mal-kriterji għall-għoti, iż-żamma, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

(5)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li ddaħħal fis-seħħ sistema bażika ġenerali ta’ sorveljanza għall-mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri bbażata fuq in-notifika u l-investigazzjonijiet ta’ avvenimenti ta’ mard fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.

(6)

Dawn ir-rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza għall-annimali terrestri jenħtieġ li ikunu kkomplimentati minn rekwiżiti aktar speċifiċi skont l-eżitu mistenni tas-sorveljanza. Dawn jenħtieġ li jitfasslu sabiex jaqdu skopijiet speċifiċi differenti bħal programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, programmi obbligatorji u fakultattivi ta’ eradikazzjoni, dimostrazzjoni ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard, miżuri ta’ kontroll tal-mard, fil-kuntest tal-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali.

(7)

L-approċċ għat-tfassil tar-rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza għall-annimali akkwatiċi huwa simili għal dak għall-annimali terrestri, minkejja li mhuwiex identiku. L-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha jridu jimplimentaw sistema bażika ta’ sorveljanza bbażata fuq in-notifika u l-investigazzjoni ta’ avvenimenti ta’ mard f’popolazzjoni tal-annimali fil-mira. Barra minn hekk, is-sorveljanza għall-mard elenkat u emerġenti tal-annimali akkwatiċi trid tinkorpora ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard, meta jkun hemm bżonn li jittieħdu miżuri bħal dawn fi stabbilimenti tal-akkwakultura.

(8)

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza, li japplikaw għall-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha, japplikaw rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati. Dawn il-miżuri speċifiċi jinkludu l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskji msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju li jkollu stabbiliment li jittieħed u jferrex marda akkwatika, sew jekk marda elenkata kif ukoll jekk din ma tkunx elenkata.

(9)

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza huma relatati wkoll mal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard minn dik il-marda u sabiex dak l-istat jinżamm ladarba jinkiseb.

(10)

Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jimplimentaw is-sorveljanza, fil-forma ta’ “programmi ta’ sorveljanza” għal mard tal-Kategorija C tal-annimali akkwatiċi fil-livell tal-istabbilimenti, mingħajr ma jirrikorru għal programm ta’ eradikazzjoni tal-mard. Il-programmi ta’ sorveljanza jvarjaw mill-programmi ta’ eradikazzjoni billi dawn huma bbażati fuq sistema ta’ sorveljanza mmirata li hija komprensiva iżda li ma tkoprix l-elementi kollha ta’ programm ta’ eradikazzjoni. Għall-kuntrarju tal-programmi ta’ eradikazzjoni, il-programmi ta’ sorveljanza ma joffrux il-possibbiltà li jinkiseb stat uffiċjali ta’ ħelsien mill-mard.

(11)

Il-programmi speċifiċi ta’ eradikazzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’dan ir-Regolament iservu sabiex jissostanzjaw ir-rekwiżiti tas-saħħa għal ċerti movimenti tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali fi ħdan l-Unjoni u, f’ċerti każijiet, tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni.

(12)

Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali teħtieġ li r-regoli għall-mard elenkat japplikaw għall-ispeċijiet elenkati. Is-sorveljanza jaf ma tkunx rilevanti għall-kategoriji kollha ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ annimali selvaġġi jew ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali miżmuma. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi regoli sabiex jispeċifika l-popolazzjoni tal-annimali rilevanti fil-mira għall-fini ta’ sorveljanza. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira tiġi espanduta għal speċijiet miżmuma mhux elenkati sabiex tiġi żgurata detezzjoni bikrija tal-mard emerġenti.

(13)

Jenħtieġ li d-derogi jagħtu l-possibbiltà li jiġu limitati iktar il-popolazzjonijiet tal-annimali terrestri fil-mira għal skopijiet speċifiċi ta’ sorveljanza, jiġifieri: (i) il-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni; (ii) il-programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni; u (iii) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq is-sorveljanza għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni.

(14)

Metodi dijanjostiċi, flimkien mal-ġbir sussegwenti tal-kampjuni sabiex dawn isiru, it-tekniki, il-validazzjoni u l-interpretazzjoni huma ta’ natura teknika ħafna u huma soġġetti għal modifiki spissi minħabba l-iżviluppi fl-istandards xjentifiċi. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li huma aġġornati, ir-regoli dwar il-metodi dijanjostiċi jenħtieġ li jindikaw b’mod flessibbli liema metodi jenħtieġ li jintużaw u kif. Fil-qasam tal-mard tal-annimali, hemm sorsi possibbli differenti ta’ standards xjentifiċi għall-metodi dijanjostiċi. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi indikat l-ordni ġerarkiku li fih il-metodi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-kampjunar, tal-analiżijiet, tat-testijiet u tad-dijanjożijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(15)

Sabiex jiġi żgurat użu ottimali tar-riżorsi kollha u sabiex jiġu evitati piżijiet u kostijiet amministrattivi żejda għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti, id-detezzjoni tal-mard elenkat u emerġenti jenħtieġ li tibbaża fuq is-sorsi ta’ informazzjoni miġbura matul il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra mhux primarjament maħsuba għas-sorveljanza ta’ dak il-mard.

(16)

Il-konferma ta’ marda skont id-definizzjoni tal-każ tagħha hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti; jenħtieġ li tkun sostnuta b’investigazzjonijiet xierqa li jikkonfermaw jew jeliminaw il-preżenza ta’ marda ssuspettata. It-tali investigazzjonijiet ikunu rilevanti meta l-konferma tal-marda tiskatta miżuri ta’ kontroll tal-mard, kif ukoll f’ċerti ċirkustanzi oħra skont il-konsegwenzi tal-konferma tal-marda. Għaldaqstant, huwa importanti li dan ir-Regolament jistabbilixxi ċ-ċirkustanzi addizzjonali li fihom tkun neċessarja l-konferma tal-marda.

(17)

Id-definizzjonijiet ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat ta’ marda elenkata u, fejn rilevanti, ta’ marda emerġenti, huma ta’ importanza kbira. Dawn jippermettu lill-operaturi, lill-veterinarji u lil partijiet ikkonċernati oħra involuti fis-sorveljanza sabiex jidentifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom ikun hemm bżonn li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata u sabiex l-awtorità kompetenti tapplika miżuri għall-kontroll tal-mard. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu pprovduti kriterji ġenerali għad-definizzjonijiet ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat u li jiġu pprovduti, fejn meħtieġa, definizzjonijiet speċifiċi għall-mard, skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ ċertu mard.

(18)

Programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni huwa programm ta’ sorveljanza li jkun rilevanti għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan huwa neċessarju sabiex tinkiseb armonizzazzjoni akbar tas-sorveljanza ta’ mard speċifiku madwar l-Unjoni minħabba t-tħassib speċifiku tiegħu għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-kriterji li l-mard eliġibbli għall-programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni jenħtieġ li jissodisfa.

(19)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi u tistabbilixxi linji gwida tekniċi fl-annessi tagħha. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi għal linji gwida tekniċi simili f’anness. Madankollu, il-livell ta’ dettall f’dan ir-Regolament huwa anqas sabiex jiżgura kapaċità tajba ta’ adattament għat-tibdiliet fis-sitwazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tekniċi għall-programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-influwenza tat-tjur jiffokaw esklużivament fuq l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-prinċipji metodoloġiċi li jridu jiġu segwiti.

(20)

Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-programmi obbligatorji u fakultattivi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategorija B u tal-kategorija C fl-Istati Membri. Dan il-mard, jew dawn il-gruppi ta’ mard, għandhom il-karatteristiċi tagħhom stess. L-eradikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun ibbażata fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard speċifika għall-marda inkwistjoni. Din jenħtieġ li tinkludi mill-inqas: (i) is-sorveljanza li jeħtieġ li ssir sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard bħala l-għan aħħari; (ii) l-iskeda ta’ żmien; (iii) definizzjoni tal-popolazzjoni tal-annimali li hija soġġetta għall-programm ta’ eradikazzjoni; (iv) it-territorju li fih ser ikun japplika dan il-programm ta’ eradikazzjoni; u (v) miżuri speċifiċi ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-marda li ser ikunu japplikaw għall-marda matul il-fażi ta’ eradikazzjoni.

(21)

Jekk it-territorju li fih ikun se jiġi implimentat programm ta’ eradikazzjoni jkun jinkludi l-fruntiera esterna tal-Istat Membru, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tagħmel sforzi sabiex tindirizza r-riskju ta’ introduzzjoni tal-marda minn barra l-fruntieri tagħha.

(22)

L-iskop ta’ programm ta’ eradikazzjoni huwa li jikseb stat ta’ ħelsien mill-marda fit-territorju kopert mill-programm. Idealment, għal annimali terrestri, dan jenħtieġ li jkun ikopri t-territorju sħiħ tal-Istat Membru fejn tkun preżenti l-marda. Jekk dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li tiġi definita l-erja minima aċċettabbli. Is-superfiċje minima tal-erja jenħtieġ li tqis l-esperjenza miksuba permezz tal-programmi ta’ eradikazzjoni preċedenti u tagħti lok għal flessibbiltà skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-marda.

(23)

Il-miri kwalitattivi jew kwantitattivi tal-programm jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-awtorità kompetenti. Il-miri finali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji għall-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-marda, filwaqt li l-miri intermedji jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet oħra jew passi importanti għall-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, filwaqt li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-programm.

(24)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiddetermina l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni. Fil-każ ta’ programmi fakultattivi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategorija C, huwa stabbilit perjodu massimu tal-applikazzjoni tal-programm sabiex tiġi evitata interruzzjoni sproporzjonata u dejjiema tal-movimenti fi ħdan l-Unjoni. Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tibda l-programm ta’ eradikazzjoni qabel ma dan jiġi approvat mill-Kummissjoni iżda jenħtieġ li ma timplimentax restrizzjonijiet għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni f’dak l-istadju. Jenħtieġ li jiġi pprovdut għal possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu li l-Kummissjoni testendi dan il-perjodu meta jkunu jeżistu ċirkustanzi ġġustifikati.

(25)

L-istrateġija ta’ eradikazzjoni ta’ ċertu mard tista’ tkun ibbażata fuq l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti. Il-miżuri speċifiċi għall-mard għat-tali mard jenħtieġ li jiġu raggruppati u jispjegaw l-obbligi għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti.

(26)

Il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li trid tiġi inkluża fil-programm ta’ eradikazzjoni tal-marda jenħtieġ li tkun stipulata fuq bażi speċifika għall-marda. Il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tinkludi fil-programm ċerti popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali jenħtieġ li tkun stipulata fuq bażi speċifika għall-marda wkoll.

(27)

Ir-responsabbiltà primarja għall-kisba u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-marda tal-istabbiliment hija tal-operatur peress li dan huwa l-benefiċjarju primarju tal-benefiċċji marbuta mal-istat ta’ ħelsien mill-mard. Għaldaqstant, l-operatur jenħtieġ li jikkonforma ma’ ċerti obbligi sabiex jingħata u jżomm stat ta’ ħelsien mill-mard.

(28)

Ladarba l-operatur ikun jissodisfa l-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-marda għall-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, ikun f’idejn l-awtorità kompetenti li tagħti dak l-istat. Meta dawn il-kriterji speċifiċi ma jibqgħux issodisfati, ikun ukoll f’idejn l-awtorità kompetenti li tissospendi jew tirtira l-istat.

(29)

Barra minn hekk, l-obbligu għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni, fejn ikun hemm bżonn, jenħtieġ li jkunu spjegati f’dettall fid-dawl tal-profil speċifiku tal-marda. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-marda huma ta’ natura teknika u huma stipulati għal kull marda speċifika fl-annessi għal dan ir-Regolament.

(30)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (4) jelenka l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis u l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis għall-programmi obbligatorji ta’ eradikazzjoni u jelenka l-lewkożi enzootika bovina, l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva u d-dijarea virali bovina għall-programmi fakultattivi ta’ eradikazzjoni. Għal dan il-mard, il-programmi ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment.

(31)

Il-programmi ta’ eradikazzjoni bbażati fuq l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti jenħtieġ li jinkludu l-istabbilimenti kollha li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira. Madankollu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li teskludi ċerti tipi speċifiċi ta’ stabbilimenti u biċċeriji mill-programm ta’ eradikazzjoni dment li jiġu implimentati miżuri adattati ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(32)

Fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni bbażati fuq l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tattribwixxi stat tas-saħħa differenti lil unitajiet epidemjoloġiċi differenti.

(33)

Fil-każ ta’ annimali terrestri, ir-rekwiżiti li jintwera stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti huma bbażati fuq in-nuqqas ta’ infezzjoni sostnut mir-reġim ta’ ttestjar u ta’ sorveljanza, mill-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ġerminali fl-istabbilimenti u, jekk ikun hemm bżonn, minn restrizzjonijiet fuq l-użu tat-tilqim. Meta l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ma jibqgħux issodisfati, japplikaw rekwiżiti speċifiċi għas-sospensjoni, għall-irtirar u għar-restawr ta’ dan l-istat. Minħabba n-natura teknika tagħhom, ir-rekwiżiti dettaljati speċifiċi għall-mard u l-lista ta’ metodi djanjostiċi li għandhom jintużaw għall-għoti u għaż-żamma tal-istat huma stabbiliti fl-annessi.

(34)

Il-kundizzjonijiet għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti kienu stipulati fir-regoli segwenti tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament: Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (5) għall-bruċellożi bovina u għat-tuberkulożi bovina u d-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (6) għall-bruċellożi fin-nagħaġ u fil-mogħoż. Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali ħassret dawk id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629 (7) allinja l-kamp ta’ applikazzjoni tal-aġenti tal-mard involuti fil-bruċellożi u fit-tuberkulożi bovina mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (8) (OIE) (“il-Kodiċi Terrestri”). Issa huma l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis u l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu riveduti r-rekwiżiti tekniċi relatati mal-istat ta’ dan il-mard, sabiex jitfittex allinjament mal-Kodiċi Terrestri filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fil-programmi preċedenti ta’ eradikazzjoni għal dan il-mard.

(35)

Fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard għall-annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti, jekk marda tkun issuspettata jew ikkonfermata, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li timplimenta miżuri sabiex tipprevjeni t-tixrid tagħha. Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati primarjament fl-istabbiliment fejn jinżamm il-każ issuspettat iżda l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tespandi l-miżuri għal annimali jew għal stabbilimenti oħra fejn ikun hemm riskju li tinfirex il-marda.

(36)

Meta tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-marda bħala tweġiba għal każ issuspettat jew ikkonfermat, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tintroduċi ċerti projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali. Madankollu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha wkoll il-possibbiltà li tippermetti l-moviment ta’ ċerti annimali mill-istabbiliment fejn jinżamm każ issuspettat jew ikkonfermat, sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali u tiġi ffaċilitata s-sostenibbiltà tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard.

(37)

Wara l-konferma ta’ każ, tal-anqas jenħtieġ li jitneħħew l-annimali kollha rikonoxxuti bħala każijiet ikkonfermati. Meta dawn l-annimali jinqatlu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi jekk dan isirx bl-iskarnar, li jfisser li l-laħam tagħhom ikun maħsub sabiex jidħol fil-katina alimentari, jew inkella bil-qtil, li jfisser li l-laħam mhuwiex maħsub għal dak l-għan.

(38)

Għal ċertu mard li jista’ jinfirex bi prodotti infettati ta’ oriġini mill-annimali jew permezz ta’ fomiti, jew li jista’ jkollhom impatt potenzjali fuq is-saħħa pubblika, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tintroduċi miżuri fl-istabbilimenti infettati sabiex tipprevjeni t-tixrid ta’ dak il-mard permezz ta’ dawn il-prodotti jew il-fomiti. Għaldaqstant, il-miżuri għall-mitigazzjoni tat-tali riskji jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(39)

Fil-każ tal-annimali terrestri, ladarba jinkiseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti, għall-fini ta’ effiċjenza tal-programmi, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi eżegwit tnaqqis gradwali fil-livell tal-attivitajiet ta’ sorveljanza wara ċertu perjodu ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard kontinwu fl-istabbiliment.

(40)

Il-lewkożi enzootika bovina (EBL) kienet soġġetta għal eradikazzjoni obbligatorja skont ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Issa din il-marda hija kkategorizzata għal eradikazzjoni fakultattiva skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.

(41)

Ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kien fihom prinċipji u kriterji ferm stabbiliti u effettivi għar-rikonoxximent, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għar-restawr ta’ stat uffiċjalment ħieles mill-EBL. Ħafna Stati Membri applikaw dawn ir-regoli b’suċċess matul l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni tal-EBL fl-imgħoddi. Ir-regoli ġew rieżaminati fid-dawl tal-Kodiċi Terrestri u ġew inklużi f’dan ir-Regolament.

(42)

L-Istati Membri jew iż-żoni li ilhom diversi snin ħielsa mill-EBL u li, għaldaqstant, kisbu sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali stabbli li hija ħielsa mill-EBL, jenħtieġ li ikomplu juru n-nuqqas tal-infezzjoni. Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji hija mezz xieraq ta’ kif tiġi żgurata detezzjoni bikrija jekk il-marda terġa’ tiġi introdotta u ta’ sostanzjar tal-ħelsien mill-EBL. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu sistema ta’ sorveljanza xierqa mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(43)

Il-garanziji addizzjonali għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni tal-ħnieżer b’rabta mal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) kienu parti mir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Numru ta’ Stati Membri applikaw dawk ir-regoli b’suċċess u eradikaw l-infezzjoni bl-ADV fil-popolazzjoni tal-ħnieżer miżmuma fit-territorju tagħhom. L-istrateġija għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ADV f’dan ir-Regolament tqis il-Kodiċi Terrestri u l-kriterji li wrew li kienu ta’ suċċess fl-eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ADV.

(44)

Ir-regoli f’dan ir-Regolament dwar ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-Vulvovaġinite pustulari infettiva (IBV/IPV) huma bbażati ffuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (9) b’dispożizzjonijiet dwar garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali bovini. Dawn jinkludu rekwiżiti għall-kisba, għaż-żamma u għar-restawr tal-ħelsien fil-livell tal-istabbiliment mill-herpesvirus bovin 1 (BoHV-1). Ir-regoli ġew żviluppati b’kunsiderazzjoni tal-istandards tal-Kodiċi Terrestri u tal-opinjoni xjentifika tal-EFSA (10).

(45)

Ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma fihomx dispożizzjonijiet għad-dijarea virali bovina (BVD) bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ ta’ prodotti ġerminali. Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, il-BVD issa hija elenkata bħala “marda tal-kategorija C” għall-eradikazzjoni fakultattiva. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-għoti u ż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-BVD huma stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(46)

Il-Kodiċi Terrestri huwa nieqes minn kapitolu dwar il-BVD u mill-kriterji għall-ħelsien mill-BVD u l-movimenti relatati tal-annimali. Madankollu, hemm kapitolu dwar il-BVD li huwa disponibbli fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE. Dawn l-istandards djanjostiċi ġew ikkunsidrati għad-dispożizzjonijiet relatati mal-BVD f’dan ir-Regolament.

(47)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infezzjoni bil-virus tar-rabja bħala marda tal-kategorija B. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-programmi obbligatorji ta’ eradikazzjoni u l-għoti u ż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja.

(48)

Il-volpijiet selvaġġi jikkostitwixxu r-riżerva ewlenija ta’ infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-UE. Għaldaqstant, xieraq li l-miżuri fil-programmi ta’ eradikazzjoni jkunu primarjament iffokati fuq il-popolazzjoni tal-volpijiet selvaġġi. Madankollu, l-ispeċijiet mammiferi kollha l-oħrajn huma suxxettibbli u ħafna speċijiet ta’ annimali oħrajn huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 għal din il-marda. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jindirizzaw popolazzjonijiet tal-annimali oħrajn fil-programmi ta’ eradikazzjoni fejn ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali.

(49)

Għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bir-rabja, l-istrateġija ta’ kontroll tal-marda hija primarjament ibbażata fuq it-tilqim għall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, sostnut minn attivitajiet importanti oħra bħas-sorveljanza, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda, il-kontroll tal-movimenti tal-annimali domestiċi u l-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim. Peress li d-dispożizzjonijiet dwar it-tilqim huma ta’ natura teknika ħafna, dawn huma stabbiliti f’anness.

(50)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) bħala marda tal-kategorija C għall-programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni. Dan jimplika tibdil fil-politika kontra din il-marda billi d-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE (11), li kienet applikabbli qabel dan ir-Regolament, kienet tipprovdi għall-eradikazzjoni immedjata tagħha. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda huma stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jiġi indirizzat l-istat il-ġdid tal-marda.

(51)

Għall-infezzjoni bil-BTV, l-istrateġija ta’ kontroll tal-marda hija primarjament ibbażata fuq it-tilqim għall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti sostnut minn attivitajiet oħra bħas-sorveljanza, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda, il-kontroll tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti ġerminali, u l-minimizzazzjoni tal-esponiment għall-vetturi.

(52)

Fl-opinjoni tagħha (12) dwar il-kontroll, is-sorveljanza u l-moviment tal-annimali fil-każ ta’ infezzjoni bil-BTV, l-EFSA tindika li sabiex l-eradikazzjoni tirnexxi, il-kopertura tat-tilqim jenħtieġ li tkun tal-anqas ta’ 95 % tal-annimali bovini u ovini suxxettibbli għal perjodu minimu ta’ 5 snin. Għaldaqstant, huwa mistenni li l-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jinkludu kampanja ta’ tilqim, għad li f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi prevista l-flessibbiltà sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ.

(53)

Stat Membru jew żona tiegħu ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV jew taħt programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li jkunu protetti kontra l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe serotip tal-BTV mill-moviment ta’ annimali miżmuma jew ta’ prodotti ġerminali. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni ta’ annimali miżmuma jew ta’ prodotti ġenerali fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV jew taħt programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li jkunu parti mid-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni. Dan jenħtieġ li jkun rifless ukoll fil-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-marda. L-istess prinċipji jenħtieġ li jkunu japplikaw għall-movimenti ta’ annimali fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV jew taħt programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV.

(54)

Barra minn hekk, minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet lokali li jistgħu jkunu prevalenti, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tippermetti l-introduzzjoni ta’ annimali jew ta’ prodotti ġerminali fuq il-bażi tar-rekwiżiti ad hoc, dment li t-tali introduzzjoni ma tikkompromettix l-istat tas-saħħa fid-destinazzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li dan ir-Regolament jipprovdi għar-rekwiżiti u għall-kundizzjonijiet li fihom tkun tista’ tiġi awtorizzata introduzzjoni bħal din. Elementi bħal dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istat tal-annimali jew tal-prodotti ġerminali, indipendentement mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini.

(55)

Programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C tal-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jqis it-tip ta’ rekwiżiti ta’ sorveljanza meħtieġa sabiex jinkiseb u jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-marda, id-dettalji tat-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali li trid tkun koperta mill-programm; u l-miri intermedji u finali tal-programm. Il-programm ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li jinkludi l-miżuri ta’ kontroll li jridu jiġu implimentati fl-istabbilimenti infettati tal-annimali akkwatiċi.

(56)

Il-programm ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jinkludi miri intermedji u finali li se jintużaw għall-valutazzjoni tal-progress fil-kisba ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard. Fejn rilevanti, dawn il-miri jenħtieġ li jqisu r-riskju li l-annimali selvaġġi jirrappreżentaw għas-suċċess tal-programm ta’ eradikazzjoni. B’mod partikolari, kwalunkwe possibbiltà ta’ devjazzjoni mill-perjodu propost ta’ applikazzjoni ta’ sitt snin jenħtieġ li tiġi kkunsidrata matul it-tfassil tal-miri intermedji u finali tal-programm.

(57)

Fil-każ tal-annimali akkwatiċi, il-popolazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programm ta’ eradikazzjoni tikkonsisti f’dawk l-ispeċijiet li huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. Madankollu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li teskludi mill-programm l-ispeċijiet elenkati bħala vettur fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jekk din tkun wettqet valutazzjoni tar-riskju li tkun irriżultat fil-kunsiderazzjoni tar-riskju rappreżentat minn dawk l-annimali bħala wieħed negliġibbli.

(58)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tinkludi popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali akkwatiċi meta t-tali annimali jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti għall-istat tas-saħħa. Jenħtieġ li tkun tista’ wkoll teskludi ċerti stabbilimenti b’riskju baxx mill-programmi ta’ eradikazzjoni jekk l-esklużjoni tagħhom ma tikkompromettix it-tlestija b’suċċess tiegħu.

(59)

Meta Stat Membru jkun iddeċieda li jieħu sehem fi programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-Kategorija C, l-operaturi jkunu obbligati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-introduzzjonijiet ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, jinnotifikaw suspett tal-mard elenkat, jikkonformaw mal-miżuri ta’ kontroll tal-marda meta marda tkun issuspettata jew ikkonfermata u jieħdu kwalunkwe miżura oħra li tista’ tkun meħtieġa mill-awtorità kompetenti, inkluż it-tilqim.

(60)

Meta l-preżenza ta’ marda elenkata tal-annimali akkwatiċi tkun issuspettata jew ikkonfermata fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-marda, jew f’wieħed/waħda li jkunu soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa sabiex tikkontrolla l-marda. Għaldaqstant, dawn ir-regoli jenħtieġ li jkunu stipulati f’dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-istabbiliment ta’ żona ristretta meta l-preżenza ta’ marda elenkata tkun ġiet ikkonfermata fi stabbiliment li jieħu sehem fil-programm ta’ eradikazzjoni jew fi stabbiliment li jkun ġie ddikjarat ħieles mill-marda. Dan jinkludi wkoll ir-rekwiżiti minimi li japplikaw għad-demarkazzjoni ġeografika ta’ żona ristretta u għall-fatturi li jaffettwawha.

(61)

Wara l-konferma ta’ marda akkwatika elenkata fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-marda, jew f’wieħed/waħda li jkunu soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti twettaq kontrolli stretti fl-istabbilimenti infettati u fi stabbilimenti oħra li jinsabu fiż-żona ristretta. In-natura tal-kontrolli u l-livell tal-flessibbiltà li l-awtorità kompetenti tapplika għall-movimenti huma stipulati f’dan ir-Regolament. Meta tiġi applikata l-flessibbiltà, din tkun limitata għaċ-ċirkustanzi li ma jikkompromettux l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fit-triq lejn dik id-destinazzjoni.

(62)

Ladarba sseħħ tifqigħa ta’ marda akkwatika fi stabbiliment u dak l-istabbiliment ikompli jew iniedi programm ta’ eradikazzjoni, importanti li jitneħħew l-annimali akkwatiċi li jkunu mejtin, moribondi jew li juru sinjali kliniċi fi ħdan perjodu stabbilit mill-awtorità kompetenti u skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). B’dan il-mod, il-marda tkun tista’ tiġi kkontrollata b’suċċess.

(63)

Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali teħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa regoli dettaljati għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-marda lill-Istati Membri, liż-żoni u lill-kompartimenti. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jinkludu kriterji speċifiċi għall-mard sabiex jintwera n-nuqqas tal-marda fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-kriterji ġenerali li jsostnu l-kontroll effettiv tal-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.

(64)

Il-kriterji ġenerali jinkludu l-ambitu territorjali, is-sorveljanza, il-bijosigurtà, il-miżuri ta’ kontroll tal-mard u l-implimentazzjoni konsistenti ta’ regoli operazzjonali oħra stipulati fil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali fir-rigward tar-reġistrazzjoni u tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti, it-traċċabbiltà tal-annimali u r-rekwiżiti dwar il-moviment.

(65)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-mard ibbażati fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati jew ibbażati fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-mard jew tal-vettur. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jitfasslu b’mod flessibbli sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiġġustifika l-każ għall-kisba ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq is-sitwazzjoni speċifika. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ġenerali huma stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jindikaw fuq liema bażi l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-marda għat-territorju sħiħ tagħhom jew għal żona tagħhom jew, fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura, għall-kompartimenti.

(66)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-mard ibbażati fuq l-eżitu tal-programmi ta’ eradikazzjoni u fuq id-data storika u tas-sorveljanza. Dawn il-kriterji huma bbażati fuq ir-riżultati tas-sorveljanza, l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-vaċċini.

(67)

Minħabba n-natura teknika tagħhom, dawn il-kriterji huma stabbiliti f’annessi u huma raggruppati skont il-marda bil-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

(68)

Xieraq li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti modernizzati għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tar-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tal-Kodiċi Terrestri, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE u, fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet eżistenti, tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli.

(69)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infestazzjoni bil-Varroa spp bħala marda tal-kategorija C għall-eradikazzjoni fakultattiva. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kisba u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.

(70)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle bħala marda tal-kategorija A għal miżuri ta’ eradikazzjoni immedjati. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma fihx dispożizzjonijiet għal programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtorità kompetenti tagħti l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim fuq il-bażi ta’ data storika u ta’ sorveljanza.

(71)

Hemm żewġ tipi differenti ta’ kompartimenti possibbli fil-każ ta’ annimali akkwatiċi. Kompartimenti indipendenti joperaw taħt kundizzjonijiet definiti strettament li jiżguraw li dawn joperaw indipendentement mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar. Min-naħa l-oħra, kompartimenti dipendenti huma influwenzati mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar u, għalhekk, joperaw taħt kundizzjonijiet aktar flessibbli. Madankollu, kompartimenti dipendenti jkunu stabbiliti biss ladarba l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat numru ta’ fatturi epidemjoloġiċi u ddaħħal fis-seħħ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji neċessarja għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda fil-kompartiment.

(72)

Fil-każ ta’ annimali akkwatiċi, u fid-dawl tal-livell anqas ta’ riskju assoċjat mal-istabbilimenti individwali li huma indipendenti mill-ilmijiet tal-madwar, f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal kompartimenti indipendenti meta dawn iniedu attivitajiet tal-akkwakultura għall-ewwel darba jew meta dawn jerġgħu jniedu attvitajiet tal-akkwakultura wara pawża fil-produzzjoni. F’dawn il-każijiet, l-istat ta’ ħelsien mill-marda jenħtieġ li jkun iddikjarat immedjatament dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Huma wkoll stabbiliti dispożizzjonijiet għal kompartimenti indipendenti meta sseħħ tifqigħa tal-marda. Sabiex jiġi żgurat li t-tali tifqigħat ikunu ġew indirizzati b’suċċess bit-tindif, bid-diżinfezzjoni u bil-mistrieħ sanitarju li jkunu twettqu wara d-depopolazzjoni, kampjun tal-annimali użati għar-ripopolament tal-kompartiment jenħtieġ li jiġi ttestjat qabel ma jkun jista’ jiġi ddikjarat stat ta’ ħelsien mill-marda.

(73)

Meta l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-marda ma jibqgħux issodisfati minħabba suspett jew konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tapplika miżuri ta’ kontroll tal-marda. Dawn il-miżuri jenħtieġ li japplikaw matul l-istadji differenti tal-kontroll tal-marda minn meta tkun suspettata tifqigħa tal-marda sa meta l-avveniment jiġi solvut u l-istat ta’ ħelsien mill-marda jiġi restawrat.

(74)

Jekk l-awtorità kompetenti tidentifika ksur tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-marda fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment, jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-għażla li tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard meta jkun għadu possibbli li jiġi solvut b’mod sodisfaċenti l-ksur u, għaldaqstant, li l-istat ta’ ħelsien mill-mard ma jiġix irtirat mill-Kummissjoni.

(75)

Meta Stat Membru jkun jixtieq jikseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal marda akkwatika elenkata għat-territorju sħiħ tiegħu jew għal żona ta’ dan li tirrappreżenta aktar minn 75 % tat-territorju tiegħu, jew li hija maqsuma ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, dan japplika għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-każijiet l-oħra kollha, tiġi segwita sistema ta’ awtodikjarazzjoni.

(76)

L-awtodikjarazzjoni tal-ħelsien minn mard tal-annimali akkwatiċi għaż-żoni u għall-kompartimenti li mhumiex dawk li huma approvati mill-Kummissjoni ssegwi sistema li hija mfassla sabiex tagħti trasparenza lill-proċess u li se tagħmilha eħfef u potenzjalment aktar veloċi għall-Istati Membri sabiex jiddikjaraw stat ta’ ħelsien mill-mard. Il-proċess sħiħ jitwettaq elettronikament sakemm Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni ma jindikawx tħassib li ma jistax jiġi solvut b’mod sodisfaċenti. Jekk ikun hemm tħassib li ma jkunx jista’ jiġi riżolt b’mod sodisfaċenti, id-dikjarazzjoni titressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(77)

Dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni tagħhom. Dawn ir-regoli jistgħu jvarjaw mir-regoli fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma meħtieġa regoli tranżizzjonali xierqa sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi mir-reġim eżistenti dwar l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għar-rekwiżiti l-ġodda.

(78)

Bl-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard u sabiex jiġi żgurat li din tkun ċara u trasparenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE (14), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE (15); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE (16), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE (17), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (18), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE (19) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 (20) jenħtieġ li jitħassru permezz ta’ dan ir-Regolament.

(79)

Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tapplika mill-21 ta’ April 2021. Għaldaqstant, ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn dik id-data.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri, akkwatiċi u oħrajn kif previst fir-Regolament (UE) 2016/429.

2.   Il-Kapitolu 1 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għas-sorveljanza tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-mard emerġenti kif definit fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament b’rabta ma’ dawn li ġejjin:

(a)

it-tfassil tas-sorveljanza, inklużi l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-metodi dijanjostiċi;

(b)

il-konferma tal-mard u d-definizzjoni tal-każ;

(c)

il-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni.

3.   Il-Kapitolu 2 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali terrestri msemmi fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:

(a)

l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard, it-territorju, il-popolazzjonijiet tal-annimali, il-miri u l-perjodu ta’ applikazzjoni;

(b)

l-obbligi tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti;

(c)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett u ta’ konferma.

4.   Il-Kapitolu 3 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi msemmi fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:

(a)

l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard, it-territorju, il-popolazzjonijiet tal-annimali, il-miri u l-perjodu ta’ applikazzjoni;

(b)

l-obbligi tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti;

(c)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett u ta’ konferma.

5.   Il-Kapitolu 4 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward ta’ ċertu mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi msemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:

(a)

il-kriterji għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri u taż-żoni;

(b)

il-kriterji għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura;

(c)

il-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard;

(d)

is-sospensjoni, l-irtirar u r-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

6.   Il-Parti III ta’ dan ir-Regolament tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali b’rabta ma’ dawn li ġejjin:

(a)

l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri, taż-żoni u tal-kompartimenti li huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-mard skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni tal-Istati Membri, taż-żoni u tal-kompartimenti li għandhom programm ta’ eradikazzjoni jew ta’ sorveljanza approvat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“marda tal-kategorija E”: tfisser marda elenkata li għaliha hija meħtieġa sorveljanza fi ħdan Unjoni, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(2)

“popolazzjoni tal-annimali fil-mira” tfisser il-popolazzjoni tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati definita skont l-ispeċijiet u, kif xieraq, skont il-kategoriji, rilevanti għall-attivitajiet ta’ sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni jew l-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ marda speċifika;

(3)

“popolazzjoni tal-annimali addizzjonali” tfisser il-popolazzjoni ta’ annimali miżmuma jew selvaġġi ta’ speċijiet elenkati soġġetti għal miżuri fakultattivi ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard li huma neċessarji sabiex jinkiseb jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

(4)

“marda tal-kategorija A”: tfisser marda elenkata li normalment ma sseħħx fl-Unjoni, u li għaliha jridu jittieħdu miżuri ta’ eradikazzjoni immedjati hekk kif tiġi skoperta, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(5)

“marda tal-kategorija B”: tfisser marda elenkata li għandha tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bl-għan li din tiġi eradikata madwar l-Unjoni, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(6)

“marda tal-kategorija C”: tfisser marda elenkata li hija ta’ rilevanza għal xi wħud mill-Istati Membri u li għaliha huma meħtieġa miżuri sabiex iwaqqfuha milli tinfirex għal partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-marda jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda elenkata kkonċernata, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(7)

“annimal bovin” jew “annimal tal-ispeċi bovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(8)

“annimal ovin” jew “annimal tal-ispeċi ovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Ovis u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(9)

“annimal kaprin” jew “annimal tal-ispeċi kaprina”tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Capra u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(10)

“ċirklu ambulanti” tfisser eżibizzjoni jew fiera li tinkludi l-annimali jew il-wirjiet tal-annimali u li hija maħsuba biex tivvjaġġa minn Stat Membru għall-ieħor;

(11)

“wirjiet tal-annimali” tfisser kwalunkwe att li jieħdu sehem fih l-annimali miżmuma għall-iskop ta’ eżibizzjoni jew fiera, u li tista’ tkun parti minn ċirklu;

(12)

“annimal porċin” jew “annimal tal-ispeċi porċina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja tas-Suidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

(13)

“mezz tat-trasport” tfisser veikoli tat-triq jew veikoli ferrovjarji, bastimenti u inġenji tal-ajru;

(14)

“kelb” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Canis lupus;

(15)

“qattus” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Felis silvestris;

(16)

“nemes” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Mustela putorius furo;

(17)

“żona staġjonalment ħielsa mill-BTV” tfisser it-territorju sħiħ ta’ Stat Membru jew żona tiegħu fejn l-awtorità kompetenti stabbilixxiet stat temporanju ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (“infezzjoni bil-BTV”) skont l-Artikolu 40(3) fuq il-bażi ta’ perjodu ħieles minn vetturi u d-dimostrazzjoni ta’ assenza tal-marda fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati;

(18)

“stabbiliment protett mill-vetturi” tfisser parti ta’ stabbiliment jew il-faċilitajiet kollha ta’ dan li huma protetti minn attakki ta’ Culicoides permezz ta’ mezzi fiżiċi u ta’ ġestjoni xierqa, bi stat ta’ stabbiliment protett mill-vetturi li jingħata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44;

(19)

“dgħajsa barrada” tfisser bastiment użat mill-industrija tal-akkwakultura li għandu bir jew tank għall-ħażna u t-trasport ta’ ħut ħaj fl-ilma;

(20)

“mistrieħ sanitarju” tfisser, għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-mard, operazzjoni li fiha stabbiliment jitbattal mill-annimali tal-akkwakultura mill-ispeċijiet elenkati, u fejn fattibbli, mill-ilma;

(21)

“perjodu ta’ eliġibbiltà” tfisser il-perjodu ta’ żmien qabel ma l-awtorità kompetenti tissottometti l-applikazzjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard jew, fejn rilevanti, qabel ma d-dikjarazzjoni provviżorja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 83(1) tiġi ppubblikata elettronikament;

(22)

“speċijiet mhux elenkati”, tfisser speċijiet ta’ annimali jew grupp ta’ speċijiet ta’ annimali mhux elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 għal marda partikolari;

(23)

“qatgħa” tfisser il-pollam jew l-għasafar miżmuma kollha tal-istess stat ta’ saħħa li huma miżmuma fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; pollam miżmum f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-ajru;

(24)

“tilqim DIVA (differenzazzjoni ta’ annimali infettati minn annimali mlaqqma)” tfisser tilqim bl-użu ta’ vaċċini li jippermettu, flimkien mal-metodi dijanjostiċi seroloġiċi xierqa, id-detezzjoni tal-annimali infettati f’popolazzjoni mlaqqma;

(25)

“annimali mlaqqma DIVA” tfisser annimali li ġew imlaqqma fil-qafas ta’ tilqim DIVA;

(26)

“stabbiliment approvat tal-prodotti ġerminali” tfisser ċentru tal-ġbir tas-semen, grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, approvat f’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(27)

“semen” tfisser l-eġakulat ta’ annimal jew ta’ annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit;

(28)

“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova;

(29)

“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur;

(30)

“perjodu ħieles minn vetturi” tfisser f’erja ddefinita l-perjodu ta’ inattività tal-Culicoides iddeterminat skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;

(31)

“naħal tal-għasel” tfisser annimali tal-ispeċi Apis mellifera;

(32)

“pollam tat-tnissil” tfisser pollam li għandhom 72 siegħa jew aktar, li jkunu maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis;

(33)

“sorveljanza annwali aleatorja” tfisser sorveljanza li tal-anqas tikkonsisti fi stħarriġ wieħed ta’ popolazzjoni tal-annimali fil-mira organizzat matul is-sena li għalih jintużaw il-metodi ta’ kampjunar ibbażati fuq il-probabbiltà sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jridu jiġu eżaminati.

PARTI II

SORVELJANZA, PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI, STAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD

KAPITOLU 1

Sorveljanza

Taqsima 1

It-tfassil tas-sorveljanza, tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u tal-metodi dijanjostiċi

Artikolu 3

It-tfassil tas-sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti għandha tfassal is-sorveljanza għal mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri u ta’ annimali oħra filwaqt li tqis:

(a)

rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza bbażati fuq:

(i)

in-notifika kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(ii)

investigazzjoni veterinarja xierqa ta’ mortalitajiet miżjuda u ta’ sinjali oħra ta’ mard serju jew rati tal-produzzjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti b’kawża mhux iddeterminata;

(iii)

l-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija E jew, jekk rilevanti, ta’ marda emerġenti;

(iv)

il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza kif previst fl-Artikolu 4;

(v)

il-kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra kif previst fl-Artikolu 7;

(b)

rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza;

(i)

fil-programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni;

(ii)

bħala parti mill-programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni;

(iii)

għall-wiri u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard;

(iv)

bħala parti mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard;

(v)

fil-kuntest tal-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti;

(vi)

għall-movimenti ta’ annimali terrestri fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tfassal is-sorveljanza għal mard elenkat u emerġenti ta’ annimali akkwatiċi filwaqt li tqis:

(a)

rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza bbażati fuq:

(i)

in-notifika kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(ii)

investigazzjoni veterinarja xierqa ta’ mortalitajiet miżjuda u ta’ sinjali oħra ta’ mard serju jew rati tal-produzzjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti b’kawża mhux iddeterminata;

(iii)

l-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija E jew, jekk rilevanti, ta’ marda emerġenti;

(iv)

il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza kif previst fl-Artikolu 4;

(v)

il-kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra kif previst fl-Artikolu 7;

(vi)

miżuri ta’ kontroll tal-mard;

(b)

rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza;

(i)

bħala parti mill-iskema ta’ sorveljanza fuq il-bażi tar-riskji stipulata fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness VI, li tinvolvi klassifikazzjoni tar-riskju u żjarat regolari tas-saħħa tal-annimali kif previst fil-Kapitoli 2 u 3 tal-Parti I tal-Anness VI;

(ii)

bħala parti mill-programmi ta’ eradikazzjoni previsti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Parti II tal-Anness VI;

(iii)

għall-wiri u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard;

(iv)

għall-wiri, f’konformità mal-programmi ta’ sorveljanza previsti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Parti III tal-Anness VI, li l-istabbilimenti li mhumiex qed jieħdu sehem fil-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (ii) jew li ma kisbux l-istat ta’ ħelsien mill-mard imsemmi fil-punt (iii) mhumiex infettati;

(v)

għall-movimenti ta’ annimali akkwatiċi fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

Artikolu 4

Popolazzjoni tal-annimali fil-mira

1.   L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3 għal kull marda elenkata u, fejn rilevanti, għal kull marda emerġenti u għandha tinkludi:

(a)

l-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

l-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jekk:

(i)

huma soġġetti għal programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, jew għal programm obbligatorju jew fakultattiv ta’ eradikazzjoni jew għas-sorveljanza neċessarja għall-għoti jew għaż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard;

(ii)

l-awtorità kompetenti tqis li dawn jikkostitwixxu riskju li jista’ jikkomprometti l-istat tas-saħħa ta’ speċijiet oħra fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment; jew

(iii)

is-sorveljanza tkun neċessarja għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni jew għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni.

2.   Sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni bikrija ta’ marda emerġenti fi speċijiet li mhumiex fost dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi, fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-annimali miżmuma ta’ speċijiet li mhumiex elenkati għall-fini tal-marda elenkata rilevanti jekk ikunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

dawn jitmexxew għal stabbilimenti fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment oħrajn; u

(b)

minħabba n-numru ta’ annimali jew il-frekwenza tal-movimenti, l-awtorità kompetenti tqis li l-annimali jikkostitwixxu riskju li jista’ jikkomprometti l-istat tas-saħħa ta’ annimali miżmuma oħra fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment oħrajn, jekk tfeġġ marda f’dik l-ispeċi.

Artikolu 5

Esklużjoni ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira

1.   Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 4(1), l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza ta’ marda għajr marda tal-kategorija A għall-kategoriji ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li huma soġġetti, għal dik il-marda, għal:

(a)

programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni;

(b)

programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni jew is-sorveljanza neċessarja għall-għoti jew għaż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard; jew

(c)

ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq is-sorveljanza għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni.

2.   Il-kateogriji ta’ annimali miżmuma msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu bbażati fuq l-età tal-annimali, is-sess tagħhom, il-post u t-tip ta’ produzzjoni.

Artikolu 6

Metodi dijanjostiċi

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ġbir tal-kampjuni, it-tekniki, il-validazzjoni u l-interpretazzjoni tal-metodi dijanjostiċi għall-finijiet ta’ sorveljanza għandhom jikkonformaw:

(a)

mal-leġiżlazzjoni speċifika adottata skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u mad-dettalji u mal-gwida rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fuq is-siti web tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (EURL) u tal-Kummissjoni;

(b)

meta ma jkunux koperti mil-leġiżlazzjoni, mid-dettalji u mill-gwida msemmija fil-punt (a), mal-ġbir tal-kampjuni, mat-tekniki, mal-validazzjoni u mal-interpretazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (“il-Manwal Terrestri” (21) kif emendat jew il-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi għall-Annimali Akkwatiċi tal-OIE (“il-Manwal Akkwatiku” (22) kif emendat:

(c)

meta ma jkunux koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, mal-metodi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 34(2) u tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2017/625.

2.   Il-metodi dijanjostiċi għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard huma stabbiliti f’dawn li ġejjin:

(a)

It-Taqsima 1 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B.suis;

(b)

it-Taqsima 2 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis(Mycobacterium bovis, M.caprae u M. tuberculosis) (MTBC);

(c)

it-Taqsima 3 tal-Anness III għal-lewkożi enzootika bovina (EBL);

(d)

it-Taqsima 4 tal-Anness III għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV);

(e)

it-Taqsima 5 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV);

(f)

it-Taqsima 6 tal-Anness III għad-dijarea virali bovina (BVD);

(g)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għas-settiċemija emorraġika virali (VHS);

(h)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN);

(i)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (ISAV bi tħassir fl-HPR);

(j)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(k)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(l)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(m)

il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV).

Artikolu 7

Kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra għas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali

1.   Jekk rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fit-tfassil tas-sorveljanza msemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/625. Dawn il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jinkludu:

(a)

spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(b)

spezzjonijiet fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera;

(c)

kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fis-swieq u f’operazzjonijiet ta’ assemblaġġ;

(d)

kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra matul it-trasport ta’ annimali ħajjin;

(e)

spezzjonijiet u kampjunar relatati mas-saħħa pubblika fl-istabbilimenti;

(f)

kwalunkwe kontroll uffiċjali ieħor li matulu l-istabbilimenti, l-annimali jew il-kampjuni jiġu spezzjonati jew eżaminati.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tissuspetta marda elenkata jew marda emerġenti fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali jew ta’ attivitajiet uffiċjali oħra msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tiżgura li l-awtoritajiet rilevanti kollha jkunu informati. Dan għandu jsir:

(a)

minnufih fil-każ ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti;

(b)

mingħajr dewmien għal mard ieħor.

Taqsima 2

Konferma tal-marda u definizzjonijiet tal-każ

Artikolu 8

Kriterji għall-konferma uffiċjali ta’ mard elenkat, għajr mard tal-kategorija A, u ċertu mard emerġenti u konferma sussegwenti ta’ tifqigħat

1.   L-awtorità kompetenti, malli tissuspetta mard elenkat li mhuwiex marda tal-kategorija A, jew malli tissuspetta marda emerġenti, għandha tagħmel investigazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-possibbiltà tal-preżenza ta’ dik il-marda meta:

(a)

hemm il-bżonn li jiġi ddeterminat l-istat tas-saħħa tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment tiegħu; jew

(b)

hemm il-bżonn li tinġabar l-informazzjoni neċessarja dwar l-okkorrenza tal-marda għal kwalunkwe skop minn fost dawn li ġejjin:

(i)

sabiex jiġu implimentati miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem;

(ii)

sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ annimali jew ta’ prodotti; jew

(iii)

sabiex tinżamm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma tifqigħa ta’ kwalunkwe marda msemmija fil-paragrafu 1 meta din tkun klassifikat annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ ikkonfermat ta’ dan il-mard skont l-Artikolu 9(2).

Artikolu 9

Definizzjonijiet tal-każ

1.   L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ suspettat ta’ marda elenkata jew ta’ marda emerġenti meta:

(a)

l-eżamijiet kliniċi, post-mortem jew tal-laboratorju jikkonkludu li s-sinjal(i) kliniku/kliniċi, il-leżjoni(jiet) post-mortem jew is-sejbiet istoloġiċi jkunu jindikaw dik il-marda;

(b)

ir-riżultat(i) minn metodu dijanjostiku jindika(w) il-preżenza probabbli tal-marda f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew

(c)

ġiet stabbilita rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ ikkonfermat ta’ marda elenkata jew ta’ marda emerġenti meta:

(a)

l-aġent tal-marda, esklużi r-razez tal-vaċċin, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;

(b)

antiġene jew aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda li ma jkunx konsegwenza ta’ tilqim ikun ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat; jew

(c)

riżultat pożittiv minn metodu dijanjostiku indirett li ma jkunx konsegwenza ta’ tilqim ikun inkiseb f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.

3.   Definizzjonijiet speċifiċi għall-mard ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat tal-mard elenkat huma stabbiliti għall-annimali terrestri fl-Anness I u għall-annimali akkwatiċi fil-punt 3 tat-Taqsima 5 tal-Kapitoli 1 sa 6 tal-Parti II tal-Anness VI.

4.   Fin-nuqqas ta’ definizzjonijiet speċifiċi għall-mard kif previst fil-paragrafu 3, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal definizzjonijiet ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat tal-mard elenkat u, jekk rilevanti, tal-mard emerġenti.

Taqsima 3

Programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni

Artikolu 10

Kriterji għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-kontenut tagħhom

1.   Marda tal-kategorija E għandha tkun soġġetta għal programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429 jekk tkun tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

iġġib magħha theddida partikolari għas-saħħa tal-annimali u possibilment tal-bniedem fit-territorju sħiħ tal-Unjoni b’konsegwenzi ekonomiċi serji possibbli għall-komunità tal-biedja u għall-ekonomija usa’;

(b)

tkun suxxettibbli għal evoluzzjoni tal-profil tal-marda, b’mod partikolari fir-rigward tar-riksju għas-saħħa tal-bniedem u għas-saħħa tal-annimali;

(c)

l-annimali selvaġġi infettati jkunu jirrappreżentaw theddida partikolari għall-introduzzjoni tal-marda f’parti mit-territorju tal-Unjoni jew f’kollu kemm hu;

(d)

ikun fundamentali li tinkiseb, permezz ta’ sorveljanza, informazzjoni aġġornata b’mod regolari dwar l-evoluzzjoni taċ-ċirkolazzjoni tagħha u dwar il-karatterizzazzjoni tal-aġent tal-marda, sabiex jiġu vvalutati dawk ir-riskji u jiġu adattati l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju kif xieraq;

2.   L-awtorità kompetenti għandha timplimenta programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-marda rilevanti skont il-kontenut stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 11

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sottomissjoni tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u fir-rapportar dwarhom

1.   L-awtorità kompetenti, meta tissottometti programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għandha tinkludi f’dik is-sottomissjoni tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm u data dwar l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda;

(b)

il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-unitajiet epidemjoloġiċi u ż-żoni tal-programm;

(c)

l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm, il-kontrolli uffiċjali li jridu jiġu applikati matul l-implimentazzjoni tal-programm u r-rwol tal-operaturi rilevanti kollha, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, il-veterinarji, il-laboratorji tas-saħħa tal-annimali u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra kkonċernati;

(d)

deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi implimentat il-programm;

(e)

indikaturi sabiex jitkejjel il-progress tal-programm;

(f)

il-metodi dijanjostiċi użati, in-numru ta’ kampjuni ttestjati, il-frekwenza tal-ittestjar u l-mudelli tal-kampjunar;

(g)

il-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati għat-tfassil ta’ sorveljanza mmirata fuq il-bażi tar-riskju.

2.   L-awtorità kompetenti, meta tirrapporta dwar programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għandha tinkludi f’dak ir-rapport tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-deskrizzjoni tal-miżuri implimentati u r-riżultati miksuba bbażati fuq l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) u fil-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1; u

(b)

ir-riżultati tas-segwitu tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fil-każ ta’ każ issuspettat jew ikkonfermat.

KAPITOLU 2

Programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 12

L-istrateġija ta’ kontroll tal-mard għall-eradikazzjoni ta’ mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri

1.   L-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija B jew programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija C tal-annimali terrestri, għandha tibbaża dawk il-programmi fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li, għal kull marda, tinkludi:

(a)

it-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 13(1);

(b)

id-durata tal-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 15, inklużi l-miri finali u intermedji tiegħu kif previsti fl-Artikolu 14; u

(c)

ir-rekwiżiti speċifiċi tal-marda stabbiliti:

(i)

fl-Artikoli 16 sa 31 għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, għall-infezzjoni bl-MTBC, bl-EBL, bl-IBR/IPV, għall-infezzjoni bl-ADV u bil-BVD;

(ii)

fl-Artikoli 32 sa 36 għall-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV);

(iii)

fl-Artikoli 37 sa 45 għall-infezzjoni bil-BTV.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miżuri kkoordinati fil-fruntiera fuq l-art jew kostali komuni tagħha ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi sabiex tiżgura li l-objettivi tal-programm jinkisbu u li r-riżultati jkunu sostenibbli.

Meta t-tali koordinazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni, jekk fattibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju effettivi, li jinkludu sorveljanza intensifikata.

Artikolu 13

Ambitu territorjali u popolazzjonijiet tal-annimali

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ambitu tal-programm ta’ eradikazzjoni, inklużi:

(a)

it-territorju kopert; u

(b)

il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u, jekk ikun hemm bżonn, il-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali.

2.   It-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun:

(a)

it-territorju sħiħ tal-Istat Membru; jew

(b)

żona waħda jew aktar, dment li kull żona tkun tikkorrispondi għal unità(jiet) amministrattiva/i ta’ tal-anqas 2 000 km2 u tinkludi tal-anqas wieħed mir-reġjuni stabbiliti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi żoni iżgħar minn 2 000 km2 filwaqt li tqis:

(a)

superfiċje minima li ma tkunx anqas b’mod sinifikanti minn 2 000 km2; jew

(b)

l-eżistenza ta’ ostakoli naturali rilevanti għall-profil tal-marda.

Artikolu 14

Miri finali u intermedji

1.   L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri finali kwalitattivi u kwantitattivi li jkopru r-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-marda li huma stabbiliti fl-Artikolu 72 għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri intermedji annwali jew pluriennali kwalitattivi u kwantitattivi sabiex tirrifletti l-progress li sar fl-ilħiq tal-miri finali. Dawn il-miri intermedji għandhom jinkludu:

(a)

ir-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-mard imsemmija fil-paragrafu 1; u

(b)

jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti addizzjonali li mhumiex inklużi fil-kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-eradikazzjoni.

Artikolu 15

Perjodu tal-applikazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni l-perjodu ta’ applikazzjoni filwaqt li tqis is-sitwazzjoni inizjali u l-miri intermedji indikati fl-Artikolu 14(2).

2.   Għal mard tal-kategorija C, il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni m’għandux jaqbeż is-sitt snin mid-data tal-approvazzjoni inizjali tiegħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istati Membri, tista’ testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni għal perjodu ta’ sitt snin addizzjonali.

Taqsima 2

Rekwiżiti għall-programmi ta’ eradikazzjoni fuq il-bażi tal-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti

Artikolu 16

Strateġija ta’ kontroll tal-mard ibbażata fuq l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tfassal l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard ta’ programm ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira miżmuma fl-istabbilimenti għall-mard li ġej tal-annimali terrestri:

(a)

infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(b)

infezzjoni bl-MTBC;

(c)

EBL;

(d)

IBR/IPV;

(e)

infezzjoni bl-ADV;

(f)

BVD.

2.   L-istrateġiji ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:

(a)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-mard stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 31 sakemm l-istabbilimenti rilevanti kollha jilħqu stat ta’ ħelsien mill-mard;

(b)

l-għoti, is-sospensjoni u l-irtirar mill-awtorità kompetenti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti rilevanti kollha;

(c)

l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju oħrajn;

(d)

l-implimentazzjoni fakultattiva tal-programmi ta’ tilqim.

Artikolu 17

Popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira li ġejjin:

(a)

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, l-annimali bovini miżmuma, l-annimali ovini miżmuma u l-annimali kaprini miżmuma;

(b)

għall-infezzjoni bl-MTBC, l-annimali bovini miżmuma.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira li ġejjin:

(a)

għall-EBL, l-annimali bovini miżmuma;

(b)

għall-IBR/IPV, l-annimali bovini miżmuma;

(c)

għall-infezzjoni bl-ADV, l-annimali porċini miżmuma;

(d)

għall-BVD, l-annimali bovini miżmuma.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali fejn hija tqis li t-tali annimali jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti għall-istat tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 jew 2.

Artikolu 18

Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard

1.   L-operaturi ta’ stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 17, għajr il-biċċeriji, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi għall-mard li ġejjin sabiex jiksbu u jżommu l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti:

(a)

rekwiżiti ġenerali:

(i)

sorveljanza tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-marda rilevanti kif ordnat mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 3(1);

(ii)

fil-każ tal-moviment tal-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira, l-iżgurar li l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti ma jkunx kompromess minħabba t-trasport jew l-introduzzjoni fl-istabbilimenti ta’ annimali tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira jew addizzjonali jew ta’ prodotti tagħhom;

(iii)

it-tilqim tal-annimali miżmuma tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira kontra l-marda rilevanti;

(iv)

miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata;

(v)

kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, is-separazzjoni tal-annimali skont l-istat tas-saħħa tagħhom b’miżuri fiżiċi ta’ protezzjoni u miżuri ta’ ġestjoni;

(b)

ir-rekwiżiti speċifiċi tal-marda stabbiliti fi:

(i)

il-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis

(ii)

il-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;

(iii)

il-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;

(iv)

il-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;

(v)

il-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;

(vi)

il-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD.

2.   L-operaturi tal-biċċeriji, fejn jinżammu u jiġu skarnati l-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 17 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i), (iv) u (v) tal-paragrafu 1.

Artikolu 19

Deroga fir-rigward tal-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbilimenti

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18 u dment li l-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira rilevanti jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-obbligi tal-operaturi li jiksbu u jżommu l-istat ta’ ħelsien mill-mard stabbilit fl-Artikolu 18(1) ma japplikawx għall-operaturi tal-istabbilimenti li ġejjin:

(a)

stabbilimenti konfinati;

(b)

stabbilimenti fejn l-annimali jinżammu biss għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ;

(c)

stabbilimenti fejn l-annimali jinżammu biss għall-fini ta’ wirjiet tal-annimali;

(d)

ċirkli ambulanti.

Artikolu 20

Obbligu tal-awtorità kompetenti li tagħti, tissospendi u tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti skont il-konformità tal-operaturi tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar. Dawk il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fi:

(a)

it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(b)

it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;

(c)

it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;

(d)

it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;

(e)

it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;

(f)

it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika:

(a)

id-dettalji tar-reġim tal-ittestjar, inklużi skont il-bżonn, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) meta l-istat ta’ ħelsien mill-mard jiġi sospiż jew irtirat; u

(b)

il-perjodu massimu ta’ żmien li matulu l-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jiġi sospiż meta jkun hemm ksur tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tattribwixxi l-istat tas-saħħa distint lil unitajiet epidemjoloġiċi differenti tal-istess stabbiliment dment li l-operatur tiegħu:

(a)

ikun issottometta għall-kunsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar l-unitajiet epidemjoloġiċi differenti stabbiliti fi ħdan l-istabbiliment li se jingħataw stat tas-saħħa distint qabel kwalunkwe suspett jew konferma tal-marda skont l-Artikoli 21 u 24;

(b)

ikun stabbilixxa sistema, li għaliha l-awtorità kompetenti jkollha aċċess meta titolbu, għat-traċċar tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti ġerminali lejn, minn u bejn l-unitajiet epidemjoloġiċi; u

(c)

ikun issepara l-unitajiet epidemjoloġiċi b’mezzi fiżiċi u tal-ġestjoni u jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji mitluba mill-awtorità kompetenti għal dak l-għan.

Artikolu 21

Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard

1.   L-awtorità kompetenti, meta tissuspetta każ tal-marda rilevanti, għandha tagħmel investigazzjonijiet, tniedi inkjesta epidemjoloġika u tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment fejn ikun seħħ il-każ issuspettat sakemm jiġu konklużi l-investigazzjonijiet u l-inkjesta epidemjoloġika.

2.   Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjonijiet u tal-inkjesta epidemjoloġika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti:

(a)

għandha tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti mill-istabbiliment sakemm ma tkunx awtorizzat l-iskarnar immedjat tagħhom f’biċċerija magħżula apposta;

(b)

meta tqis li dawn ikunu neċessarji għall-kontroll tar-riskju ta’ tixrid tal-marda, għandha:

(i)

meta teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati fl-istabbiliment;

(ii)

tirrestrinġi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fl-istabbiliment;

(iii)

tirrestrinġi l-moviment ta’ prodotti mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti mill-istabbiliment jew lejn l-istabbiliment;

3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sakemm tiġi eliminata jew ikkonfermata l-preżenza tal-marda.

Artikolu 22

Estensjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard

1.   Meta tqis li din tkun neċessarja, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21 għal:

(a)

popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali rilevanti miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

kwalunkwe stabbiliment li jkollu rabta epidemjoloġika mal-istabbiliment fejn seħħ il-każ issuspettat.

2.   Jekk il-preżenza tal-marda tkun issuspettata f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti, meta tqis li din tkun neċessarja, għandha testendi għall-istabbilimenti li jinsabu f’riskju ta’ infezzjoni l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21.

Artikolu 23

Derogi mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 21(1), fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif imiss, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tissospendix l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment kollu meta jkun hemm unitajiet epidemjoloġiċi differenti kif imsemmija fl-Artikolu 20(4).

2.   Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 21(2), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali għandhom jitmexxew biss bi trasport dirett;

(b)

fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, l-annimali għandhom jinżammu f’faċilitajiet magħluqa, b’ebda kuntatt mal-annimali miżmuma ta’ stat tas-saħħa ogħla jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti.

3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 21(2), fil-każ ta’ marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti dment li dawn jitmexxew, jekk ikun hemm bżonn bit-trasport dirett, lejn stabbiliment li jinsab f’żona li la hija ħielsa mill-marda u lanqas koperta minn programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni.

4.   Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi, sa tmiem l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1);

(b)

tipprojbixxi, sa tmiem l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1), il-moviment ta’ annimali minn dak l-istabbiliment, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport dirett tagħhom lejn biċċerija magħżula apposta għall-iskarnar immedjat tagħhom;

(c)

fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jew bl-MTBC, iżżomm il-projbizzjoni stabbilita fil-punt (b) wara tmiem l-investigazzjoni sakemm l-annimali kollha li jitmexxew fl-istabbiliment wara d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2 ikunu ġew skarnati.

5.   L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-derogi previsti fil-paragrafi 1 sa 3 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi:

(a)

japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; u

(b)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha jkunu ttieħdu.

Artikolu 24

Konferma uffiċjali ta’ ċertu mard u miżuri ta’ kontroll tal-mard

1.   Jekk jiġi kkonfermat każ, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment(i) infettat(i);

(b)

tadotta l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 25 sa 31 fl-istabbiliment(i) infettat(i).

2.   Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-irtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-unitajiet epidemjoloġiċi fejn ikun ġie kkonfermat każ.

3.   Jekk il-marda tiġi kkonfermata f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, jekk neċessarji, kif previst fl-Artikolu 25. Jekk hija tqis li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda, din għandha:

(a)

tordna l-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti kif previst fl-Artikoli 21 sa 25 u fl-Artikolu 30 fl-istabbilimenti li jżommu l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-popolazzjonijiet tal-annimali addizzjonali;

(b)

twettaq jew tordna miżuri proporzjonati u neċessarji oħra ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-marda fir-rigward tal-popolazzjoni tal-annimali selvaġġi rilevanti jew fil-ħabitat tagħha.

Artikolu 25

Inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fil-każ ta’ konferma ta’ ċertu mard

1.   Meta tiġi kkonfermata l-marda, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tagħmel inkjesta epidemjoloġika;

(b)

tagħmel investigazzjonijiet u tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21 fl-istabbilimenti kollha epidemjoloġikament relatati; u

(c)

tadatta s-sorveljanza għall-fatturi ta’ riskju identifikati, b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta epidemjoloġika.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis il-ħtieġa li tagħmel investigazzjoni fuq l-annimali selvaġġi mill-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali fejn l-inkjesta epidemjoloġika ssib rabtiet epidemjoloġiċi bejn l-annimali miżmuma u dawk selvaġġi.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis possibbli dwar is-sitwazzjoni:

(a)

lill-operaturi u lill-awtoritajiet rilevanti mill-Istati Membri kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-każ ikkonfermat; u

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li jistgħu jkunu kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment(i) infettat(i).

Artikolu 26

Il-moviment tal-annimali lejn u mill-istabbilimenti infettati

1.   L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment infettat sakemm ma tkunx awtorizzat l-iskarnar immedjat tagħhom f’biċċerija magħżula apposta.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda, din għandha:

(a)

tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati u kkonfermati fl-istabbiliment fejn teknikament possibbli;

(b)

tirrestrinġi l-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fi ħdan l-istabbiliment;

(c)

tirrestrinġi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-istabbiliment;

(d)

tirrestrinġi l-moviment ta’ prodotti tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment infettat u lejn l-istabbiliment infettat;

3.   L-awtorità kompetenti, meta tqis li jkun hemm bżonn li jsir hekk, għandha testendi l-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 għal annimali u għal prodotti minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali sabiex tipprevjeni t-tixrid tal-marda.

Artikolu 27

L-ittestjar u t-tneħħija ta’ annimali minn stabbilimenti infettati

1.   Wara l-konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati jsir l-ittestjar li ġej fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat minnha:

(a)

l-ittestjar ta’ dawk l-annimali li l-ittestjar tagħhom jitqies neċessarju sabiex titlesta l-inkjesta epidemjoloġika;

(b)

l-ittestjar għar-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard kif stabbilit fi:

(i)

it-Taqsima 4 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(ii)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;

(iii)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;

(iv)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;

(v)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;

(vi)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD; u

(c)

kwalunkwe ttestjar addizzjonali li hija tqis neċessarju sabiex tiżgura d-detezzjoni veloċi tal-annimali infettati li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda.

2.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-ittestjar m’għandux ikun ordnat meta l-istat ta’ ħelsien mill-mard jiġi restawrat skont:

(i)

il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(ii)

il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;

(iii)

il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;

(iv)

il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;

(v)

il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;

(vi)

il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati l-annimali kollha rikonoxxuti bħala każijiet ikkonfermati u, jekk ikun hemm bżonn, bħala każijiet issuspettati, jiġu skarnati fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li hija tiddetermina.

4.   L-iskarnar tal-annimali msemmija fil-paragrafu 3 għandu jsir taħt superviżjoni uffiċjali f’biċċerija magħżula apposta.

5.   L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil u l-qerda ta’ wħud mill-annimali jew tal-annimali kollha msemmija fil-paragrafu 3 minflok l-iskarnar tagħhom.

6.   L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti f’dan l-Artikolu għal annimali minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi eradikata l-marda fi stabbilimenti infettati.

Artikolu 28

Il-ġestjoni ta’ prodotti minn stabbilimenti infettati

1.   Fl-istabbilimenti kollha infettati bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jew bl-MTBC, l-awtorità kompetenti għandha tordna li:

(a)

il-ħalib minn każijiet ikkonfermati għandu jiġi mitmugħ biss lil annimali fl-istess stabbiliment wara li jkun ġie pproċessat sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni tal-aġent tal-marda, jew inkella għandu jintrema;

(b)

id-demel, it-tiben, l-għalf jew kwalunkwe materja u sustanza oħra li ġiet f’kuntatt ma’ każ ikkonfermat jew ma’ materjal ikkontaminat għandhom jew jinġabru jew inkella jintremew mill-aktar fis possibbli jew, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, jinħażnu u jiġu pproċessati sabiex jitnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskju ta’ tixrid tal-marda.

2.   Fil-każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, l-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati kollha, il-feti, l-annimali mwielda mejta, l-annimali li mietu mill-marda wara t-twelid u l-plaċenti għandhom jinġabru u jintremew.

3.   Fil-każ ta’ infezzjoni b’marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti, meta tqis li dan ikun meħtieġ, għandha tordna kwalunkwe miżura xierqa prevista fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-awtorità kompetenti, meta tqis li dan ikun neċessarju, għandha tordna t-traċċar lura, l-ipproċessar jew ir-rimi ta’ kwalunkwe prodott minn stabbilimenti infettati li jista’ jikkostitwixxi riskju ta’ tixrid tal-marda jew jaffettwa s-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 29

Derogi mir-restrizzjoni tal-moviment tal-annimali minn stabbilimenti infettati

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 26(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali klinikament f’saħħithom, għajr il-każijiet ikkonfermati, lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-moviment ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fir-rotta lejn dik id-destinazzjoni;

(b)

l-annimali għandhom jitmexxew biss bi trasport dirett; u

(c)

fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, l-annimali għandhom jinżammu f’faċilitajiet magħluqa, b’ebda kuntatt mal-annimali miżmuma ta’ stat tas-saħħa ogħla jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 26(1), fil-każ ta’ marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali klinikament f’saħħithom mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, għajr il-każijiet ikkonfermati, dment li:

(a)

dawn jitmexxew, jekk ikun hemm bżonn bi trasport dirett, lejn stabbiliment li jinsab f’żona li la hija ħielsa mill-marda u lanqas koperta minn programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni; u

(b)

il-moviment ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira jew addizzjonali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fir-rotta lejn dik id-destinazzjoni.

3.   Meta tagħmel użu mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-annimali li huma soġġetti għad-deroga u għandha:

(a)

tordna l-moviment tal-annimali bi trasport dirett, fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li hija tiddetermina, mill-istabbiliment tad-destinazzjoni lejn biċċerija magħżula apposta għall-iskarnar immedjat; jew

(b)

fil-każ ta’ marda tal-kategorija C tordna l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 30 sakemm jerġa’ jinkiseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-derogi previsti fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi:

(a)

japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; u

(b)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti bil-garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha huma ssodisfati.

Artikolu 30

It-tindif u d-diżinfezzjoni u miżuri oħra għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-infezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti infettati kollha u lil dawk li jirċievu annimali minn stabbilimenti infettati li jnaddfu u jiddiżinfettaw jew, fejn rilevanti, jarmu b’mod sikur:

(a)

il-partijiet kollha tal-istabbilimenti li setgħu ġew ikkontaminati wara t-tneħħija tal-każijiet ikkonfermati u ssuspettati u qabel ir-ripopolament;

(b)

kwalunkwe għalf, materjal, sustanza, tagħmir relatat mat-trobbija, tagħmir mediku u tagħmir relatat mal-produzzjoni li setgħu ġew ikkontaminati;

(c)

kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat mill-operaturi u mill-viżitaturi;

(d)

il-mezzi tat-trasport, il-kontenituri u t-tagħmir kollha wara t-trasport ta’ annimali jew ta’ prodotti minn stabbilimenti infettati;

(e)

iż-żoni tat-tagħbija għall-annimali wara kull użu.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-protokoll għat-tindif u għad-diżinfezzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja t-tindif u d-diżinfezzjoni, jew fejn rilevanti, ir-rimi sikur u m’għandhiex tirrestawra jew terġa’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbiliment sakemm tqis li t-tindif u d-diżinfezzjoni, jew fejn rilevanti, ir-rimi sikur, ikunu tlestew.

4.   L-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, tista’ tqis bur bħala kontaminat u tipprojbixxi l-użu tiegħu għall-annimali miżmuma bi stat tas-saħħa ogħla minn dak tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew, jekk epidemjoloġikament rilevanti, tal-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti sabiex ir-riskju ta’ persistenza tal-aġent tal-marda jitqies li jkun sar negliġibbli.

Artikolu 31

Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tal-infezzjoni mill-ġdid

Qabel jew mat-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti għandha tordna miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proporzjonati sabiex tipprevjeni l-infezzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju rilevanti kif indikati mir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika. Dawn il-miżuri għandhom tal-anqas iqisu:

(a)

il-persistenza tal-aġent tal-marda fl-ambjent jew fl-annimali selvaġġi; u

(b)

il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV

Artikolu 32

Strateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV

1.   Meta tistabbilixxi programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha tibbażah fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li tinkludi:

(a)

tilqim tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li hija tqis rilevanti;

(b)

implimentazzjoni tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju ta’ kuntatt mal-annimali infettati;

(c)

kontroll tar-riskju ta’ tixrid u ta’ introduzzjoni tal-marda fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.

2.   L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-programm ta’ eradikazzjoni filwaqt li tqis li dan għandu jkun:

(a)

ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju, aġġornat kif meħtieġ, skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika;

(b)

sostnut minn kampanji ta’ informazzjoni pubblika li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;

(c)

ikkoordinat, jekk ikun hemm bżonn, mal-awtoritajiet rilevanti inkarigati mis-saħħa pubblika, mill-popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi jew mill-kaċċa;

(d)

skalat skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju territorjali.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tkun involuta fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV f’pajjiż jew f’territorju terz, sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ tixrid u ta’ introduzzjoni tal-RABV fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.

Artikolu 33

Popolazzjoni tal-annimali fil-mira għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV għall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li ġejja: l-annimali miżmuma u selvaġġi ta’ speċijiet tal-familji li ġejjin: Carnivora, Bovidae, Suidae, Equidae, Cervidae u Camelidae.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tindirizza l-miżuri fil-programm ta’ eradikazzjoni primarjament għall-volpijiet selvaġġi, li huma r-riżerva ewlenija tar-RABV.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tissoġġetta popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħra apparti l-volpijiet selvaġġi għall-miżuri tal-programm ta’ eradikazzjoni meta hija tqis li t-tali annimali jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi annimali selvaġġi ta’ speċijiet tal-ordni Chiroptera fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 34

Obbligi tal-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV

1.   L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tagħmel sorveljanza tal-infezzjoni bir-RABV għall-finijiet ta’:

(i)

detezzjoni bikrija tal-infezzjoni; u

(ii)

segwitu tax-xejra fin-numru ta’ annimali infettati, li għandu jinkludi, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskji, il-ġbir u l-ittestjar ta’ volpijiet selvaġġi u ta’ karnivori selvaġġi oħra misjuba mejta;

(b)

twettaq miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma ta’ infezzjoni bir-RABV kif stipulat fl-Artikoli 35 u 36;

(c)

tapplika, jekk ikun hemm bżonn, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tat-tixrid tar-RABV bil-movimenti ta’ klieb, qtates u inmsa.

2.   Meta hija tqis li dawn ikunu neċessarji, l-awtorità kompetenti għandha tordna:

(a)

it-tilqim, u l-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness V tal-volpijiet selvaġġi u, jekk rilevanti, ta’ annimali oħra msemmija fl-Artikolu 33(3);

(b)

l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa;

(c)

restrizzjonijiet tal-moviment tal-annimali miżmuma rilevanti tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3) li mhumiex imlaqqma kontra l-infezzjoni bir-RABV skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness V;

(d)

il-miżuri previsti fl-Artikolu 35 meta annimal ta’ speċi elenkata jweġġa’ persuna jew annimal mingħajr raġuni li tista’ tinftiehem u f’kontradizzjoni mal-imġiba normali tiegħu jew jippreżenta tibdil mhux spjegat fl-imġiba segwit minn mewt fi żmien 10 ijiem.

Artikolu 35

Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bir-RABV

Meta tkun issuspettata infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tagħmel investigazzjonijiet ulterjuri sabiex tikkonferma jew telimina l-possibbiltà ta’ preżenza tal-marda;

(b)

tordna restrizzjonijiet rilevanti fuq il-moviment jew il-qtil ta’ każijiet issuspettati sabiex tipproteġi lill-bnedmin u lill-annimali mir-riskju ta’ infezzjoni sakemm jinħarġu r-riżultati tal-investigazzjonijiet;

(c)

tordna kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji ġġustifikata sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni ulterjuri tar-RABV lill-bnedmin jew lill-annimali.

Artikolu 36

Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni bir-RABV

Meta tiġi kkonfermata l-infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri sabiex tipprevjeni trażmissjoni ulterjuri tal-marda lil annimali u lil bnedmin, li għalihom:

(a)

hija għandha tagħmel inkjesta epidemjoloġika, li għandha tinkludi l-identifikazzjoni tar-razza tal-RABV involuta, sabiex tidentifika s-sors probabbli tal-infezzjoni u r-rabtiet epidemjoloġiċi;

(b)

għandha, sakemm ma tqisx li jkunu meħtieġa aktar investigazzjonijiet, telimina infezzjoni bir-RABV f’annimali b’rabta epidemjoloġika meta:

(i)

perjodu minimu ta’ tliet xhur skada mindu seħħet ir-rabta epidemjoloġika mal-każ ikkonfermat; u

(ii)

l-ebda sinjal kliniku ma nstab f’dawk l-annimali;

(c)

meta hija tqis li dan ikun neċessarju, hija għandha tieħu miżura waħda jew aktar minn fost dawk stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35;

(d)

hija għandha tiżgura li l-karkassi tal-każijiet ikkonfermati ta’ annimali selvaġġi infettati jintremew jew jiġu pproċessati skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

Artikolu 37

Strateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

1.   Meta tistabbilixxi programm ta’ eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha tibbażah fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li tinkludi:

(a)

is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;

(b)

it-tilqim tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għall-eradikazzjoni tal-marda permezz ta’ kampanji ta’ tilqim regolari li jridu jiġu implimentati, skont kif ikun rilevanti, skont strateġija fit-tul;

(c)

restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45;

(d)

miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-minimizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-BTV permezz ta’ vetturi.

2.   L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-programm ta’ eradikazzjoni filwaqt li tqis li:

(a)

hija għandha tindividwa u teradika s-serotipi 1-24 kollha li huma preżenti fit-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni;

(b)

it-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni għandu jkun:

(i)

it-territorju sħiħ tal-Istat Membru; jew

(ii)

żona jew żoni li jinkludu territorju f’tal-anqas raġġ ta’ 150 km minn kull stabbiliment infettat.

3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tadatta ż-żona/i koperta/i mill-programm ta’ eradikazzjoni skont:

(a)

is-sitwazzjoni ġeografika tal-istabbiliment(i) infettat(i) u l-fruntieri tal-unitajiet amministrattivi korrispondenti;

(b)

il-kundizzjonijiet ekoloġiċi u meteoroloġiċi;

(c)

l-abbundanza, l-attività u d-distribuzzjoni tal-vetturi preżenti fiż-żona/i;

(d)

is-serotip tal-BTV involut;

(e)

ir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 42;

(f)

ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.

Artikolu 38

Popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV lill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li ġejja: l-annimali miżmuma mill-ispeċijiet tal-familji ta’ Antilocapridae, ta’ Bovidae, ta’ Camelidae, ta’ Cervidae, ta’ Giraffidae, ta’ Moschidae u ta’ Traguilidae.

2.   Meta tqis li dan ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali li ġejjin: l-annimali selvaġġi mill-ispeċijiet tal-familji ta’ Antilocapridae, ta’ Bovidae, ta’ Camelidae, ta’ Cervidae, ta’ Giraffidae, ta’ Moschidae u ta’ Traguilidae.

Artikolu 39

Obbligi tal-operaturi fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

1.   L-operaturi tal-istabbilimenti, għajr il-biċċeriji, fejn jinżammu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 38(1) għandhom:

(a)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza entomoloġika;

(c)

jaraw li l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jitlaqqmu skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;

(d)

jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;

(e)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ moviment skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;

(f)

jimplimentaw kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, il-protezzjoni tal-annimali miżmuma minn attakki minn vetturi skont l-istat tas-saħħa tal-annimali.

2.   L-operaturi tal-biċċeriji, fejn jinżammu u jiġu skarnati l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 38(1) għandhom:

(a)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

(b)

jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;

(c)

jimplimentaw kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, il-protezzjoni tal-annimali miżmuma minn attakki minn vetturi skont l-istat tas-saħħa tal-annimali.

Artikolu 40

Obbligi tal-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

1.   L-awtorità kompetenti għandha, fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2):

(a)

timmappja t-territorju kopert f’sett ta’ unitajiet ġeografiċi skont il-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;

(b)

tagħmel sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV f’kull unità ġeografika, skont kif ikun rilevanti fir-rigward tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;

(c)

tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 41 u 42 fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma tal-marda;

(d)

tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti tal-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma u, jekk ikun hemm bżonn, ta’ popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħrajn, ilaqqmu l-annimali tagħhom. u

(e)

japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 għall-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.

2.   Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tordnax lill-operaturi jlaqqmu l-annimali tagħhom jekk, wara valutazzjoni tar-riskju, din tiġġustifika li l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra tkun suffiċjenti sabiex tiġi eradikata l-marda.

3.   Meta hija tqis li dan ikun neċessarju u, jekk ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona staġjonalment ħielsa mill-BTV kif previst fil-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness V. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri l-oħra:

(a)

informazzjoni li turi l-issodisfar tal-kriterji speċifiċi għad-determinazzjoni tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV;

(b)

id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu;

(c)

informazzjoni li turi l-waqfien tat-trażmissjoni tal-BTV fiż-żona; u

(d)

id-delimitazzjoni taż-żona li tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 13.

Artikolu 41

Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-BTV

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel investigazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-marda.

2.   Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tirrestrinġi l-moviment tal-annimali u tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu sakemm dan ma jkunx awtorizzat għall-fini ta’ skarnar immedjat;

(b)

tordna l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji rilevanti, fejn dawn ikunu neċessarji u teknikament fattibbli, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għal attakki minn vetturi.

3.   Meta hija tqis li dan ikun neċessarju, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għal stabbilimenti fejn l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira kellhom esponiment simili għal vetturi infettivi bħal dak tal-każijiet issuspettati.

4.   Il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu rtirati meta l-awtorità kompetenti tqis li ma jibqgħux neċessarji sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ tixrid tal-marda.

Artikolu 42

Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni bil-BTV

1.   Fil-każ ta’ konferma tal-infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tikkonferma t-tifqigħa u, jekk ikun meħtieġ, tistabbilixxi jew testendi ż-żona taħt il-programm ta’ eradikazzjoni;

(b)

tagħmel inkjesta epidemjoloġika, jekk ikun hemm bżonn;

(c)

tirrestrinġi l-moviment tal-annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu sakemm dan ma jkunx awtorizzat għall-fini tal-iskarnar immedjat;

(d)

tirrestrinġi l-moviment tal-prodotti ġerminali ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu;

(e)

tordna l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji rilevanti, meta hija tqis li dawn ikunu neċessarji u teknikament fattibbli, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għal attakki minn vetturi;

(f)

tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 41 għall-istabbilimenti kollha li jkollhom rabta epidemjoloġika mal-każ ikkonfermat, inklużi dawk li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’esponiment simili għall-vetturi infettivi bħal dak tal-każ ikkonfermat.

2.   Minbarra l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda, l-awtorità kompetenti, meta tqis li dawn huma neċessarji, għandha:

(a)

tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti tal-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma u, jekk ikun hemm bżonn, ta’ popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħrajn, ilaqqmu l-annimali tagħhom kontra l-infezzjoni bis-serotip(i) rilevanti tal-BTV kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 40(1);

(b)

tinvestiga u tissorvelja l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-inħawi tal-istabbiliment fejn jinżamm il-każ ikkonfermat.

3.   Il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu rtirati meta l-awtorità kompetenti tqis li ma jibqgħux neċessarji sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ tixrid tal-marda.

Artikolu 43

Moviment tal-annimali miżmuma u tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira lejn l-Istati Membri jew iż-żoni koperti mill-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

1.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss l-introduzzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk ikunu jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll l-introduzzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk:

(a)

tkun ivvalutat ir-riskju li tirrappreżenta l-introduzzjoni għall-istat tas-saħħa tal-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji possibbli li tista’ tadotta fil-post ta’ destinazzjoni;

(b)

tipprojbixxi l-moviment ta’ dawn l-annimali lejn Stat Membru ieħor:

(i)

għal perjodu ta’ 60 jum wara l-introduzzjoni; jew

(ii)

sakemm jitwettaq test negattiv tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) għas-serotipi 1-24 tal-BTV fuq il-kampjuni miġbura mhux qabel 14-il jum wara l-introduzzjoni;

(c)

tadatta, jekk ikun hemm bżonn, is-sorveljanza skont il-punt 6 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; u

(d)

l-annimali jikkonformaw ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-introduzzjoni tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk ikunu jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll l-introduzzjoni tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk:

(a)

tkun ivvalutat ir-riskju li tirrappreżenta l-introduzzjoni għall-istat tas-saħħa tal-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji possibbli li tista’ tadotta fil-post ta’ destinazzjoni;

(b)

tipprojbixxi l-moviment ta’ dawn il-prodotti ġerminali lejn Stat Membru ieħor; u

(c)

il-prodotti ġerminali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.

5.   Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi l-annimali jew il-prodotti ġerminali tuża d-derogi previsti fil-paragrafi u 2 jew 4, din għandha:

(a)

tinforma lill-Kummissjoni dwar dan mill-aktar fis possibbli;

(b)

taċċetta annimali jew prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga rilevanti indipendentement mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini tal-annimal jew tal-prodotti ġerminali.

6.   Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi l-annimali jew il-prodotti ġerminali ma tibqax tuża d-derogi previsti fil-paragrafi u 2 jew 4, din għandha tinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 44

Stabbiliment protett mill-vetturi

1.   Fuq talba mill-operatur, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-istat ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi” lil stabbilimenti jew lil faċilitajiet li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness V.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika fil-frekwenza xierqa, iżda tal-anqas fil-bidu, matul u fi tmiem il-perjodu ta’ protezzjoni meħtieġ, l-effettività tal-miżuri mwettqa permezz ta’ nassa għall-vetturi ġewwa l-istabbiliment.

3.   L-awtorità kompetenti għandha minnufih tirtira l-istat ta’ stabbiliment protett mill-vetturi meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jibqgħux irrispettati.

Artikolu 45

Moviment ta’ annimali ġo Stati Membri jew żoni koperti minn programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV

1.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira minn ġot-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk:

(a)

l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V; jew

(b)

il-mezz tat-trasport li fuqu jitgħabbew l-annimali jkun ġie protett minn attakki minn vetturi u l-vjaġġ ma jkunx inkludi l-ħatt tal-annimali għal perjodu itwal minn jum wieħed, jew l-annimali jinħattu għal perjodu itwal minn jum wieħed fi stabbiliment protett mill-vetturi jew matul il-perjodu ħieles minn vetturi.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll il-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira minn ġot-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 43(2) jiġu rrispettati.

KAPITOLU 3

Programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 46

L-istrateġija ta’ kontroll tal-mard għall-eradikazzjoni ta’ mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi

1.   L-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija C tal-annimali akkwatiċi, għandha tibbaża dawk il-programmi fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li, għal kull marda, tinkludi:

(a)

it-tip ta’ rekwiżiti ta’ sorveljanza neċessarji sabiex jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard b’kunsiderazzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2);

(b)

it-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikoli 47 u 51;

(c)

id-durata tal-programm ta’ eradikazzjoni prevista fl-Artikolu 49, inklużi l-miri finali u intermedji tiegħu kif previsti fl-Artikolu 48;

(d)

il-miżuri preventivi u ta’ kontroll speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miżuri kkoordinati fil-fruntiera fuq l-art jew kostali komuni tagħha ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi sabiex tiżgura l-kisba tal-objettivi tal-programmi u s-sostenibbiltà tagħhom.

Meta t-tali koordinazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni, jekk fattibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju effettivi li jinkludu sorveljanza intensifikata.

Artikolu 47

Ambitu territorjali u popolazzjoni tal-annimali

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ambitu tal-programm ta’ eradikazzjoni, inklużi:

(a)

it-territorju kopert; u

(b)

il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u, jekk ikun hemm bżonn, il-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali.

2.   It-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jista’ jkun:

(a)

it-territorju sħiħ tal-Istat Membru;

(b)

żona waħda jew aktar; jew

(c)

il-post ġeografiku tal-istabbilimenti li minnhom huwa magħmul il-kompartiment jew il-kompartimenti.

3.   L-istabbilimenti li jinsabu fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3 l-awtorità kompetenti tista’ teskludi mill-programm ta’ eradikazzjoni l-istabbilimenti tal-akkwakultura li ma jirrappreżentawx riskju sinifikanti għas-suċċess ta’ dak il-programm u li huma eżentati mill-obbligu li japplikaw għall-approvazzjoni.

Artikolu 48

Miri finali u intermedji

1.   L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri finali kwalitattivi u kwantitattivi li jkopru r-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-marda li huma stabbiliti fl-Artikolu 72 għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

2.   Fejn dan ikun teknikament possibbli, l-awtorità kompetenti li timplimenta programm ta’ eradikazzjoni għandha tinkludi wkoll f’dak il-programm miri finali kwalittattivi u kwantitattivi bbażati fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi li jikkostitwixxu theddida għall-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri intermedji annwali jew pluriennali kwalitattivi u kwantitattivi sabiex tirrifletti l-progress li sar fl-ilħiq tal-miri finali. Dawn il-miri intermedji għandhom jinkludu:

(a)

ir-rekwiżiti speċifiċi kollha għall-marda msemmija fil-paragrafu 1 u l-miri previsti fil-paragrafu 2; u

(b)

jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti addizzjonali li mhumiex inklużi fir-rekwiżiti għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-eradikazzjoni.

Artikolu 49

Perjodu tal-applikazzjoni

1.   Il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi elenkat huwa stabbilit fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’:

(a)

il-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;

(b)

il-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(c)

il-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(d)

il-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(e)

il-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(f)

il-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.

2.   Għal mard tal-kategorija C, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ programm ta’ eradikazzjoni m’għandux jaqbeż is-sitt snin mid-data tal-approvazzjoni inizjali tiegħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istati Membri, tista’ testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni għal perjodu ta’ sitt snin addizzjonali.

Taqsima 2

Rekwiżiti għall-programmi ta’ eradikazzjoni

Artikolu 50

Rekwiżiti minimi għal programm ta’ eradikazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-programm ta’ eradikazzjoni għal marda speċifika tal-kategorija B jew C fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment fuq:

(a)

id-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment billi tiżgura l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali mill-ispeċijiet elenkati;

(b)

l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fl-istabbilimenti kollha fejn jiġu identifikati l-każijiet issuspettati u kkonfermati;

(c)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji oħra għat-tnaqqis tar-riskju li l-ispeċijiet elenkati fi stabbiliment jiġu infettati;

(d)

f’ċerti każijiet, it-tilqim, bħala parti mill-programm ta’ eradikazzjoni.

Artikolu 51

Popolazzjoni tal-annimali li għandha tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbilimenti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li teskludi mill-programm ta’ eradikazzjoni, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-istabbilimenti li jżommu biss l-ispeċijiet tal-vetturi msemmija fit-tabella stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.

3.   Fejn teknikament fattibbli, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta t-tali annimali:

(a)

ikunu jirrappreżentaw riskju għall-istat tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

ikunu inklużi minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fil-programm ta’ eradikazzjoni u meta l-inklużjoni tagħhom tkun neċessarja sabiex tinkiseb kopertura epidemjoloġika sodisfaċenti tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment.

Artikolu 52

Miżuri li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti koperti mill-programmi ta’ eradikazzjoni

1.   Sabiex tissorvelja l-progress tal-programmi ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali mill-ispeċijiet elenkati skont:

(a)

l-istat tas-saħħa ta’ kull stabbiliment magħruf fiż-żmien li fih jibda l-programm ta’ eradikazzjoni;

(b)

il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment;

(c)

il-konformità mill-operatur mal-obbligu ta’ notifika lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe suspett jew detezzjoni tal-marda;

(d)

l-issodisfar tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati jekk il-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata;

(e)

ir-reġimi ta’ tilqim li jistgħu japplikaw għall-annimali mill-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment;

(f)

kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti.

2.   L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tibda, iżżomm jew tirtira l-programm ta’ eradikazzjoni skont il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b)

tinforma lill-operaturi tal-istabbilimenti rilevanti dwar l-evoluzzjoni tal-istat tas-saħħa u l-miżuri neċessarji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.

3.   L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 1 sabiex il-programm ta’ eradikazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat sakemm jitwettaq b’suċċess jew jiġi rtirat.

Artikolu 53

Deroga mill-klassifikazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kkonfinati

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 52(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikklassifikax l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kkonfinati, jekk il-popolazzjoni tal-annimali miżmuma f’dawn l-istabbilimenti kkonfinati tkun soġġetta għal miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji u miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard sabiex jiġi żgurat li din ma tkunx tikkostitwixxi riskju ta’ tixrid tal-marda.

Artikolu 54

Tilqim

L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programmi ta’ eradikazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha:

(a)

it-tilqim tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

it-tilqim ta’ popolazzjoni tal-annimali addizzjonali tal-annimali miżmuma;

(c)

it-tilqim ta’ popolazzjoni tal-annimali addizzjonali tal-annimali selvaġġi.

Artikolu 55

Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard

1.   L-awtorità kompetenti, meta tissuspetta każ tal-marda rilevanti fi stabbiliment, għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja.

2.   Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali fl-istabbiliment;

(b)

fejn teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-unitajiet fl-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali ssuspettati;

(c)

tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-istabbiliment sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-fini ta’ skarnar jew ipproċessar immedjat fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew għall-konsum dirett mill-bniedem fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan;

(d)

tipprojbixxi l-moviment ta’ tagħmir, ta’ għalf u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-istabbiliment sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sakemm tiġi eliminata l-preżenza tal-marda jew sakemm din tiġi kkonfermata.

Artikolu 56

Estensjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard

1.   Meta tqis li din tkun neċessarja, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55 għal:

(a)

kwalunkwe stabbiliment li minħabba kundizzjonijiet idrodinamiċi jkollu riskju akbar li tinfirex għandu l-marda mill-istabbiliment issuspettat;

(b)

kwalunkwe stabbiliment li jkollu rabta epidemjoloġika mal-istabbiliment issuspettat.

2.   Jekk il-preżenza tal-marda tkun issuspettata f’annimali akkwatiċi selvaġġi, l-awtorità kompetenti, meta tqis li din tkun neċessarja, għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55 għall-istabbilimenti kkonċernati.

Artikolu 57

Deroga mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ marda

1.   Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 55(2), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;

(b)

l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx kompromess mill-moviment;

(c)

fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali tal-akkwakultura bi stat tas-saħħa ogħla fir-rigward tal-marda rilevanti; u

(d)

l-annimali jinżammu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għal perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti.

2.   Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jekk rilevanti, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1), sa tmiem l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1);

(b)

tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni sa tmiem l-investigazzjoni, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard għal skarnar jew ipproċessar immedjat jew għall-konsum uman dirett, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-deroga:

(a)

japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda;

(b)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha huma ssodisfati; u

(c)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-prodotti sekondonarji tal-annimali kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 mill-annimali akkwatiċi msemmija fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 58

Konferma uffiċjali ta’ ċertu mard u ta’ miżuri ta’ kontroll tal-mard

1.   Jekk jiġi kkonfermat każ, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tiddikjara l-istabbiliment(i) bħala infettat(i);

(b)

terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment(i) infettat(i);

(c)

tistabbilixxi żona ristretta li tkun ta’ daqs xieraq;

(d)

tadotta l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 59 sa 65 fl-istabbiliment(i) infettat(i).

2.   Ir-rekwiżiti minimi li għandhom japplikaw fir-rigward tal-istabbiliment(i) taż-żona ristretta huma stipulati fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:

(a)

il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;

(b)

il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(c)

il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(d)

il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(e)

il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(f)

il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.

3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix żona ristretta:

(a)

meta stabbiliment infettat ma jiskarikax effluwent mhux ittrattat fl-ilmijiet tal-madwar; u

(b)

meta l-miżuri ta’ bijosigurtà li jkunu jeżistu fl-istabbiliment ikunu ta’ standard li jiżgura li l-infezzjoni tkun kontenuta bis-sħiħ fih.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji relatati mal-attivitajiet li ġejjin fiż-żona ristretta:

(a)

il-moviment ta’ dgħajjes barrada minn ġoż-żona ristretta;

(b)

l-attivitajiet tas-sajd;

(c)

attivitajiet oħra li jistgħu jġibu riskju ta’ tixrid tal-marda.

5.   Jekk il-marda tkun ikkonfermata fl-annimali akkwatiċi selvaġġi, l-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tiżviluppa u timplimenta l-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard li jkunu neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati jew għal popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali;

(b)

tapplika sorveljanza intensifikata tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi selvaġġi u fl-istabbilimenti li jkollhom rabta epidemjoloġika diretta mal-każ ikkonfermat;

(c)

tieħu miżuri sabiex teradika l-marda mill-popolazzjoni tal-annimali akkwatiċi selvaġġi rilevanti, fejn fattibbli.

Artikolu 59

Inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fil-każ ta’ konferma ta’ ċertu mard

1.   Meta tiġi kkonfermata l-marda, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tagħmel inkjesta epidemjoloġika;

(b)

tagħmel investigazzjonijiet u tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55(2) fl-istabbilimenti kollha epidemjoloġikament relatati;

(c)

tadatta s-sorveljanza għall-fatturi ta’ riskju identifikati, b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta epidemjoloġika.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis il-ħtieġa li tagħmel investigazzjoni fuq l-annimali selvaġġi fejn l-inkjesta epidemjoloġika ssib rabtiet epidemjoloġiċi bejn l-annimali miżmuma u dawk selvaġġi.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis possibbli:

(a)

lill-operaturi u lill-awtoritajiet rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-każ ikkonfermat; u

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħra li jistgħu jkunu kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment(i) infettat(i).

Artikolu 60

Movimenti lejn u minn stabbiliment infettat u kwalunwke stabbiliment ieħor li jinsab fiż-żona ristretta

1.   F’kull stabbiliment infettat u fi kwalunkwe stabbiliment ieħor li jinsab fiż-żona ristretta, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

meta teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati u kkonfermati;

(b)

tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti mill-istabbiliment(i) sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-iskarnar jew ipproċessar immedjat fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew għall-konsum dirett mill-bniedem fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan;

(c)

tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti fl-istabbiliment(i) sakemm din ma tkunx awtorizzata mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif xieraq;

(d)

tipprojbixxi l-moviment ta’ tagħmir, tal-għalf u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-istabbiliment(i) sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti;

2.   L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għal annimali miżmuma minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali jekk dawn jippreżentaw riskju ta’ tixrid tal-marda.

Artikolu 61

Derogi mir-restrizzjoni tal-moviment tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn stabbilimenti infettati

1.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali akkwatiċi lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha fl-istess żona ristretta dment li:

(a)

jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;

(b)

l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx ipperikolat mill-moviment;

(c)

fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali tal-akkwakultura bi stat tas-saħħa ogħla fir-rigward tal-marda rilevanti;

(d)

l-annimali jinżammu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għal perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti.

2.   Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jekk rilevanti, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1);

(b)

tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard għal skarnar jew ipproċessar immedjat jew għall-konsum dirett mill-bniedem, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan. Fil-każijiet kollha, il-prodotti sekondarji tal-annimali kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 ta’ dak ir-Regolament.

(c)

iżżomm l-istabbiliment ta’ destinazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha sat-tlestija tat-tindif, tad-diżinfezzjoni u tal-mistrieħ sanitarju xieraq tal-istabbiliment.

3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali akkwatiċi għal stabbilimenti infettati oħrajn li ma jkunux qed jimplimentaw programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda speċifika dment li:

(a)

jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;

(b)

l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx ipperikolat mill-moviment; u

(c)

il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

4.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali tal-akkwakultura u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali għal faċilitajiet ta’ skarnar u ta’ pproċessar għajr l-istabbilimenti tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard dment li:

(a)

jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;

(b)

il-faċilità ta’ skarnar u ta’ pproċessar ma tkunx tinsab fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment li qed jimplimentaw programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda speċifika jew li ġew iddikjarati bħala ħielsa mill-marda;

(c)

l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn il-faċilità ta’ skarnar u ta’ pproċessar jew fl-inħawi tagħha ma jkunx ipperikolat mill-moviment;

(d)

il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

5.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali mill-istabbiliment(i) infettat(i) lejn stabbilimenti oħra mingħajr restrizzjonijiet ulrerjuri dment li:

(a)

tkun saret valutazzjoni tar-riskju;

(b)

il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati, fejn ikun hemm bżonn, sabiex jiġi żgurat li l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fit-triq lejn dik id-destinazzjoni ma jiġix kompromess; u

(c)

il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 62

Tneħħija ta’ annimali infettati

1.   Wara l-konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti għandha f’kull stabbiliment infettat tordna, fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, il-miżuri li ġejjin b’rabta mal-annimali akkwatiċi mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti:

(a)

tneħħija tal-annimali mejtin kollha;

(b)

tneħħija u qtil tal-annimali moribondi kollha;

(c)

tneħħija u qtil tal-annimali kollha li juru sintomi tal-marda;

(d)

skarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin, it-tneħħija mill-ilma tal-annimali li jibqgħu fl-istabbiliment(i) wara li jkunu tlestew il-miżuri fil-punti (a) sa (c).

2.   L-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, tista’ tordna l-iskarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin, it-tneħħija mill-ilma ta’:

(a)

kull annimal mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti fl-istabbiliment(i) infettat(i), mingħajr l-ittestjar ta’ dawn l-annimali;

(b)

annimali ssuspettati li jkollhom rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat.

3.   L-iskarnar għall-konsum mill-bniedem jew it-tneħħija mill-ilma tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni uffiċjali fl-istabbiliment(i) infettat(i) bl-ipproċessar sussegwenti fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, kif xieraq.

4.   L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti f’dan l-Artikolu għal annimali tal-akkwakultura minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta jkun neċessarju sabiex tiġi kkontrollata l-marda.

5.   L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil u l-qerda ta’ wħud mill-annimali jew tal-annimali kollha msemmija fil-paragrafu 1 u annimali tal-ispeċijiet mhux elenkati fl-istabbiliment(i) infettat(i) minflok l-iskarnar tagħhom għall-konsum mill-bniedem.

6.   Il-prodotti sekondarji tal-annimali kollha mill-annimali li jiġu skarnati jew jinqatlu f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 63

Tindif u diżinfezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti, għall-istabbilimenti infettati kollha, għandha tordnat t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-istrutturi u tal-komponenti li ġejjin qabel ir-ripopolament:

(a)

l-istabbilimenti, sa fejn dan ikun teknikament possibbli, wara t-tneħħija tal-annimali msemmija fl-Artikolu 62(1) u tal-għalf kollu li seta’ ġie kkontaminat;

(b)

kwalunkwe tagħmir relatat mat-trobbija tal-annimali inkluż, iżda mhux limitat, għat-tagħmir għall-għoti tal-għalf, għat-tqassim skont id-daqs, għat-trattament u għat-tilqim, u d-dgħajjes tax-xogħol;

(c)

kwalunkwe tagħmir relatat mal-produzzjoni inklużi, iżda mhux limitati, għal gaġeġ, għal xbieki, għal kavalletti, għal boroż u għal konzijiet;

(d)

kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat mill-operaturi u mill-viżitaturi;

(e)

il-mezzi kollha tat-trasport inklużi tankijiet u tagħmir ieħor użat sabiex jitmexxew l-annimali infettati jew il-persunal li kien f’kuntatt mal-annimali infettati.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-protokoll għat-tindif u għad-diżinfezzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja t-tindif u d-diżinfezzjoni u m’għandhiex tirrestawra jew terġa’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbilimenti sakemm tqis li t-tindif u d-diżinfezzjoni jkunu tlestew.

Artikolu 64

Mistrieħ sanitarju

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna l-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti infettati kollha. Il-mistrieħ sanitarju għandu jitwettaq wara li jitlesta l-proċess ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni stabbilit fl-Artikolu 63.

2.   Id-durata tal-mistrieħ sanitarju għandha tkun xierqa għall-patoġenu rilevanti u għat-tip ta’ sistema ta’ produzzjoni użat fl-istabbilimenti infettati. Ċerti perjodi ta’ mistrieħ sanitarju huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:

(a)

il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;

(b)

il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir f’HPR;

(c)

il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(d)

il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(e)

il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(f)

il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tordna mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti infettati fi ħdan iż-żona ta’ protezzjoni jew fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda żona ta’ protezzjoni, fi ħdan iż-żona ristretta. Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku jista’ jkun estiż ukoll għal stabbilimenti oħra fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Id-durata tal-mistrieħ sanitarju sinkroniku u l-firxa taż-żona li fiha għandu jsir it-tali mistrieħ sanitarju huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:

(a)

il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;

(b)

il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(c)

il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(d)

il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(e)

il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(f)

il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.

Artikolu 65

Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tal-infezzjoni mill-ġdid

Qabel jew wara t-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti għandha tordna miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proporzjonati sabiex tipprevjeni l-infezzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju rilevanti kif indikati mir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika. Dawn il-miżuri għandhom tal-anqas iqisu:

(a)

il-persistenza tal-aġent tal-marda fl-ambjent jew fl-annimali selvaġġi;

(b)

il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment.

KAPITOLU 4

Stat ta’ ħelsien mill-mard

Taqsima 1

Approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri u ta’ żoni

Artikolu 66

Kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard

L-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata biss lil Stati Membri jew lil żoni tagħhom meta jkunu rrispettati l-kriterji ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

(a)

kriterji ġenerali:

(i)

l-ambitu territorjali jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 13 jew 47 skont il-każ;

(ii)

is-sorveljanza għall-marda tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 3, skont il-każ;

(iii)

l-operaturi jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-miżuri ta’ bijosigurtà kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(iv)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti għall-marda fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma tal-marda jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti għal:

infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, għal infezzjoni bl-MTBC, bl-EBL, bl-IBR/IPV, għall-infezzjoni bl-ADV u bil-BVD fl-Artikoli 21 sa 31;

infezzjoni bir-RABV fl-Artikoli 35 u 36;

infezzjoni bil-BTV fl-Artikoli 41 u 42;

VHS, IHN, infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, infezzjoni bil-Marteilia refringens, infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, infezzjoni bil-Bonamia ostreae u infezzjoni bid-WSSV fl-Artikoli 55 sa 65;

(v)

l-istabbilimenti kienu rreġistrati jew approvati, kif rilevanti għat-tip ta’ stabbiliment;

(vi)

l-identifikazzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u t-traċċabilità tal-prodotti ġerminali ġew żgurati, kif rilevanti għat-tip ta’ annimal;

(vii)

meta jitmexxew, l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew il-prodotti tagħhom kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment fi ħdan l-Unjoni u għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom;

(b)

kriterji speċifiċi għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fuq il-bażi tal-Artikoli 67 sa 71.

Artikolu 67

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-assenza tal-ispeċijiet elenkati

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-assenza tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda huma kif ġejjin:

(a)

il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; u

(b)

l-ispeċijiet elenkati rilevanti għall-marda inkwistjoni huma neqsin mill-popolazzjonijiet tal-annimali miżmuma u selvaġġi.

2.   L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokumentarja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1. L-evidenza dokumentarja għandha turi s-sostenibbiltà tal-istat ta’ ħelsien mill-mard filwaqt li tqis li:

(a)

il-probabbiltà tal-preżenza tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fit-territorju tal-Istat Membru jew ta’ żona tiegħu ġiet ivvalutata u nstabet li kienet negliġibbli; u

(b)

il-probabbiltà tal-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fit-territorju tal-Istat Membru jew ta’ żona tiegħu nstabet li kienet negliġibbli.

Artikolu 68

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda huma kif ġej:

(a)

il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda;

(b)

il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma baqax ħaj;

(c)

intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-aġent tal-marda;

(d)

l-aġent tal-marda huwa espost għal dak il-parametru ambjentali kritiku għal perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jeqirdu.

2.   L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:

(a)

fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja;

(b)

fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika.

Artikolu 69

Stat ta’ ħelsien mill-mard tal-annimali terrestri fuq il-bażi tal-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-vetturi elenkati għall-mard elenkat tal-annimali terrestri

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-vetturi elenkati għal dik il-marda elenkata huma kif ġejjin:

(a)

il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda;

(b)

il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma ġiex trażmess;

(c)

it-trażmissjoni tal-aġent tal-marda hija dipendenti għalkollox fuq il-preżenza ta’ vetturi elenkati u mhuwiex magħruf li sseħħ xi modalità oħra ta’ trażmissjoni naturali;

(d)

il-vetturi elenkati mhumiex naturalment preżenti fl-Istati Membri jew fiż-żoni tiegħu;

(e)

huwa improbabbli li l-introduzzjoni aċċidentali jew intenzjonali tal-vetturi elenkati seħħet fl-imgħoddi jew ser isseħħ fil-ġejjieni;

(f)

intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-vetturi elenkati;

(g)

il-vetturi elenkati huma esposti għal dak il-parametru ambjentali kritiku għal perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jinqerdu.

2.   L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:

(a)

fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja;

(b)

fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika.

Jekk seħħet il-marda, l-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokuemntarja li s-sorveljanza wriet b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ prevalenza tal-marda kienet anqas minn 1 %.

Artikolu 70

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona tiegħu fuq il-bażi tad-data storika u ta’ sorveljanza huma kif ġejjin:

(a)

il-marda qatt ma ġiet irrapportata fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu jew ġiet eradikata fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu u ma ġietx irrapporata għal tal-anqas 25 sena;

(b)

il-marda ġiet irrapportata fl-aħħar 25 sena, ġiet eradikata mill-Istat Membru jew miż-żona tiegħu u r-rekwiżiti speċifiċi tal-marda msemmija fl-Artikolu 72 huma rrispettati.

2.   Stat Membru li jixtieq jikseb l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għat-territorju sħiħ tiegħu jew għal żona tiegħu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun implimenta l-miżuri li ġejjin għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas 10 snin:

(a)

sorveljanza tal-mard tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

prevenzjoni għall-kontroll tal-introduzzjoni tal-aġent tal-marda;

(c)

projbizzjoni fuq it-tilqim kontra l-marda sakemm dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-marda msemmija fl-Artikolu 72;

(d)

sorveljanza għall-marda li tissostanzja l-fatt li l-marda mhijiex magħrufa bħala waħda stabbilita f’annimali selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru jew iż-żona.

3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni, għal perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tista’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-Istati Membri jew liż-żoni fir-rigward ta’:

(a)

l-infezzjoni bir-RABV, jekk kienet notifikabbli skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE u, meta jkun hemm bżonn, il-monitoraġġ kien implimentat skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE (23) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-ebda każ ma ġie rrapportat fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati għall-aħħar sentejn;

(b)

infezzjoni bil-BTV, jekk iż-żoni ristretti kollha tneħħew skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard għandhom japplikaw biss:

(a)

fi Stat Membru ġdid, matul perjodu massimu ta’ sentejn wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni; jew

(b)

għal perjodu massimu ta’ sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jikkategorizzaw għall-ewwel darba l-marda rilevanti bħala marda tal-kategorija B jew C.

5.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux ikun soġġett għall-perjodu massimu ta’ sentejn għall-istati li ġejjin:

(a)

stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.;

(b)

stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim;

6.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 4, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux japplika għall-mard li ġej:

(a)

infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(b)

infezzjoni bl-MTBC;

(c)

EBL;

(d)

IBR/IPV;

(e)

infezzjoni bl-ADV;

(f)

VHS;

(g)

IHN;

(h)

infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(i)

infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(j)

infezzjoni bil-Marteilia refringens.

Artikolu 71

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona fuq il-bażi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni huma kif ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tkun qed tagħmel programm ta’ eradikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew 46; u

(b)

l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-programm ta’ eradikazzjoni u ssottomettiet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħieles mill-mard li turi li r-rekwiżiti speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikolu 72 huma rrispettati.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ annimali akkwatiċi fejn żona tkopri anqas minn 75 % tat-territorju ta’ Stat Membru u ma tkunx maqsuma ma’ Stat Membru ieħor jew ma’ pajjiż terz, stat ta’ ħelsien mill-marda jista’ jinkiseb skont l-Artikolu 83.

Artikolu 72

Rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil Stat Membru jew lil żona huma previsti fi:

(a)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma u fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma;

(b)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC;

(c)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti III tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-EBL;

(d)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV;

(e)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti V tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV;

(f)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-BVD;

(g)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bir-RABV;

(h)

it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV;

(i)

it-Taqsima 1 tal-Parti III tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.;

(j)

it-Taqsima 1 tal-Parti IV tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim;

(k)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS;

(l)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN;

(m)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(n)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(o)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(p)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(q)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV;

Taqsima 2

Approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura

Artikolu 73

Kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura

1.   L-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata biss lil kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura meta jkunu rrispettati l-kriterji ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

(a)

kriterji ġenerali:

(i)

l-ambitu territorjali jikkonforma mal-punt (c) tal-Artikolu 47(2);

(ii)

is-sorveljanza għall-marda tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3(2), 4 u 6 sa 9;

(iii)

l-operaturi jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-miżuri ta’ bijosigurtà kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(iv)

il-konformità mal-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti għall-marda fil-każ ta’ suspett jew konferma;

(v)

l-istabbilimenti li minnhom huwa magħmul il-kompartiment huma approvati;

(vi)

it-traċċabilità tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira ġiet żgurata;

(vii)

meta jitmexxew, l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew il-prodotti tagħhom kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom;

(b)

kriterji speċifiċi għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 74 sa 77.

2.   L-istat ta’ ħelsien mill-mard imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata lil:

(a)

kompartimenti li huma indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar; u

(b)

kompartimenti li huma dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar iżda fejn jeżistu kundizzjonijiet li joħolqu separazzjoni effettiva speċifika għall-marda bejn il-kompartiment u popolazzjonijiet ta’ annimali akkwatiċi oħra li jistgħu jkunu infettati.

3.   Fil-każ tal-kompartimenti dipendenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tivvaluta tal-anqas il-fatturi epidemjoloġiċi li ġejjin:

(i)

il-post ġeografiku ta’ kull stabbiliment fil-kompartiment u n-natura tal-provvista tal-ilma;

(ii)

l-istat tas-saħħa ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn fis-sistema tal-ilma;

(iii)

il-post tal-istabbilimenti msemmija fil-punt (ii) u d-distanza tagħhom mill-kompartiment dipendenti;

(iv)

il-volum tal-produzzjoni tal-istabbilimenti msemmija fil-punt (ii) kif ukoll il-metodu ta’ produzzjoni tagħhom u s-sors tal-annimali tagħhom;

(v)

il-preżenza u l-abbundanza tal-annimali akkwatiċi selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati rilevanti fis-sistema tal-ilma u l-istat tas-saħħa tagħhom;

(vi)

dettalji ta’ jekk l-ispeċijiet imsemmija fil-punt (v) humiex sedentarji jew migratorji;

(vii)

il-possibbiltà li l-annimali akkwatiċi selvaġġi msemmija fil-punt (v) jidħlu fil-kompartiment;

(viii)

il-miżuri ta’ bijosigurtà ġenerali fil-kompartiment;

(ix)

il-kundizzjonijiet idroloġiċi ġenerali fis-sistema tal-ilma;

(b)

tikklassifika l-istabbilimenti kollha fil-kompartiment bħala ta’ riskju għoli, f’konformità mal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness VI;

(c)

timponi kwalunkwe miżura li tinstab li hija neċessarja għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda.

4.   Meta dikjarazzjoni ta’ ħelsien mill-mard għal kompartiment dipendenti tintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 83, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u d-dettalji ta’ kwalunkwe miżura li ddaħħlet fis-seħħ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda fil-kompartiment.

L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe tibdil sussegwenti fil-fatturi epidemjoloġiċi stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u l-miżuri meħuda għall-mitigazzjoni tal-impatt tagħhom.

Artikolu 74

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-assenza tal-ispeċijiet elenkati

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura minħabba l-assenza tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda huma kif ġejjin:

(a)

il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; u

(b)

l-ispeċijiet elenkati rilevanti għall-marda inkwistjoni huma neqsin mill-popolazzjonijiet tal-annimali miżmuma u selvaġġi.

2.   L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokumentarja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1. L-evidenza dokumentarja għandha turi s-sostenibbiltà tal-istat ta’ ħelsien mill-mard filwaqt li tqis li:

(a)

il-probabbiltà tal-preżenza tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fil-kompartiment ġiet ivvalutata u nstabet li kienet negliġibbli; u

(b)

il-probabbiltà tal-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fil-kompartiment instabet li kienet negliġibbli.

Artikolu 75

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda huma kif ġej:

(a)

il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda;

(b)

il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma baqax ħaj;

(c)

intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-aġent tal-marda;

(d)

l-aġent tal-marda huwa espost għal dak il-parametru kritiku matul perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jeqirdu.

2.   L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:

(a)

fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja;

(b)

fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika.

Artikolu 76

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura fuq il-bażi tad-data storika u ta’ sorveljanza huma kif ġejjin:

(a)

il-marda qatt ma ġiet irrapportata fil-kompartiment jew ġiet eradikata fil-kompartiment u ma ġietx irrapporata għal tal-anqas 25 sena;

(b)

il-marda ġiet irrapportata fl-aħħar 25 sena, ġiet eradikata mill-kompartiment u r-rekwiżiti speċifiċi tal-marda msemmija fl-Artikolu 78 huma rrispettati.

2.   Stat Membru li jixtieq jikseb l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartiment fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun implimenta l-miżuri li ġejjin għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas 10 snin:

(a)

sorveljanza tal-mard tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

prevenzjoni għall-kontroll tal-introduzzjoni tal-aġent tal-marda;

(c)

projbizzjoni fuq it-tilqim kontra l-marda sakemm dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-marda msemmija fl-Artikolu 78;

(d)

sorveljanza għall-marda li tissostanzja l-fatt li l-marda mhijiex magħrufa bħala waħda stabbilita f’annimali selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati fi ħdan il-kompartiment.

3.   Il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss:

(a)

fi Stat Membru ġdid, matul perjodu massimu ta’ sentejn wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni; jew

(b)

għal perjodu massimu ta’ sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jikkategorizzaw għall-ewwel darba l-marda rilevanti bħala marda tal-kategorija B jew C.

4.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux japplika għall-mard li ġej:

(a)

VHS;

(b)

IHN;

(c)

infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(d)

infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(e)

infezzjoni bil-Marteilia refringens.

Artikolu 77

Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni

1.   Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura fuq il-bażi tal-programmi ta’ eradikazzjoni huma:

(a)

l-awtorità kompetenti tkun qed tagħmel programm ta’ eradikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 46; u

(b)

l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-programm ta’ eradikazzjoni u ssottomettiet lill-Kummissjoni r-rapport finali li juri li r-rekwiżiti speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikolu 78 huma rrispettati.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn kompartiment ikun ikopri anqas minn 75 % mit-territorju ta’ Stat Membru u l-magħqad tal-ilma li jforni l-kompartiment ma jkunx maqsum ma’ Stat Membru jew ma’ pajjiż terz ieħor, stat ta’ ħelsien mill-marda jista’ jinkiseb skont l-Artikolu 83.

Artikolu 78

Rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura huma pprovduti fi:

(a)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS;

(b)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN;

(c)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(d)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(e)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(f)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(g)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV;

Artikolu 79

Rekwiżiti speċifiċi għal kompartimenti li huma indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar

1.   Minbarra l-kriterji ġenerali għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura kif stipulat fl-Artikolu 73(1), kompartiment li jinkludi stabbiliment individwali wieħed jew aktar fejn l-istat tas-saħħa rigward marda speċifika jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar, jista’ jikseb stat ta’ ħelsien mill-mard jekk jikkonforma mal-paragrafi 2 sa 6.

2.   Kompartiment indipendenti jista’ jinkludi fih:

(a)

stabbiliment individwali li jitqies bħala unità epidemjoloġika waħda, minħabba li dan mhuwiex influwenzat mill-istat tas-saħħa tal-annimali tal-ilmijiet naturali ta’ madwaru; jew

(b)

aktar minn stabbiliment wieħed fejn kull stabbiliment fil-kompartiment ikun konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 sa 6 iżda minħabba movimenti estensivi tal-annimali bejn l-istabbilimenti, jitqiesu bħala unità epidemjoloġika waħda, dment li l-istabbilimenti kollha jkunu joperaw sistema komuni ta’ bijosigurtà.

3.   Kompartiment indipendenti għandu jkun fornit bl-ilma:

(a)

permezz ta’ impjant tat-trattament tal-ilma li jinattiva l-aġent tal-marda rilevanti; jew

(b)

direttament minn bir, minn spiera jew minn nixxiegħa.

Meta t-tali provvista tal-ilma tkun toriġina minn sors barra mill-istabbiliment, l-ilma għandu jkun fornit direttament lill-istabbiliment, u jitwassal fl-istabbiliment b’mezzi li jagħtu protezzjoni xierqa mill-infezzjoni.

4.   Għandu jkun hemm barrieri naturali jew artifiċjali li ma jħallux lill-annimali akkwatiċi jidħlu f’kull stabbiliment fil-kompartiment mill-ilmijiet naturali tal-madwar.

5.   Il-kompartiment għandu, fejn ikun jixraq, jitħares mill-għargħar u mill-infiltrazzjoni tal-ilma mill-ilmijiet naturali tal-madwar.

6.   Il-kompartiment għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi għall-mard imsemmija fl-Artikolu 78.

Artikolu 80

Dispożizzjonijiet speċjali għall-kompartimenti li jinkludu stabbilimenti individwali li jibdew jew jerġgħu jibdew attivitajiet tal-akkwakultura u fejn l-istat tas-saħħa rigward marda speċifika jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar

1.   Stabbiliment ġdid li jkun se jibda attivitajiet tal-akkwakultura jitqies li huwa ħieles mill-mard meta:

(a)

ikun konformi mal-punt (a) tal-paragrafu 2 u mal-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 79; u

(b)

jibda attivitajiet tal-akkwakultura b’annimali tal-akkwakultura minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment ħielsa mill-mard.

2.   Stabbiliment li jerġa’ jibda attivitajiet tal-akkwakultura wara waqfa u jikkonforma mal-paragrafu 1 jitqies li huwa ħieles mill-mard mingħajr is-sorveljanza msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) dment li:

(a)

l-istorja tas-saħħa tal-istabbiliment hija magħrufa mill-awtorità kompetenti u ma kien hemm l-ebda konferma fl-istabbiliment ta’ marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C;

(b)

l-istabbiliment ikun imnaddaf, iddiżinfettat u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju, jekk ikun meħtieġ, qabel ir-ripopolament.

3.   Stabbiliment li jerġa’ jibda bl-attivitajiet tiegħu wara l-konferma ta’ marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C jitqies li jkun ħieles mill-marda kkonfermanta, dment li:

(a)

kampjun rappreżentattiv tal-annimali li ġew ripopolati fl-istabbiliment minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment ħieles mill-mard wara t-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju jiġi ttestjat għall-marda relevanti mhux qabel 3 xhur u mhux wara 12-il xahar mindu jkun ġie espost għal kundizzjonijiet li jinkludu t-temperatura tal-ilma, li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda;

(b)

jintużaw il-kampjunar u t-testijiet dijanjostiċi stipulati fil-Kapitolu rilevanti tal-Parti II tal-Anness VI u l-kampjuni jittieħdu min-numru ta’ annimali li jiżguraw id-detezzjoni tal-marda rilevanti b’fiduċja ta’ 95 % jekk il-prevalenza fil-mira tkun ta’ 2 %;

(c)

ir-riżultati tal-ittestjar deskritt fil-punt (b) ikunu negattivi.

Taqsima 3

Żamma, sospensjoni u rtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard

Artikolu 81

Kriterji speċifiċi dwar is-sorveljanza u l-miżuri ta’ bijosigurtà għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard

1.   L-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom jistgħu jżommu stat ta’ ħelsien mill-mard biss jekk, minbarra l-kriterji stipulati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, dawn ikunu konformi ma’ dawn li ġejjin:

(a)

it-twettiq ta’ attivitajiet suffiċjenti ta’ sorveljanza sabiex tkun tista’ ssir id-detezzjoni bikrija tal-marda u jintwera l-istat ta’ ħelsien mill-mard;

(b)

il-miżuri ta’ bijosigurtà ordnati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tar-riskji identifikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda;

(c)

ir-regoli operazzjonali kif imsemmija fil-punti (a)(v), a(vi) u a(vii) tal-Artikolu 66 jew il-punti (a)(v), a(vi) u a(vii) tal-Artikolu 73(1).

2.   Fil-każ ta’ annimali akkwatiċi, meta Stat Membru jkun iddikjarat bħala ħieles minn waħda jew aktar mill-mard elenkat, dan ikun jista’ jwaqqaf is-sorveljanza mmirata kif imsemmija fil-punti (k) sa (q) tal-paragrafu 3 u jżomm l-istat ta’ ħelsien mill-mard tiegħu dment li r-riskju ta’ introduzzjoni tal-marda rilevanti jkun ġie vvalutat u jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda inkwistjoni.

F’żoni jew kompartimenti ħielsa mill-mard fl-Istati Membri li ma jkunux iddikjarati bħala ħielsa mill-mard, jew fil-każijiet kollha fejn ma jkunux jeżistu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda inkwistjoni, is-sorveljanza mmirata għandha titkompla kif imsemmi fil-punti (k) sa (q) tal-paragrafu 3.

3.   Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-mard fir-rigward tas-sorveljanza u tal-miżuri ta’ bijosigurtà huma pprovduti fi:

(a)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jew fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma;

(b)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC;

(c)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti III tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-EBL;

(d)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV;

(e)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti V tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV;

(f)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-BVD;

(g)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bir-RABV;

(h)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV;

(i)

it-Taqsima 2 tal-Parti III tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.;

(j)

it-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim;

(k)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS;

(l)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN;

(m)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(n)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(o)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(p)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(q)

it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV;

Artikolu 82

Sospensjoni, irtirar u restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard

1.   Jekk il-marda ġiet ikkonfermata u, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu ma jkunux issodisfati, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tapplika mingħajr dewmien il-miżuri rilevanti ta’ kontroll tal-mard;

(b)

tagħmel sorveljanza speċifika sabiex tivvaluta l-firxa tat-tifqigħa;

(c)

tordna kwalunkwe miżura neċessarja ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

2.   Jekk il-marda ma ġietx ikkonfermata, iżda jkun seħħ ksur ta’ waħda mill-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri korrettivi xierqa u tivvaluta r-riskju li s-sitwazzjoni tas-saħħa nbidlet.

3.   Fejn ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti, bħala miżura tranżizzjonali, tista’ tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu minflok ma l-Kummissjoni tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard. Matul is-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tadotta l-miżuri neċessarji kollha ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll sabiex timmaniġġja s-sitwazzjoni;

(b)

tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri adottati; u

(c)

tinforma b’mod regolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tar-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, dwar l-estensjoni tas-sospensjoni tagħha jew dwar l-irtirar tagħha mill-Kummissjoni.

4.   Soġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tirrestawra l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu billi tneħħi s-sospensjoni.

Taqsima 4

Derogi mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni

Artikolu 83

Derogi mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni għal ċerti stati ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-annimali akkwatiċi

1.   Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti għall-kisba ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard, stabbiliti fl-Artikoli 36(4) u 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, għal mard tal-annimali akkwatiċi ta’ żoni jew ta’ kompartimenti, it-tali approvazzjoni għal żoni jew għal kompartimenti li jkopru anqas minn 75 % tat-territorju ta’ Stat Membru, u fejn il-magħqad tal-ilma li jforni ż-żona jew il-kompartiment ma jkunx maqsum ma’ Stat Membru ieħor jew ma’ pajjiż terz, tista’ tinkiseb skont il-proċedura li ġejja:

(a)

Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni proviżorja ta’ ħelsien għaż-żona jew għall-kompartiment li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-istat ta’ ħelsien mill-mard kif stipulat f’dan ir-Regolament;

(b)

din id-dikjarazzjoni proviżorja tiġi ppubblikata elettronikament mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu avżati dwar il-pubblikazzjoni;

(c)

60 jum wara l-pubblikazzjoni, id-dikjarazzjoni proviżorja għandha tidħol fis-seħħ u ż-żona jew il-kompartiment imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiksbu l-istat ta’ ħelsien mill-mard.

2.   Fi ħdan il-perjodu ta’ 60 jum imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jfittxu kjarifika jew informazzjoni addizzjonali b’rabta mal-evidenza ta’ sostenn ipprovduta mill-Istat Membru li jagħmel id-dikjarazzjoni proviżorja.

3.   Meta jsiru kummenti bil-miktub minn tal-anqas Stat Membru wieħed, jew mill-Kummissjoni, fi ħdan il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 li jindikaw tħassib relatat mal-evidenza li ssostni d-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni, l-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni u, fejn rilevanti, l-Istat Membru li jkun fittex kjarifika jew informazzjoni addizzjonali, flimkien għandhom jeżaminaw l-evidenza sottomessa sabiex isibu soluzzjoni għat-tħassib.

F’każijiet bħal dawn, il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jiġi estiż b’mod awtomatiku għal 60 jum mid-data li fiha jitqajjem l-ewwel tħassib. M’għandux ikun hemm estensjoni ulterjuri ta’ dan il-perjodu

4.   Meta l-proċess imsemmi fil-paragrafu 3 ma jirnexxix, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 36(4) u 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429.

PARTI III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 84

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-istat ta’ ħelsien mill-mard eżistenti

1.   L-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi stat ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont dan ir-Regolament għall-istati li ġejjin:

(a)

ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, bil-B.suis:

(i)

f’popolazzjonijiet tal-annimali bovini fejn l-istat ta’ ħelsien mill-bruċellożi jkun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(ii)

f’popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-bruċellożi (ħieles mill-B. melitensis) ikun ingħata skont id-Direttiva 91/68/KEE;

(b)

ħieles mill-infezzjoni bl-MTBC, fejn l-istat ta’ ħelsien mit-tuberkulożi jkun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(c)

ħieles mill-EBL, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(d)

ħieles mill-IBR/IPV, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IBR ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(e)

ħieles mill-infezzjoni bl-ADV, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-marda ta’ Aujeszky ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(f)

ħieles mill-infestazzjoni bil-Varroa spp., meta l-istat ta’ ħelsien mill-varroasis ikun ingħata skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (24);

(g)

ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim meta l-istat għall-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim ikun ingħata skont id-Direttiva 2009/158/KE;

(h)

ħieles mill-VHS, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-VHS ikun ingħata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (25);

(i)

ħieles mill-IHN, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IHN ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(j)

ħieles mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(k)

ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(l)

ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(m)

ħieles mill-infezzjoni bid-WSSV, fejn l-istat ta’ ħelsien mis-sindrome tal-ponot bojod ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE.

2.   Il-kompartimenti fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont dan ir-Regolament għall-istati li ġejjin:

(a)

ħielsa minn influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, meta l-kompartiment ikun approvat fir-rigward tal-influwenza tat-tjur skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 (26);

(b)

ħieles mill-VHS, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-VHS ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(c)

ħieles mill-IHN, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IHN ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(d)

ħieles mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(e)

ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(f)

ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(g)

ħieles mill-infezzjoni bid-WSSV, fejn l-istat ta’ ħelsien mis-sindrome tal-ponot bojod ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE.

3.   L-Istati Membri meqjusa li għandhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ żamma tal-istat jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 85

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward il-programmi eżistenti ta’ eradikazzjoni jew ta’ sorveljanza

1.   L-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi programm approvat ta’ eradikazzjoni jew bi programm approvat ta’ sorveljanza qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont dan ir-Regolament għall-mard li ġej għal perjodu ta’ sitt snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)

IBR/IPV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tal-IBR/IPV ikun ġie approvat skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(b)

infezzjoni bl-ADV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ikun ġie approvat skont id-Direttiva 64/432/KEE;

(c)

VHS, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-VHS ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(d)

IHN, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-IHN ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(e)

l-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(f)

l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(g)

l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(h)

infezzjoni bid-WSSV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tas-sindrome tal-ponot bojod ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

2.   Il-kompartimenti fl-Istati Membri bi programm approvat ta’ eradikazzjoni jew bi programm approvat ta’ sorveljanza qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont dan ir-Regolament għall-mard li ġej għal perjodu ta’ sitt snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)

VHS, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-VHS ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(b)

IHN, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-IHN ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(c)

l-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(d)

l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(e)

l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

(f)

infezzjoni bid-WSSV, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tas-sindrome tal-ponot bojod ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;

3.   L-Istati Membri meqjusa li għandhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiżguraw li l-miżuri fil-programm jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għall-programmi ta’ eradikazzjoni f’dan ir-Regolament.

Artikolu 86

Tħassir

L-atti li ġejjin huma mħassra mill-21 ta’ April 2021.

Id-Deċiżjoni 2000/428/KE;

Id-Deċiżjoni 2002/106/KE;

Id-Deċiżjoni 2003/422/KE;

Id-Deċiżjoni 2006/437/KE;

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007;

Id-Deċiżjoni 2008/896/KE;

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/1554.

Ir-referenzi għal dawk l-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 87

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (OJ Nru 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jiggvernaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629 tal-25 ta’ Lulju 2018 li jemenda l-lista ta’ mard stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 11).

(8)  Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, 2018.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).

(10)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2006) 311, Opinjoni dwar id-“Definition of a BoHV-1-free animal and a BoHV-1-free holding, and the procedures to verify and maintain this stat”.

(11)  Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74).

(12)  EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2017. Scientific opinion on bluetongue: control, surveillance and safe movement of animals. EFSA Journal 2017; 15(3):4698, 126

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE tal-4 ta’ Lulju 2000 li tistabbilixxi l-proċeduri dijanjostiċi, il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-kriterji sabiex jiġu vvalutati r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju għalbiex tiġi kkonfermata u ddijanjożata b’mod differenzali l-marda vesikulari tal-ħnieżer (ĠU L 167, tas-7.7.2000, p. 22).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta’ Frar 2002 li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 approvazzjoni ta’ manwal għad-dijanjożi ta’ African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 238, 27.10.2007, p. 37).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar linji-gwida għall-għan tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 30).

(20)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 tal-11 ta’ Settembru 2015 li tistipola regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodi dijanjostiċi u ta’ sorveljanza (ĠU L 247, 23.9.2015, p. 1).

(21)  http://www.oie.int/en/standard-setting/terrestrial-manual/access-online/

(22)  http://www.oie.int/en/standard-setting/aquatic-manual/access-online/

(23)  Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31)

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16).


ANNESS I

DEFINIZZJONI TAL-KAŻIJIET SPEĊIFIĊI TAL-MARD TAL-ANNIMALI TERRESTRI

Taqsima 1

Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI)

1.

Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ HPAI mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1).

2.

Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ HPAI mill-awtorità kompetenti meta:

(a)

l-aġent tal-marda responsabbli għall-HPAI, esklużi r-razez tal-vaċċini, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;

(b)

aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda għall-HPAI, li mhuwiex konsegwenza tat-tilqim, ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew

(c)

ikun inkiseb riżultat pożittiv għal metodu dijanjostiku indirett, li ma jkunx konsegwenza tat-tilqim, f’kampjun minn annimal miżmum jew minn grupp ta’ annimali miżmuma li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.

3.

Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda responsabbli għall-HPAI għandu jkun jew

(a)

virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 jew kwalunkwe virus tal-influwenza A b’indiċi ta’ patoġeniċità intravenuża (IVPI) ta’ aktar minn 1,2; jew

(b)

virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 b’sekwenza ta’ aminoaċidi bażiċi multipli preżenti fis-sit tal-qsim tal-molekola emagglutinina (HA0) li tkun simili għal dik osservata għal iżolati oħra tal-HPAI.

Taqsima 2

Infezzjoni bil-viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV)

1.

Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-LPAIV mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1).

2.

Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-LPAIV mill-awtorità kompetenti meta:

(a)

l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-LPAIV, esklużi r-razez tal-vaċċini, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;

(b)

aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda għall-infezzjoni bl-LPAIV, li mhuwiex konsegwenza tat-tilqim, ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew

(c)

ikun inkiseb riżultat pożittiv għal metodu dijanjostiku indirett, li ma jkunx konsegwenza tat-tilqim, f’kampjun minn annimal miżmum jew minn grupp ta’ annimali miżmuma li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.

3.

Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda tal-infezzjoni bl-LPAIV irid ikun kwalunkwe virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 li ma jkunux viruses tal-HPAI.

Taqsima 3

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV)

1.

Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-NDV mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1).

2.

Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-NDV mill-awtorità kompetenti meta:

(a)

l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-NDV, esklużi r-razez tal-vaċċini, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;

(b)

aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda għall-infezzjoni bl-NDV, li mhuwiex konsegwenza tat-tilqim, ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew

(c)

ikun inkiseb riżultat pożittiv għal metodu dijanjostiku indirett, li ma jkunx konsegwenza tat-tilqim, f’kampjun minn annimal miżmum jew minn grupp ta’ annimali miżmuma li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.

3.

Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-NDV irid ikun kwalunkwe paramissovirus tat-tjur tat-tip 1 (APMV-1) (Avulavirus tat-tjur tat-tip 1) li jew:

(a)

ikollu indiċi ta’ patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) ta’ 0,7 jew aktar; jew

(b)

jippreżenta amminoaċidi bażiċi multipli fit-terminus C tal-proteina F2 u fenilalanina fir-residwu 117, li huwa t-terminus N tal-proteina F1. It-terminu “amminoaċidi bażiċi multipli” jirreferi għal tal-anqas tliet residwi tal-arġinina jew tal-liżina bejn ir-residwi 113 u 116. Nuqqas ta’ wiri tax-xejra karatteristika tar-residwi tal-amminoaċidi kif deskritt hawn fuq ikun jirrikjedi li ssir karatterizzazzjoni tal-virus iżolat permezz ta’ test ICPI. F’din id-definizzjoni, ir-residwi tal-amminoaċidi huma enumerati mit-terminus N tas-sekwenza tal-amminoaċidi dedotta mis-sekwenza nukleotida tal-ġene F0 (113-116 jikkorrispondu għar-residwi –4 sa –1 mis-sit tal-qsim).


ANNESS II

PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-UNJONI

PARTI I

SORVELJANZA TAL-INFLUWENZA TAT-TJUR FIL-POLLAM U FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI

Taqsima 1

Approċċ ġenerali u rekwiżiti

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TERRITORJALI

Is-sorveljanza fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi trid tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha.

2.   PERJODU TA’ APPLIKAZZJONI

Sar-revoka.

3.   APPROĊĊ ĠENERALI

Is-sistema ta’ sorveljanza trid tindirizza l-objettivi previsti fit-Taqsima 2 u trid tinbena fuq approċċ komprensiv li jinkludi komponenti differenti tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li jikkomplimentaw lil xulxin fil-popolazzjonijiet tal-pollam u tal-għasafar selvaġġi:

Sistemi ta’ detezzjoni bikrija kif previsti fit-Taqsimiet 3 u 4;

Sorveljanza bbażata fuq ir-riskji kif prevista fit-Taqsimiet 5 u 6.

Taqsima 2

Objettivi għas-sorveljanza fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi

1.

Detezzjoni bikrija tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam.

2.

Detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi li tipprovdi għal:

(a)

twissija bikrija għall-introduzzjoni possibbli tal-HPAI fil-pollam, b’mod partikolari meta l-viruses jidħlu fl-Unjoni permezz tal-movimenti tal-passa tal-għasafar selvaġġi;

(b)

informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskji għat-tixrid tal-virus wara s-sejbiet tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi.

3.

Id-detezzjoni tal-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti.

4.

Id-detezzjoni ta’ viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV) li jiċċirkolaw u li jistgħu jinfirxu faċilment bejn il-qatgħat ta’ pollam b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti tal-pollam fid-dawl tal-potenzjal ta’ mutazzjoni tagħhom għall-HPAI bl-għan li:

(a)

jiġu identifikati r-raggruppamenti tal-infezzjoni bl-LPAIV; u

(b)

jiġi ssorveljat ir-riskju ta’ tixrid tal-LPAIV mill-movimenti tal-pollam u mill-fomiti f’ċerti sistemi ta’ produzzjoni f’riskju.

5.

Kontribuzzjoni għal għarfien akbar dwar l-HPAI u l-LPAIV li jirrappreżentaw riskju żoonotiku potenzjali.

Taqsima 3

Detezzjoni bikrija tal-HPAI fil-pollam

1.

Is-sistemi ta’ detezzjoni bikrija għall-HPAI fil-pollam iridu jkunu parti mir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u jridu jkunu implimentati fis-settur tal-pollam sħiħ.

2.

Is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 tal-anqas trid tinkludi d-detezzjoni bikrija u l-investigazzjoni fl-istabbilimenti li jinsabu f’żona identifikata bħala li tinsab f’riskju akbar għall-introduzzjoni u għat-tixrid tal-HPAI, ta’:

(a)

kwalunwke tibdil fil-parametri normali tal-produzzjoni u tas-saħħa bħar-rata ta’ mortalità, it-teħid tal-għalf u tal-ilma u l-produzzjoni tal-bajd; u

(b)

kwalunkwe sinjal kliniku jew leżjoni post-mortem li jissuġġerixxu HPAI.

3.

L-ittestjar regolari tal-kampjuni miġbura minn pollam mejjet u marid fi stabbilimenti li jinsabu f’żona identifikata bħala waħda f’riskju akbar għall-introduzzjoni u għat-tixrid tal-HPAI jista’ jkun rilevanti wkoll meta jiġi identifikat riskju akbar fil-livell nazzjonali, tal-UE jew reġjonali minħabba tifqigħat tal-HPAI fil-pollam u/jew fl-għasafar selvaġġi.

Taqsima 4

Detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi

1.

Id-detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi trid tkun ibbażata fuq il-kampjunar u l-ittestjar tal-għasafar li:

(a)

instabu mejta;

(b)

instabu midruba jew morda;

(c)

ġew ikkaċċjati b’sinjali kliniċi.

Din is-sorveljanza jaf ikollha bżonn tiżdied, meta l-HPAI tkun ġiet identifikata f’għasafar selvaġġi, b’sistemi ta’ monitoraġġ li jużaw pattulji organizzati għad-detezzjoni u għall-ġbir ta’ għasafar mejtin u morda.

2.

It-tfassil ta’ din is-sorveljanza jrid ikun ibbażat fuq ir-riskju, b’kunsiderazzjoni tal-anqas tal-informazzjoni rilevanti dwar l-ornitoloġija, il-viroloġija, l-epidemjoloġija u l-kwistjonijiet ambjentali.

3.

Is-sorveljanza trid tapplika għal għasafar mill-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira, kif previst fit-Taqsima 8. Madankollu, l-episodji ssuspettati kollha ta’ mortalità fl-għasafar selvaġġi jridu jkunu investigati sabiex tiġi eskluża l-HPAI.

Minbarra l-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi fil-mira, speċijiet addizzjonali ta’ għasafar selvaġġi jistgħu jkunu inklużi wkoll meta tkun ġiet ivvalutata r-rilevanza epidemjoloġika speċifika tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

4.

Barra minn hekk, is-sorveljanza tista’ tinkludi, f’postijiet ta’ prijorità u f’siti ewlenin b’mod partikolari f’dawk fejn l-għasafar tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira jkunu deħlin fl-Unjoni matul il-movimenti tal-passa tagħhom, tal-anqas mir-rotot tal-Grigal u tal-Lvant, il-kampjunar u l-ittestjar ta’:

(a)

għasafar minsuba;

(b)

għasafar f’saħħithom ikkaċċjati;

(c)

għasafar sentinelli.

5.

Sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni miksuba minn investigazzjonijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-kuntest ta’ tifqigħat tal-HPAI f’għasafar miżmuma jridu jkunu inklużi fir-riżultati tas-sorveljanza tal-HPAI f’għasafar selvaġġi.

Taqsima 5

Sorveljanza komplementari bbażata fuq ir-riskji għall-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti

1.

Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji għall-infezzjoni bl-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam li jżommu papri, wiżż, pollam li jappartjeni għall-ispeċi ta’ Anseriformes għall-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa jew ta’ summien li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ trid tieħu f’kunsiderazzjoni tal-anqas il-fatturi ta’ riskju li ġejjin:

(a)

is-sitwazzjoni epidemjoloġika storika u kurrenti tal-marda u l-evoluzzjoni tagħha maż-żmien fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi;

(b)

il-qrubija tal-istabbilimenti għall-korpi tal-ilma u għal postijiet oħra fejn l-għasafar tal-passa, b’mod partikolari l-għasafar tal-ilma, jistgħu jinġabru f’numri akbar jew ikollhom il-postijiet ta’ mistrieħ tagħhom matul il-movimenti tagħhom fl-Unjoni u meta jgħaddu mill-Unjoni;

(c)

il-perjodu ta’ movimenti akbar tal-għasafar selvaġġi tal-passa tal-ispeċijiet fil-mira għal ġo l-Unjoni u mill-Unjoni;

(d)

l-istruttura tas-sistema ta’ trobbija tal-pollam inkluż is-settur usa’involut fis-sistemi ta’ produzzjoni differenti;

(e)

il-post ġeografiku tal-istabbilimenti f’żona b’densità għolja ta’ pollam;

(f)

il-prattiki ta’ bijosigurtà fl-istabbilimenti;

(g)

it-tip u l-frekwenza tal-movimenti tal-pollam, tal-prodotti u tal-vetturi li jittrasportaw il-pollam u x-xejriet tal-kummerċ; u

(h)

il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-pariri xjentifiċi relatati mar-rilevanza tat-tixrid tal-HPAI mill-għasafar selvaġġi.

2.

Fuq il-bażi tal-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi, fatturi ta’ riskju addizzjonali li mhumiex fost dawk elenkati fil-punti (a) sa (h) tal-punt 1 jistgħu jkunu inklużi u fatturi li mhumiex rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru jistgħu jitħallew barra.

Taqsima 6

Ssorveljanza bbażata fuq ir-riskji sabiex jiġu identifikati r-raggruppamenti ta’ stabbilimenti infettati bl-LPAIV u b’tixrid kontinwu ta’ LPAIV

1.

Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni ta’ viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV) li jiċċirkolaw u li faċilment jistgħu jinfirxu bejn il-qatgħat tal-pollam b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti tal-pollam, kif imsemmi fil-punt 4 tat-Taqsima 2, trid tkun tapplika għal stabbilimenti tal-pollam li għalihom l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li r-raggruppamenti tal-infezzjoni bl-LPAIV ikunu seħħew ripetutament fl-imgħoddi jew jitqiesu aktar probabbli li jseħħu.

2.

It-tali raggruppamenti huma kkaratterizzati mill-infezzjoni bl-LPAIV ta’ gruppi ta’ stabbilimenti relatati fiż-żmien u fil-qrubija ġeografika.

3.

Il-valutazzjoni għall-għażla tal-istabbilimenti għas-sorveljanza mmirata trid tqis ir-riskju għat-trażmissjoni laterali tal-virus minħabba l-istruttura u l-kumplessità tas-sistema ta’ produzzjoni u l-konnessjonijiet funzjonali bejn l-istabbilimenti, b’mod partikolari meta joperaw f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti.

4.

Minbarra l-kriterji tal-għażla għas-sorveljanza mmirata ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt 3, il-fatturi ta’ riskju li ġejjin iridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni fil-livell tal-istabbilimenti:

(a)

l-ispeċijiet miżmuma;

(b)

iċ-ċiklu u d-durata tal-produzzjoni;

(c)

il-preżenza ta’ diversi speċijiet ta’ pollam;

(d)

il-preżenza ta’ qatgħat ta’ pollam b’etajiet li jvarjaw;

(e)

il-preżenza ta’ pollam b’ħajja twila;

(f)

il-prattika tal-prinċipju “kollha ġewwa, kollha barra”;

(g)

it-tul tal-perjodu ta’ stennija bejn il-lottijiet; u

(h)

il-prattiki ta’ bijosigurtà u l-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni.

Taqsima 7

Popolazzjonijiet ta’ pollam fil-mira

1.

Sistemi ta’ detezzjoni bikrija għall-infezzjoni bl-HPAI msemmija fit-Taqsima 3 iridu japplikaw għall-popolazzjonijiet kollha tal-pollam.

2.

Is-sorveljanza komplimentari għall-infezzjoni bl-HPAI msemmija fit-Taqsima 5 fl-ispeċijiet ta’ pollam li ġeneralment ma jurux sinjali sinifikanti meta jkunu infettati bl-HPAI trid tapplika għal:

(a)

papri għat-tnissil

(b)

wiżż għat-tnissil;

(c)

papri tas-simna;

(d)

wiżż tas-simna;

(e)

summien;

(f)

pollam ta’ speċijiet li jappartjenu għall-Anseriformes għall-provvisti tal-kaċċa li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ.

3.

Minbarra l-ispeċijiet u l-kategoriji elenkati fil-punt 2, l-immirar tal-kampjunar u tal-ittestjar għall-infezzjoni bl-LPAIV imsemmija fit-Taqsima 6 jista’ jkun japplika għall-ispeċijiet ta’ pollam u għall-kategoriji ta’ produzzjoni li ġejjin:

(a)

tiġieġ tal-bajd inkluż dak imrobbi barra;

(b)

dundjani għat-tnissil;

(c)

dundjani tas-simna;

(d)

il-pollam ta’ speċijiet li jappartjenu għall-Galliformes għall-provvisti tal-kaċċa li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ.

Taqsima 8

Popolazzjonijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira

Speċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira, b’mod partikolari għasafar tal-ilma tal-passa wrew li jinsabu f’riskju akbar li jsiru infettati bl-HPAI u li jittrażmettuha.

Il-lista ta’ “speċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira” kkompilata u aġġornata fid-dawl tal-aktar għarfien riċenti hija disponibbli fuq is-sit web tal-EURL.

Taqsima 9

Metodi ta’ kampjunar u ta’ ttestjar fil-laboratorju

1.

In-numru ta’ stabbilimenti tal-pollam li jridu jiddaħħlu fil-kampjun u n-numru ta’ pollam li jrid jiġi ttestjat għal kull stabbiliment u, kif xieraq, mill-unità epidemjoloġika (eż. qatgħa tal-pollam, barrakka, eċċ.) fl-istabbiliment ikkonċernat iridu jkunu bbażati fuq metodu ta’ kampjunar statistikament validu. Dan il-metodu jista’ jkun dak użat għall-kampjunar rappreżentattiv; jiġifieri prevalenza stmata li trid tiġi identifikata skont livell predefinit ta’ fiduċja ddeterminat mill-awtorità kompetenti.

2.

Frekwenza u perjodu għall-ittestjar:

(a)

il-frekwenza għall-kampjunar u għall-ittestjar tal-istabbilimenti tal-pollam trid tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-eżitu ta’ valutazzjoni tar-riskju mill-awtorità kompetenti;

(b)

il-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar irid ikun jikkoinċidi mal-produzzjoni staġjunali għal kull kategorija ta’ produzzjoni, iżda ma jistax jikkomprometti l-approċċ ta’ sorveljanza bbażat fuq ir-riskju;

(c)

meta rilevanti, il-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar irid iqis il-perjodu ta’ riskju akbar kif imsemmi fil-punt 3 tat-Taqsima 3. Il-kampjuni jridu jkunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju b’metodi viroloġiċi, meta jittieħdu għal:

(i)

detezzjoni bikrija tal-HPAI fil-pollam imsemmija fit-Taqsima 3;

(ii)

detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi msemmija fit-Taqsima 4;

(iii)

sorveljanza komplimentari għall-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti tal-HPAI msemmija fit-Taqsima 5;

(iv)

segwitu ta’ sejbiet seropożittivi msemmija fil-punt 4(b).

Għall-ittestjar viroloġiku, iridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni il-prevalenza u l-perjodu ta’ żmien għad-detezzjoni tal-infezzjoni attiva.

3.

Il-kampjuni jridu jkunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju b’metodi seroloġiċi, meta jittieħdu għal:

(a)

sorveljanza komplimentari għall-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti tal-HPAI msemmija fit-Taqsima 5 li tissupplimenta l-ittestjar viroloġiku, skont kif ikun xieraq;

(b)

detezzjoni ta’ raggruppamenti ta’ stabbilimenti infettati bl-LPAIV imsemmija fit-Taqsima 6. Meta, għal raġunijiet tekniċi jew għal raġunijiet oħrajn iġġustifikati kif xieraq, il-kampjunar għas-seroloġija ma jkunx xieraq, irid isir ittestjar viroloġiku.


ANNESS III

METODI DIJANJOSTIĊI GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TA’ STAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD GĦAL ĊERTI MARDIET TAL-ANNIMALI TERRESTRI

Taqsima 1

Infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis

1.

Testijiet seroloġiċi

(a)

testijiet għall-kampjuni tad-demm

(i)

testijiet b’antiġeni ta’ Brucella bbaferjati;

(ii)

test ta’ fissazzjoni tal-komplement (CFT)

(iii)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA)

(iv)

assaġġ tal-polarizzazzjoni tal-fluworexxenza (FPA)

(v)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku kompetittiv (C-ELISA)

(b)

testijiet għall-kampjuni tal-ħalib

(i)

ringtest (MRT)

(ii)

I-ELISA

2.

test tal-ġilda bil-Bruċellina (BST)

Għall-ittestjar kif imsemmi fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness IV, it-test tal-ġilda bil-Bruċellina (BST) għandu jintuża biss f’annimali ovini u kaprini.

Taqsima 2

Infezzjoni bil-kumpless tal-mycobacterium tuberculosis

1.

Testijiet tal-ġilda tat-tuberkulina

(a)

it-test tat-tuberkulina intradermali uniku (SITT)

(b)

it-test tat-tuberkulina intradermali komparattiv (CITT)

2.

Assaġġ tal-gamma interferon

Taqsima 3

Lewkożi enzootika bovina

1.

Testijiet seroloġiċi

(a)

testijiet għall-kampjuni tad-demm

(i)

test tal-immunodiffużjoni fil-ġell tal-agar (AGID)

(ii)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku tal-imblukkar (B-ELISA)

(iii)

I-ELISA

(b)

testijiet għall-kampjuni tal-ħalib

(i)

I-ELISA

Taqsima 4

Rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV)

 

Metodi:

Matriċi:

annimali bovini mhux imlaqqma

BoHV-1 I-ELISA (1)

kampjuni individwali tas-serum (4)

kampjuni tal-ħalib

gB B-ELISA (2)

kampjuni individwali tas-serum (4)

kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam

annimali bovini mlaqqma bid-DIVA b’vaċċin bil-gE mħassar

gE B-ELISA (3)

kampjuni individwali tas-serum

kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam

Taqsima 5

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ aujeszky (ADV)

 

Metodi:

Matriċi:

annimali porċini mhux imlaqqma

ADV ELISA (5)

kampjuni individwali jew sa 5 kampjuni raggruppati tas-serum (jew tal-plażma)

kampjuni individwali jew sa 5 kampjuni raggruppati tal-karta filtru

kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam

annimali porċini mlaqqma bid-DIVA b’vaċċin bil-gE mħassar

gE ELISA (6)

kampjuni individwali tas-serum

Taqsima 6

Dijarea virali bovina (BVD)

1.

Metodi diretti:

(a)

traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali PCR

(b)

detezzjoni tal-antiġenu tal-BVDV (ELISA)

2.

Testijiet seroloġiċi:

(a)

I-ELISA

(b)

B-ELISA


(1)  I-ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ BoHV-1. Jistgħu jintużaw raggruppamenti ta’ massimu ta’ 50 kampjun tal-ħalib (ħalib individwali jew fi grupp) fit-testijiet għall-għoti u jistgħu jintużaw sa 100 kampjun tal-ħalib (ħalib individwali jew fi grupp) fit-testijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV.

(2)  B-ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina gB tal-BoHV-1. Meta jissemmew it-testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-boHV-1 sħiħ fil-Parti IV tal-Anness IV, dan il-metodu jista’ jintuża wkoll.

(3)  B-ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-BoHV-1. Jistgħu jintużaw kampjuni individwali tal-ħalib fit-testijiet għall-prova taż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV. Il-kampjuni jistgħu jiġu raggruppati, filwaqt li n-numru ta’ kampjuni għal kull grupp jista’ jingħażel fuq il-bażi ta’ evidenza ddokumentata li t-test ikun, f’kull ċirkustanza ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum, sensittiv biżżejjed sabiex jindividwa kampjun pożittiv wieħed fil-grupp.

(4)  Meta l-ittestjar isir sabiex tintwera bil-provi ż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV, jistgħu jiġu raggruppati kampjuni miġbura individwalment. In-numru ta’ kampjuni għal kull grupp jista’ jiġi mmodulat fuq il-bażi ta’ evidenza ddokumentata li s-sistema tat-test tkun, f’kull ċirkustanza ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum, sensittiva biżżejjed sabiex tindividwa kampjun pożittiv dgħajjef wieħed fil-grupp tad-daqs immodulat.

(5)  ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV sħiħ, il-proteina gB tal-ADV jew il-proteina gD tal-ADV. Għall-kontroll tal-lottijiet ta’ kits ta’ ADV-gB u kits ta’ ADV-gD jew kits ta’ ADV sħiħ, is-serum ta’ referenza tal-Komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi fid-dilwizzjoni ta’ 1:2. Meta jissemmew it-testijiet għad-detezzjoni tal-ADV sħiħ fil-Parti V tal-Anness IV, jista’ jintuża kwalunkwe wieħed minn dawn it-testijiet.

(6)  ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-ADV. Għall-kontroll tal-lottijiet, is-serum ta’ referenza tal-komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi fid-dilwizzjoni ta’ 1:8.


ANNESS IV

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARDA GĦALL-GĦOTI, GĦAŻ-ŻAMMA, GĦAS-SOSPENSJONI U GĦALL-IRTIRAR TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTABBILIMENTI U R-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARDA GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTATI MEMBRI JEW TAŻ-ŻONI

PARTI I

INFEZZJONI BIL-BRUCELLA ABORTUS, BIL-B. MELITENSIS U BIL-B. SUIS

KAPITOLU 1

Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jekk:

(a)

matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

matul l-aħħar 3 snin l-ebda wieħed mill-annimali bovini, ovini jew kaprini fl-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(c)

l-annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn 6 xhur u li jkunu preżenti fl-istabbiliment fil-mument tal-kampjunar ikunu ġew ittestjati bħala negattivi għat-test seroloġiku, f’żewġ okkażjonijiet kif ġej:

(i)

l-ewwel test irid isir fuq kampjuni meħuda mhux qabel tliet xhur mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv f’test immunoloġiku;

(ii)

it-tieni test irid isir fuq kampjuni meħuda mhux qabel sitt xhur u mhux wara 12-il xahar mid-data tal-kampjunar imsemmija fil-punt (i);

(d)

l-annimali li juru sinjali kliniċi konsistenti mal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, bħall-aborti, ikunu ġew soġġetti għall-investigazzjonijiet b’riżultati negattivi;

(e)

mindu jkun beda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i), l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim u ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis matul l-aħħar tliet snin, u

(i)

ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;

(ii)

ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jridu jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud:

fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew

matul l-aħħar 30 jum mindu jkunu ġew introdotti dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu; jew

(iii)

ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li nżammu f’iżolament mindu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas; u

(f)

mindu jinbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i), il-prodotti ġerminali kollha ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini jew kaprini introdotti fi jew użati fl-istabbiliment joriġinaw minn:

(i)

stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim; jew

(ii)

stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim u ma jkunux tlaqqmu matul l-aħħar tliet snin, u:

(a)

ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;

(b)

ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud:

fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew

fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu; jew

(c)

ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li jkunu nżammu f’iżolament mindu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 ikunu ssodisfati; u

(b)

ir-rekwiżit stipulat fil-punt (b)(i) tat-Taqsima 2 ikun issodisfat;

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

isir ittestjar seroloġiku b’riżultati negattivi fuq kampjuni meħuda mill-

(i)

l-annimali bovini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn sitt xhur f’intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn 12-il xahar iddeterminati mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni, tas-sitwazzjoni tal-marda u tal-fatturi ta’ riskju identifikati; jew

(ii)

annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar u annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, skont reġim ta’ ttestjar stabbilit mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2; jew

(b)

każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun issuspettat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jiġi restawrat biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;

(b)

il-possibbiltà ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ma tkunx tista’ tiġi eliminata skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 3;

(c)

każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun ġie kkonfermat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment; jew

(d)

dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet oħra ta’ kontroll tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis.

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), ikun jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li jkunu ttestjaw mhux negattivi jkunu tneħħew u l-annimali bovini, ovini jew kaprini li jifdal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1.

4.

Permezz ta’ deroga mill-punt 3, fejn l-infezzjoni bil-bijovar 2 tal-B. suis tkun ġiet ikkonfermata f’annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed miżmum fl-istabbiliment, l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb wara li jinkiseb ittestjar negattiv fuq kampjuni meħuda skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 1.

KAPITOLU 2

Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 ikunu ssodisfati;

(b)

mindu jkun beda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1, l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jew ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim u:

(i)

ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;

(ii)

ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku fuq kampjun meħud

fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew

fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu; jew

(iii)

ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li jkunu miżmuma f’iżolament mindu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas; u

(c)

mindu jinbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1, il-prodotti ġerminali kollha ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini jew kaprini introdotti fi jew użati fl-istabbiliment joriġinaw minn:

(i)

l-istabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jew ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim; jew

(ii)

stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim, u:

(a)

ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;

(b)

ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud:

(i)

fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew

(ii)

fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu; jew

(c)

ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li jkunu miżmuma f’iżolament mindu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu u fil-punti (a) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

isir ittestjar seroloġiku b’riżultati negattivi fuq il-kampjuni meħuda mill-annimali bovini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn sitt xhur f’intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn 12-il xahar iddeterminati mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni, tas-sitwazzjoni tal-marda u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2; jew

(b)

każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun issuspettat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jiġi restawrat biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 1(d) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 u fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis u jkun ġie ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;

(b)

il-possibbiltà ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ma tkunx tista’ tiġi eliminata skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 3;

(c)

każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun ġie kkonfermat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment; jew

(d)

dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet oħra ta’ kontroll tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis.

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), ikun jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li jkunu ttestjaw mhux negattivi jkunu tneħħew u l-annimali bovini, ovini jew kaprini li jifdal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1.

4.

Permezz ta’ deroga mill-punt 3, fejn l-infezzjoni bil-bijovar 2 tal-Brucella suis tkun ġiet ikkonfermata f’annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed miżmum fl-istabbiliment, l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb wara li jinkiseb ittestjar negattiv fuq kampjuni meħuda skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1.

KAPITOLU 3

Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma

Taqsima 1

L-għoti tal-istat fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

għal tal-anqas l-aħħar tliet snin ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma;

(b)

ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma, li tal-anqas inkludew:

(i)

is-sottomissjoni regolari ta’ kampjuni minn każijiet ta’ abort għall-ittestjar tal-laboratorju;

(ii)

l-investigazzjoni puntwali tal-każijiet ta’ abort li setgħu kienu kkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(c)

matul l-aħħar tliet snin, tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-bovini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsin mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim;

(d)

it-tilqim ta’ annimali bovini kontra Brucella abortus, B. melitensis u B. suis ma jkunx seħħ għal tal-anqas l-aħħar tliet snin u l-ebda annimal bovin introdott fl-Istat Membru jew fiż-żona ma ġie mlaqqam matul l-aħħar tliet snin qabel l-introduzzjoni tiegħu.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (d) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

għall-ewwel sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza annwali bbażata fuq kampjun rappreżentattiv tal-istabbilimenti kollha li jżommu annimali bovini tkun twettqet u tkun ippermettiet li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina;

(c)

jekk ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:

(i)

sorveljanza annwali aleatorja li trid tippermetti li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina; jew

(ii)

sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, inkluż it-tixrid tal-infezzjoni minn annimali oħra li mhumiex annimali bovini miżmuma.

2.

L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’popolazzjoni tal-annimali li ma tkunx dik tal-annimali bovini miżmuma dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-annimali bovini miżmuma.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ tal-konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jekk:

(a)

l-istabbiliment li fih l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ġiet identifikata fl-annimali bovini miżmuma jkun ġie soġġett minnufih għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 24;

(b)

fi żmien 60 jum wara l-ewwel konferma tal-infezzjoni, l-awtorità kompetenti tkun għamlet inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, kif stipulati fl-Artikolu 25, sabiex tidentifika s-sors probabbli u d-distribuzzjoni tal-infezzjoni u stabbilixxiet konklużjonijiet dwar is-sors probabbli tal-infezzjoni u numru limitat biss mill-istabbilimenti kienu infettati u dawk l-istabbilimenti għandhom rabta epidemjoloġika mal-ewwel tifqigħa identifikata;

(c)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 21 jew fl-Artikolu 24 ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment identifikat ma’ każijiet issuspettati jew ikkonfermati wara l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-punt (b) sakemm l-istat ta’ ħelsien mill-mard tagħhom jiġi restawrat jew jerġa’ jinkiseb;

(d)

is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 ġiet adattata u wriet li l-inċident ġie solvut.

KAPITOLU 4

Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma

Taqsima 1

L-għoti tal-istat fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

għal tal-anqas l-aħħar tliet snin ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma;

(b)

ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma, li tal-anqas inkludew:

(i)

is-sottomissjoni regolari ta’ kampjuni minn każijiet ta’ abort għall-ittestjar tal-laboratorju;

(ii)

l-investigazzjoni puntwali tal-każijiet ta’ abort li setgħu kienu kkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;

(c)

matul l-aħħar tliet snin, saret sorveljanza fuq il-popolazzjoni ovina u kaprina u tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim; u

(d)

it-tilqim ta’ annimali ovini u kaprini kontra Brucella abortus, B. melitensis u B. suis ma jkunx seħħ għal tal-anqas l-aħħar tliet snin u l-ebda annimal ovin jew kaprin introdott fl-Istat Membru jew fiż-żona ma ġie mlaqqam matul l-aħħar tliet snin qabel l-introduzzjoni.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti ddefiniti fil-punti (a), (b) u (d) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

għall-ewwel sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza annwali bbażata fuq kampjun rappreżentattiv tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali ovini jew kaprini għandha tkun twettqet u tkun ippermettiet li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini;

(c)

jekk ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:

(i)

sorveljanza annwali aleatorja li trid tippermetti li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini; jew

(ii)

sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis li tqis is-sistemi ta’ produzzjoni u l-fatturi ta’ riskju identifikati, inkluż it-tixrid tal-infezzjoni minn annimali oħra li mhumiex annimali ovini u kaprini miżmuma.

2.

L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’popolazzjoni tal-annimali li ma tkunx dik tal-annimali ovini u kaprini miżmuma dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis lill-annimali ovini u kaprini miżmuma.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ tal-konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jekk:

(a)

l-istabbiliment li fih l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ġiet identifikata fl-annimali ovini u kaprini miżmuma jkun ġie soġġett minnufih għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 24;

(b)

fi żmien 60 jum wara l-ewwel konferma tal-infezzjoni, l-awtorità kompetenti tkun għamlet inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, kif stipulati fl-Artikolu 25, sabiex tidentifika s-sors probabbli u d-distribuzzjoni tal-infezzjoni u stabbilixxiet konklużjonijiet dwar is-sors probabbli tal-infezzjoni u numru limitat biss mill-istabbilimenti kienu infettati u dawk l-istabbilimenti għandhom rabta epidemjoloġika mal-ewwel tifqigħa identifikata;

(c)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 21 jew fl-Artikolu 24 ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment identifikat ma’ każijiet issuspettati jew ikkonfermati wara l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-punt (b) sakemm l-istat ta’ ħelsien mill-mard tagħhom jiġi restawrat jew jerġa’ jinkiseb; u

(d)

is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 ġiet adattata u wriet li l-inċident ġie solvut.

PARTI II

INFEZZJONI BIL-KUMPLESS MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS

KAPITOLU 1

Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, Mycobacterium tuberculosis, Mycobacterium caprae) (MTBC) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:

(a)

matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

l-annimali bovini li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u li jkunu preżenti fl-istabbiliment fil-mument tal-ittestjar jew tal-kampjunar ikunu ttestjaw negattivi għat-test immunoloġiku f’żewġ okkażjonijiet kif ġej:

(i)

l-ewwel test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel sitt xhur mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv f’test immunoloġiku;

(ii)

it-tieni test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel sitt xhur u mhux wara 12-il xahar mid-data tal-ittestjar tal-annimal bovin jew tal-kampjuni msemmija fil-punt (i);

(c)

mill-bidu tal-ittestjar jew tal-kampjunar imsemmi fil-punt (b)(i), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC u:

(i)

ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC;

(ii)

ikunu annimali bovini li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u jkunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku:

fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew

fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu; u

(d)

mindu nbeda l-ittestjar jew il-kampjunar imsemmi fil-punt (b)(i), il-prodotti ġerminali kollha ta’ oriġini minn bovini introdotti fi jew użati fl-istabbiliment joriġinaw minn:

(i)

stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC; jew

(ii)

stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC u:

(a)

ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC;

(b)

jekk ikunu annimali bovini li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat, ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku:

(i)

fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew

(ii)

fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punti 1(c) u 2(b), l-awtorità kompetenti ma tistax tesiġi t-test jekk:

(a)

l-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment:

(i)

ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku mwettaq matul l-aħħar sitt xhur; u

(ii)

joriġinaw minn stabbilimenti fejn l-annimali bovini ttestjaw negattivi għal reġim ta’ ttestjar kif previst fil-punt 1(c) jew 2 tat-Taqsima 2 imwettaq matul l-aħħar sitt xhur; jew

(b)

l-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment:

(i)

ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku mwettaq matul l-aħħar 12-il xahar; u

(ii)

joriġinaw minn stabbilimenti fejn l-annimali bovini ttestjaw negattivi għal reġim ta’ ttestjar kif previst fil-punt 2(b) jew 2(c) tat-Taqsima 2 imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu ssodisfati;

(b)

kwalunkwe każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-MTBC f’annimal bovin miżmum f’dak l-istabbiliment jew introdott minn dak l-istabbiliment f’biċċerija jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti u jiġi investigat; u

(c)

ikun sar test immunoloġiku, b’riżultati negattivi, fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(c), l-awtorità kompetenti tista’ timmodifika r-reġim ta’ ttestjar kif ġej:

(a)

fi Stat Membru jew f’żona fejn il-perċentwal annwali, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, tal-istabbilimenti infettati bl-MTBC ma jkunx aktar minn 1 % matul l-aħħar 24 xahar, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jiġi estiż sa 24 xahar;

(b)

fi Stat Membru jew f’żona fejn il-perċentwal annwali, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, tal-istabbilimenti infettati bl-MTBC ma jkunx aktar minn 0,2 % għall-aħħar 48 xahar, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jiġi estiż sa 36 xahar;

(c)

fi Stat Membru jew f’żona fejn il-perċentwal annwali, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, tal-istabbilimenti infettati bl-MTBC ma jkunx aktar minn 0,1 % għall-aħħar 72 xahar, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jiġi estiż sa 48 xahar;

(d)

fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC, jekk ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-MTBC minn annimali selvaġġi għal annimali bovini jkun ġie vvalutat b’sorveljanza xierqa, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jkun ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni u l-fatturi ta’ riskju identifikati, tal-anqas b’kunsiderazzjoni tar-riskji li ġejjin:

(i)

post assoċjat ma’ infezzjoni ssuspettata jew ikkonfermata bl-MTBC fl-annimali selvaġġi;

(ii)

storja ta’ infezzjoni bl-MTBC fi żmien l-aħħar 5 snin;

(iii)

rabta epidemjoloġika mal-istabbilimenti fi kwalunkwe wieħed mill-punti (i) jew (ii).

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2; jew

(b)

ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bl-MTBC f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:

(a)

ikunu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(c) u 1(d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1, 1(b), tat-Taqsima 2 u, kif ikun rilevanti, fil-punt 1(c) jew fil-punt 2 tat-Taqsima 2;

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bl-MTBC u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha. F’każ li l-annimali bovini ssuspettati jiġu skarnati f’dak il-kuntest, l-investigazzjonijiet iridu jinkludu l-eżaminazzjoni tal-kampjuni b’metodi dijanjostiċi diretti.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;

(b)

il-possibbiltà ta’ infezzjoni bl-MTBC ma tkunx tista’ tiġi eliminata skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 3;

(c)

ikun ġie kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-MTBC f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment; jew

(d)

dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet oħra ta’ kontroll tal-infezzjoni bl-MTBC.

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:

(a)

ikunu tneħħew il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li ttestjaw mhux negattivi f’test immunoloġiku; u

(b)

l-annimali bovini li jifdal jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tat-Taqsima 1.

4.

Permezz ta’ deroga mill-punt 3(b), l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb jekk:

(a)

l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u li jkunu preżenti fl-istabbiliment fil-mument tal-ittestjar ikunu ttestjaw negattivi f’żewġ testijiet immunoloġiċi kif ġej:

(i)

l-ewwel test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel xahrejn (2) mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv f’test immunoloġiku;

(ii)

it-tieni test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel xahrejn (2) u mhux wara 12-il xahar mid-data tal-ittestjar jew tal-kampjunar tal-annimal bovin kif imsemmi fil-punt (i); u

(b)

tal-anqas tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-konklużjoni tal-inkjesta epidemjoloġika tindika li l-infezzjoni hija dovuta għall-introduzzjoni ta’ annimal infettat wieħed jew aktar fl-istabbiliment matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC; jew

(ii)

każ wieħed biss ikun ġie kkonfermat jew annimal bovin wieħed biss ikun ittestja pożittiv f’test immunoloġiku għall-MTBC mindu tkun seħħet id-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC, u l-istat tal-istabbiliment ma jkunx ġie rtirat matul l-aħħar tliet snin; jew

(iii)

l-annimali bovini fl-istabbiliment ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku mwettaq anqas minn 12-il xahar qabel id-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC skont il-punt 1(c) jew 2 tat-Taqsima 2.

KAPITOLU 2

Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC

Taqsima 1

L-għoti tal-istat fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

matul l-aħħar tliet snin, tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-bovini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC u r-rata ta’ inċidenza ta’ stabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma tkunx taqbeż iż– 0,1 %; u

(b)

ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini miżmuma u tal-anqas inkludew:

(i)

ir-riċerka sistematika ta’ leżjonijiet tal-infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini skarnati kollha permezz ta’ sorveljanza ante-mortem u post-mortem;

(ii)

l-investigazzjonijiet tal-leżjonijiet li jistgħu jkunu dovuti għal infezzjoni bl-MTBC.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti fil-punt (b) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

għall-ewwel sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat trid issir sorveljanza annwali aleatorja bbażata fuq kampjunar rappreżentattiv tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali bovini sabiex jintwera b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li:

(i)

tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina, ikunu ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC;

(ii)

ir-rata ta’ inċidenza tal-istabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma taqbiżx iż– 0,1 %;

(c)

jekk il-kundizzjonijiet fil-punt (b) kienu ssodisfati għal sentejn (2) konsekuttivi, is-sorveljanza hija bbażata fuq:

(i)

sorveljanza annwali aleatorja sabiex jintwera b’livell ta’ fiduċja ta’ tal-anqas 95 % li r-rata ta’ inċidenza tal-istabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma jaqbiżx iż– 0,1 %; jew

(ii)

titwettaq sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskji sabiex tiġi identifikata l-infezzjoni bl-MTBC, b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni, tal-fatturi ta’ riskju identifikati, inkluż it-tixrid tal-infezzjoni minn annimali oħra għajr l-annimali bovini miżmuma u s-sorveljanza akbar fl-istabbilimenti assoċjati ma’ tal-anqas wieħed mir-riskji speċifiċi msemmija fil-punt 2(d) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1.

2.

L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bl-MTBC fil-popolazzjoni tal-annimali għajr l-annimali bovini miżmuma, dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-MTBC għall-annimali bovini miżmuma.

PARTI III

LEWKOŻI ENZOOTIKA BOVINA

KAPITOLU 1

Stabbiliment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina (EBL) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:

(a)

matul l-aħħar 24-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ EBL fl-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

matul l-aħħar 12-il xahar, l-annimali bovini akbar minn 24 xahar miżmuma fl-istabbiliment ikunu ttestjaw negattivi għal test seroloġiku, tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn erba’ xhur;

(c)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (b), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment:

(i)

ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-EBL; jew

(ii)

ikunu joriġinaw minn stabbilimenti fejn ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ EBL, la klinika, la post-mortem u lanqas bħala riżultat ta’ test dijanjostiku għall-EBL, fl-24 xahar qabel id-dispaċċ tagħhom; u

jekk ikollhom aktar minn 24 xahar,

ikunu ġew soġġetti għal testijiet seroloġiċi, b’riżultati negattivi, f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn erba’ xhur filwaqt li jkunu nżammu f’iżolament minn annimali bovini oħra tal-istabbiliment; jew

ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultat negattiv, fi żmien 30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom dment li l-annimali bovini kollha jkunu ġew ittestjati skont il-punt (b);

jekk ikollhom anqas minn 24 xahar,

ikunu twieldu minn ommijiet, li kienu soġġetti għal test seroloġiku għall-EBL, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda matul l-aħħar 12-il xahar f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn erba’ xhur; u

(d)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (b), il-prodotti ġerminali kollha tal-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:

(i)

stabbilimenti ħielsa mill-EBL; jew

(ii)

stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-EBL jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-EBL li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-EBL jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

jitwettaq l-ittestjar seroloġiku għall-EBL, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda

(i)

f’intervalli ta’ mhux aktar minn 36 xahar mill-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar; jew

(ii)

skont il-punt (b) jew (c) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, skont kif rilevanti, jekk l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa minn EBL.

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;

(b)

ikun issuspettat każ ta’ EBL f’annimal bovin li jinżamm fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-EBL jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ EBL u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat; jew

(b)

ikun ġie kkonfermat każ ta’ EBL f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:

(a)

ikunu tneħħew kwalunkwe annimal bovin li jippreżenta riżultat ta’ test pożittiv għall-EBL u l-ulied kollha tiegħu iżgħar minn 24 xahar;

(b)

l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar ikunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku, f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn erba’ xhur, fejn l-ewwel test irid ikun sar fuq kampjuni meħuda mhux qabel erba’ xhur mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat.

4.

Permezz ta’ deroga mill-punt (3)(a), l-ulied tal-ommijiet li jkunu ttestjaw pożittivi f’test seroloġiku għall-EBL jew li jkunu wrew leżjonijiet tal-EBL jistgħu jinżammu fl-istabbiliment jekk:

(a)

ikunu ġew isseparati mill-omm minnufih wara l-ħlas u jkunu ttestjaw negattivi f’test tal-PCR, f’żewġ okkażjonijiet, fejn l-ewwel kampjun irid ikun ittieħed fil-perjodu ta’ bejn 3 u 5 ġimgħat u t-tieni fi żmien 8 u 10 ġimgħat wara l-ħlas; u

(b)

dawn jibqgħu fl-istabbiliment sakemm ikollhom 24 xahar u jittestjaw negattivi f’test seroloġiku, jew jintbagħtu qabel dak it-test direttament għall-biċċerija skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(4).

KAPITOLU 2

Stat Membru jew żona ħielsa mill-EBL

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-EBL fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti tal-bovini jkunu ħielsa mill-EBL; u

(b)

l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar li jiġu skarnati f’dan l-Istat Membru jew din iż-żona jkunu soġġetti għal eżami post-mortem uffiċjali b’kampjuni mill-annimali kollha bit-tumuri li setgħu jkunu kkawżati mill-EBL soġġetti għall-eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eliminata l-preżenza tal-EBL.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-EBL fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

matul l-ewwel 5 snin wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-EBL, titwettaq sorveljanza bbażata fuq:

(i)

kampjunar aleatorju annwali sabiex tal-anqas jiġu identifikati, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-istabbilimenti infettati bl-EBL b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 %; jew

(ii)

l-ittestjar seroloġiku tal-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar tal-anqas f’okkażjoni waħda;

(c)

wara l-ewwel ħames snin mill-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-EBL, issir sorveljanza sabiex jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.

PARTI IV

RINOTRAKEITE BOVINA INFETTIVA/VULVOVAĠINITE PUSTULARI INFETTIVA

KAPITOLU 1

Stabbiliment ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:

(a)

matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ IBR/IPV fl-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

matul l-aħħar sentejn (2), l-ebda annimal bovin miżmum fl-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-IBR/IPV;

(c)

l-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’kunsiderazzjoni tal-vaċċinazzjonijiet DIVA preċedenti, fejn ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, l-antikorpi kontra l-BoHV-1-gE fuq:

(i)

kampjun ta’ demm, ta’ ħalib jew ta’ meraq tal-laħam meħud minn kull annimal bovin fuq perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar; jew

(ii)

kampjuni ta’ demm, ta’ ħalib jew ta’ meraq tal-laħam meħuda tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn xahrejn (2) u mhux aktar minn 12-il xahar minn

l-annimali bovini nisa kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar, u

l-annimali bovini rġiel kollha użati jew maħsuba għat-tnissil li jkollhom aktar minn 12-il xahar, u

kampjun aleatorju ta’ annimali rġiel mhux maħsuba għat-tnissil li jkollhom aktar minn 12-il xahar. In-numru ta’ annimali ttestjati jrid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %; jew

(iii)

fil-każ ta’ stabbiliment li fih tal-anqas 30 % tal-annimali bovini jkunu qed jipproduċu l-ħalib,

kampjuni tal-ħalib bl-ingrossa meħuda f’tal-anqas tliet okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn tliet xhur mill-annimali bovini nisa li qed jipproduċu l-ħalib u li jirrappreżentaw l-unitajiet epidemjoloġiċi kollha tal-istabbiliment, u

kampjuni tad-demm meħuda mill-annimali bovini nisa kollha li ma jkunux jipproduċu l-ħalib u li jkollhom aktar minn 12-il xahar, u mill-annimali bovini rġiel kollha użati jew maħsuba għat-tnissil li jkollhom aktar minn 12-il xahar, u

kampjun aleatorju ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħud minn annimali bovini rġiel mhux maħsuba għat-tnissil u li jkollhom aktar minn 12-il xahar. In-numru ta’ annimali ttestjati jrid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %; jew

(iv)

fil-każ ta’ stabbiliment li fih anqas minn 5 % tal-annimali bovini miżmuma kollha jkunu rġiel u tal-anqas 95 % tal-annimali nisa li jkollhom aktar minn 24 xahar ikunu maħsuba jew jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib, jittieħdu kampjuni tal-ħalib bl-ingrossa f’tal-anqas sitt okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn xahrejn (2) mill-annimali bovini miżmuma nisa li jkunu jipproduċu l-ħalib li jirrappreżentaw l-unitajiet epidemjoloġiċi kollha tal-istabbiliment;

(d)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment:

(i)

joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV u, fil-każ li l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-IBR/IPV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, ikunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, ta’ antikorpi kontra BoHV-1-gE fuq kampjun meħud wara l-introduzzjoni tagħhom u qabel l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV; jew

(ii)

ikunu ġew soġġetti għal kwarantina qabel l-introduzzjoni tagħhom u ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ fuq kampjun meħud mhux qabel 21 jum mill-bidu tal-kwarantina; u

(e)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), il-prodotti ġerminali kollha tal-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:

(i)

stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV; jew

(ii)

stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (d) tat-Taqsima 2, skont kif ikun rilevanti.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV jista’ jinżamm biss fi stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;

(b)

jitwettaq l-ittestjar seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, tal-antikorpi kontra l-BoHV-1-gE b’kunsiderazzjoni tat-tilqimiet preċedenti b’vaċċinazzjoni DIVA, b’riżultati negattivi,

(i)

fuq kampjuni ta’ demm, ta’ ħalib jew ta’ meraq tal-laħam meħuda annwalment mill-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar; jew

(ii)

fil-każ ta’ stabbiliment li fih tal-anqas 30 % tal-annimali bovini jkunu qed jipproduċu l-ħalib, tal-anqas darba fis-sena fuq:

kampjuni tal-ħalib bl-ingrossa meħuda f’tal-anqas tliet okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn tliet xhur mill-annimali bovini nisa li qed jipproduċu l-ħalib u li jirrappreżentaw l-unitajiet epidemjoloġiċi kollha tal-istabbiliment, u

kampjuni tad-demm meħuda mill-annimali bovini rġiel kollha tat-tnissil li jkollhom aktar minn 24 xahar; jew,

(iii)

fil-każ ta’ stabbiliment li fih anqas minn 5 % tal-annimali bovini miżmuma kollha jkunu rġiel u tal-anqas 95 % tal-annimali nisa li jkollhom aktar minn 24 xahar ikunu maħsuba jew jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib, tal-anqas darba fis-sena jittieħdu kampjuni tal-ħalib bl-ingrossa f’tal-anqas sitt okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn xahrejn (2) mill-annimali bovini miżmuma nisa li jkunu qed jipproduċu l-ħalib li jirrappreżentaw l-unitajiet epidemjoloġiċi kollha tal-istabbiliment; jew

(iv)

dment li l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun inżamm għall-aħħar tliet snin konsekuttivi, ta’ kull sena fuq kampjuni tad-demm jew tal-ħalib meħuda minn numru ta’ annimali bovini li tal-anqas iridu jippermettu d-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, ta’ annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %; jew

(v)

jekk l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV, fuq kampjuni meħuda skont il-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti.

(c)

annimali bovini li ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bl-IBR/IPV biss jiġu introdotti fl-istabbiliment jekk dan ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona:

(i)

ħielsa mill-IBR/IPV; jew

(ii)

fejn ikun hemm fis-seħħ projbizzjoni fuq it-tilqim bħala parti mill-istrateġija ta’ eradikazzjoni skont programm approvat ta’ eradikazzjoni.

(d)

l-annimali bovini kollha li jiġu introdotti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(d)(ii) tat-Taqsima 1 jew joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, antikorpi kontra BoHV-1-gE fuq kampjun meħud fl-istabbilimenti ta’ oriġini fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ tagħhom, f’każijiet li fihom:

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV u l-istabbilimenti ta’ oriġini ma jkunux jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV; jew

(ii)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni u l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-IBR/IPV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni.

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;

(b)

ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bl-IBR/IPV f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-IBR/IPV jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(b) u (e) tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ IBR/IPV u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;

(b)

ikun ġie kkonfermat każ ta’ IBR/IPV f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tat-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:

(a)

tneħħew il-każijiet ikkonfermati kollha;

(b)

tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1 ikun twettaq b’riżultati negattivi fil-kampjuni li jkunu ttieħdu mhux qabel 30 jum mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat.

KAPITOLU 2

Stat Membru jew żona ħielsa mill-IBR/IPV

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk

(a)

tilqim kontra l-IBR/IPV kien ipprojbit għall-annimali bovini miżmuma; u

(b)

tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina korrispondenti, ikunu ħielsa mill-IBR/IPV.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

is-sorveljanza ssir annwalment fuq il-bażi ta’ kampjunar aleatorju li trid tippermetti tal-anqas għad-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infezzjoni tal-istabbilimenti b’BoHV-1 b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti jew ta’ annimali bovini infettati bil-BoHV-1 b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-użu tal-vaċċinazzjoni DIVA jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:

(a)

ir-riżultat tal-inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi skont l-Artikolu 25 ikun wera li numru limitat biss tal-istabbilimenti kienu involuti fit-tifqigħa;

(b)

l-użu tagħha jkun limitat għall-kontroll ta’ din it-tifqigħa skont kif tqis li jkun neċessarju l-awtorità kompetenti;

(c)

l-annimali bovini jkunu ngħataw vaċċinazzjoni DIVA taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u l-użu tal-vaċċini DIVA jkun iddokumentat għal kull annimal;

(d)

l-annimali bovini mogħtija l-vaċċinazzjoni DIVA jitmexxew direttament biss lejn biċċerija jew fi stabbiliment f’żona jew fi Stat Membru oħrajn fejn ma jkun hemm l-ebda projbizzjoni fuq it-tilqim fis-seħħ.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni bil-BoHV-1 b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal ħames snin konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona.

PARTI V

INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ AUJESZKY

KAPITOLU 1

Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky

Taqsima 1

L-għoti tal-istatw

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali porċini jekk:

(a)

matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-ADV fl-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

matul l-aħħar 12-il xahar, l-ebda annimal porċin miżmum fl-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-AD;

(c)

matul l-aħħar 12-il xahar, l-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’kunsiderazzjoni tal-vaċċinazzjonijiet DIVA preċedenti, fejn ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi, b’riżultati negattivi, għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV jew, jekk ikun hemm bżonn, l-antikorpi kontra l-ADV-gE, fuq:

(i)

kampjun ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħud minn kull annimal porċin; jew

(ii)

kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ xahrejn (2) sa 3 xhur minn numru ta’ annimali li tal-anqas irid ikun jippermetti d-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, ta’ annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %.

(d)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), l-annimali porċini kollha introdotti fl-istabbiliment:

(i)

joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u, fil-każ li l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, ikunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV sħiħ jew, jekk ikun hemm bżonn, antikorpi kontra l-ADV-gE, wara l-introduzzjoni tagħhom u qabel l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV; jew

(ii)

ikunu ġew soġġetti għal kwarantina għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV sħiħ f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn 30 jum bejn il-ġbir ta’ kull kampjun. Il-kampjun għall-aħħar test irid jittieħed fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ.

(e)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), il-prodotti ġerminali kollha mill-annimali porċini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:

(i)

stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV; jew

(ii)

stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali porċini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) tat-Taqsima 2.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;

(b)

jitwettaq l-ittestjar seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħuda mill-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, sabiex tiġi vverifikata l-assenza tal-infezzjoni bl-ADV fuq il-bażi ta’ reġim ta’ ttestjar li jqis iċ-ċiklu tal-produzzjoni u r-riskju ta’ introduzzjoni tal-ADV:

(i)

tal-anqas darba fis-sena, fil-każ tal-annimali porċini miżmuma kollha li ma jkunux imlaqqma kontra l-AD, b’testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV sħiħ; jew

(ii)

tal-anqas darbtejn fis-sena, b’testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV sħiħ u testijiet għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV-gE, jekk ikun hemm bżonn;

(c)

dment li l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV, jitwettaq l-ittestjar seroloġiku msemmi fil-punt (b), kif meħtieġ, skont is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti;

(d)

l-annimali porċini kollha, li jiġu introdotti:

(i)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(d)(ii) tat-Taqsima 1; jew

(ii)

joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u kienu soġġetti għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-ADV sħiħ, b’riżultat negattiv, fuq kampjun miġbur fl-istabbilimenti ta’ oriġini fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ tagħhom, f’każijiet li fihom:

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u l-istabbilimenti ta’ oriġini ma jkunux jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV; jew

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni u l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni.

In-numru ta’ annimali porċini ttestjati jrid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-annimali porċini li jkollhom anqas minn erba’ xhur imwielda minn ommijiet li jkunu ngħataw vaċċinazzjoni DIVA, jista’ jintuża t-test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV-gE.

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jrid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jibqax issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;

(b)

ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bl-ADV f’annimal porċin miżmum fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) jew (c), jekk rilevanti, u (d) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bl-ADV u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jrid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;

(b)

ikun ġie kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-ADV f’annimal porċin miżmum fl-istabbiliment;

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) jew (c), jekk rilevanti, u (d) tat-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk ikunu tneħħew l-annimali porċini kollha tal-istabbiliment.

KAPITOLU 2

Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

it-tilqim kontra l-AD ikun ġie pprojbit għall-annimali porċini miżmuma għat-12-il xahar preċedenti;

(b)

tkun saret sorveljanza li turi li l-ebda stabbiliment fl-Istat Membru jew fiż-żona rispettivi ma kellha xi evidenza klinika, viroloġika jew seroloġika ta’ infezzjoni bl-ADV matul tal-anqas l-24 xahar preċedenti; u

(c)

f’każ li jkun magħruf li l-infezzjoni bl-ADV hija stabbilita fl-annimali porċini selvaġġi, ikunu ġew implimentati miżuri għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe trażmissjoni tal-ADV minn annimali porċini selvaġġi għal dawk miżmuma.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti ddefiniti fil-punti (a) u (c) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

titwettaq sorveljanza ta’ kull sena fuq il-bażi ta’ kampjunar aleatorju sabiex tal-anqas jiġu identifikati, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-istabbilimenti infettati bl-ADV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 %. In-numru ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam li jridu jittieħdu mill-annimali porċini miżmuma fi stabbiliment irid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 20 %.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fil-popolazzjoni porċina ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:

(a)

ikunu tneħħew l-annimali porċini kollha fl-istabbilimenti affettwati;

(b)

l-awtorità kompetenti tkun għamlet inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi inklużi eżaminazzjoni klinika u ttestjar seroloġiku jew viroloġiku:

(i)

fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali porċini li kellhom kuntatt dirett jew indirett mal-istabbiliment infettat biex tiġi eskluża l-infezzjoni; u

(ii)

fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali porċini li jinsabu f’raġġ ta’ żewġ kilometri minn stabbiliment infettat, sabiex jintwera li dawn l-istabbilimenti ma jkunux infettati. In-numru ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam li jridu jittieħdu mill-annimali porċini miżmuma f’dawn l-istabbilimenti jrid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %; jew

(iii)

f’każ li tkun intużat vaċċinazzjoni DIVA, l-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra l-ADV-gE jkun sar f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ xahrejn (2) fi stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini li jinsabu fir-raġġ imlaqqam mill-istabbiliment infettat sabiex tintwera l-assenza ta’ infezzjoni;

(c)

ir-riżultat tal-investigazzjoni skont il-punt (b) ikun wera li numru limitat biss tal-istabbilimenti kienu involuti fit-tifqigħa;

(d)

il-miżuri ta’ kontroll rilevanti kif imsemmija fl-Artikolu 24 ikunu ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment infettat bl-ADV, inkluż fejn ikun hemm bżonn it-tilqlim neċessarju bil-vaċċinazzjonijiet DIVA.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tat-Taqsima 1, l-użu tat-tilqima DIVA jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa msemmija fil-punt 2, jekk:

(a)

l-użu tagħha jkun limitat għall-kontroll ta’ din it-tifqigħa skont kif tqis li jkun neċessarju l-awtorità kompetenti;

(b)

l-annimali porċini jkunu ngħataw vaċċinazzjoni DIVA taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u l-użu tal-vaċċini DIVA jkun iddokumentat għal kull annimal;

(c)

l-annimali porċini mogħtija l-vaċċinazzjoni DIVA jitmexxew direttament biss f’biċċerija jew fi stabbiliment fi Stat Membru jew f’żona oħrajn fejn ma jkun hemm l-ebda projbizzjoni fuq il-vaċċinazzjoni fis-seħħ.

4.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni bl-ADV b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona.

PARTI VI

DIJAREA VIRALI BOVINA

KAPITOLU 1

Stabbiliment ħieles mid-dijarea virali bovina

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mid-dijarea virali bovina (BVD) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:

(a)

matul l-aħħar 18-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ BVD f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment;

(b)

l-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’kunsiderazzjoni tat-tilqim preċedenti possibbli:

(i)

ikunu twettqu t-testijiet għad-detezzjoni tal-antiġene jew għall-ġenoma tal-virus tal-BVD (BVDV), b’riżultati negattivi, fuq il-kampjuni tal-annimali bovini kollha.

Mill-inqas mill-għoġġiela kollha mwielda fit-12-il xahar preċedenti, il-kampjuni jridu jittieħdu wara jew fl-istess ħin bħall-identifikazzjoni uffiċjali, iżda mhux aktar tard minn 20 jum wara l-ħlas. L-ommijiet ta’ dawk l-għoġġiela b’riżultati negattivi tat-testijiet ma jkollhomx bżonn jiġu ttestjati;

(ii)

ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BVDV, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda matul perjodu ta’ mhux anqas minn 12-il xahar f’tal-anqas tliet okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn erba’ xhur mill-annimali bovini li jkunu nżammu fl-istabbiliment għal tal-anqas tliet xhur qabel l-ittestjar.

In-numru ta’ annimali ttestjati jrid jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevelanza fil-mira ta’ 50 % u tal-anqas iridu jkunu ħames annimali jew l-annimali kollha jekk jinżammu anqas minn ħames annimali.

F’każ li l-annimali bovini tal-istabbiliment jinżammu fi gruppi separati mingħajr kuntatt dirett ma’ xulxin, irid jiġi ttestjat numru rispettiv ta’ annimali ta’ kull grupp;

(iii)

tkun ġiet applikata taħlita tar-reġimi ta’ ttestjar stipulati fil-punti (i) u (ii) matul perjodu ta’ mhux anqas minn 12-il xahar.

Il-kapaċità tar-reġim ta’ ttestjar ikkombinat għad-detezzjoni tal-marda trid tkun ekwivalenti għal dik tar-reġimi ta’ ttestjar imsemmija fil-punti (i) u (ii);

(c)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt 1(b), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment:

(i)

ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD u li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD; jew

(ii)

ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD, fejn

ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi msemmija fil-punt 1(c) (ii) jew (iii) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, b’riżultati negattivi, matul l-aħħar erba’ xhur; jew

qabel ma jintbagħtu ġew ittestjati b’mod individwali biex tiġi eskluża t-trażmissjoni tal-BVDV fl-istabbiliment tad-destinazzjoni filwaqt li tiġi kkunsidrata l-istorja tal-ittestjar u, jekk rilevanti, l-istadju tal-ġestazzjoni tal-annimal; jew

(iii)

ikunu ttestjaw negattivi f’test għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-BVDV, u

ikunu ġew soġġetti għal kwarantina għal perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-dispaċċ tagħhom u, fil-każ ta’ ommijiet tqal, ikunu ttestjaw negattivi għall-antikorpi kontra l-BVDV fuq kampjuni meħuda wara mhux anqas minn 21 jum kwarantina; jew

ikunu ttestjaw pożittivi għal antikorpi kontra l-BVDV jew qabel id-dispaċċ tagħhom jew, fil-każ ta’ ommijiet tqal, qabel l-inseminazzjoni li tippreċedi l-ġestazzjoni kurrenti;

(d)

mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt 1(b) il-prodotti ġerminali kollha tal-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:

(i)

stabbilimenti ħielsa mill-BVD; jew

(ii)

stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-BVD jista’ jingħata lil stabbiliment jekk:

(a)

l-annimali bovini jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD li jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD jew fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c), jekk rilevanti; jew

(b)

l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD, ma jkunux maħsuba għat-tnissil u l-istat ta’ ħelsien mill-BVD tal-istabbiliment jinżamm skont il-punt 2 tat-Taqsima 2.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;

(b)

l-ebda annimal bovin ma jkun tlaqqam kontra l-BVD mindu l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ingħata lill-istabbiliment;

(c)

jitwettaq tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’riżultati negattivi:

(i)

kull għoġol li jkun għadu kif jitwieled jittestja negattiv għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-BVDV fuq kampjun meħud wara jew fl-istess ħin tal-identifikazzjoni uffiċjali, iżda mhux aktar tard minn 20 jum wara l-ħlas;

(ii)

it-testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BVDV isiru tal-anqas darba fis-sena fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini li jkunu nżammu fl-istabbiliment għal tal-anqas tliet xhur qabel l-ittestjar.

In-numru ta’ annimali ttestjati jrid jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevelanza fil-mira ta’ 50 % u tal-anqas iridu jkunu ħames annimali jew l-annimali kollha jekk jinżammu anqas minn ħames annimali.

F’każ li l-annimali bovini tal-istabbiliment jinżammu fi gruppi separati mingħajr kuntatt dirett ma’ xulxin, irid jiġi ttestjat numru rispettiv ta’ annimali ta’ kull grupp;

(iii)

tiġi applikata taħlita tar-reġimi ta’ ttestjar stabbiliti fil-punti (i) u (ii).

Il-kapaċità tar-reġim ta’ ttestjar ikkombinat għad-detezzjoni tal-marda trid tkun ekwivalenti għal dik tar-reġimi ta’ ttestjar imsemmija fil-punti (i) u (ii);

(iv)

jekk l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD, jitwettqu t-testijiet fuq kampjuni meħuda skont il-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti;

(d)

annimali bovini li ma jkunux tlaqqmu kontra l-BVD biss jiġu introdotti fl-istabbiliment jekk dan ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm l-annimali bovini msemmija fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 jista’ jinżamm mingħajr l-ittestjar tal-annimali bovini skont il-punt 1(c) jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;

(b)

ma jintużawx għat-tnissil;

(c)

ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali li jkunu maħsuba jew li jintużaw għat-tnissil u jiġu mċaqilqa minn dan l-istabbiliment għal biċċerija,

(i)

direttament, jew;

(ii)

permezz ta’ operazzjoni ta’ assemblaġġ, li titwettaq fl-istess Stat Membru jew żona, u fejn biss l-annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) u li joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a), jiġu assemblati.

Taqsima 3

Sospensjoni u restawr tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:

(a)

ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;

(b)

ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bil-BVD f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-BVD jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c), (d) tal-punt 1 u, jekk rilevanti, fil-punt 2 tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati.

(b)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ BVD u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.

Taqsima 4

Irtirar u gwadann mill-ġdid tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:

(a)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;

(b)

ikun ġie kkonfermat każ ta’ EBL f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.

2.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tal-punt 1 u, jekk rilevanti, tal-punt 2 tat-Taqsima 2.

3.

Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:

(a)

ikunu tneħħew l-annimali kollha li ttestjaw pożittivi għall-BVDV;

(b)

ikun ġie ddeterminat l-istat b’rabta mal-infezzjoni bil-BVDV ta’ kull annimal bovin miżmum fl-istabbiliment;

(c)

l-għoġġiela kollha li setgħu ġew infettati in utero bil-BVDV twieldu u nżammu f’iżolament sakemm ittestjaw negattivi għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-BVDV.

KAPITOLU 2

Stat Membru jew żona ħielsa mid-dijarea virali bovina

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-BVD fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

tilqim kontra l-BVD kien ipprojbit għall-annimali bovini miżmuma;

(b)

ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ BVD f’annimal bovin miżmum għal tal-anqas it-18-il xahar preċedenti; u

(c)

tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina, ikunu ħielsa mill-BVD.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-BVD fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) u (c) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u

(b)

is-sorveljanza ssir annwalment u trid tippermetti tal-anqas għad-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infezzjoni tal-istabbilimenti infettati bil-BVDV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti jew ta’ annimali bovini infettati bil-BVDV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-użu tat-tilqim jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:

(a)

ir-riżultati tal-inkjesta u tal-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi skont l-Artikolu 25 ikunu wrew li numru limitat biss tal-istabbilimenti kienu involuti fit-tifqigħa;

(b)

numru limitat biss mill-annimali bovini meqjusa neċessarji mill-awtorità kompetenti sabiex tikkontrolla din it-tifqigħa jkunu mlaqqma taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u l-użu tat-tilqim ikun iddokumentat għal kull annimal.

3.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas tal-BVD b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal ħames snin konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-BVD f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona.

ANNESS V

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARD GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTATI MEMBRI JEW TAŻ-ŻONI

PARTI I

INFEZZJONI BIL-VIRUS TAR-RABJA

KAPITOLU 1

Rekwiżiti tekniċi għat-tilqim kontra r-rabja

Taqsima 1

Tilqim tal-annimali miżmuma

1.

Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), it-tilqim kontra l-marda tar-rabja jrid jingħata biss lil annimali domestiċi li jkunu identifikati u jrid jissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

2.

Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim kontra l-marda tar-rabja tal-annimali miżmuma, għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, irid ikun ibbażat fuq ir-riskju u jitwettaq bl-għan li jipproteġi lill-bniedem mill-esponiment għall-virus tar-rabja, billi jintużaw vaċċini li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (1)(a) u (1)(b) tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Taqsima 2

Tilqim tal-annimali selvaġġi

1.

Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim orali kontra l-infezzjoni bl-RABV tal-annimali selvaġġi jrid:

(a)

ikun organizzat u implimentat bħala kampanji ppjanati regolari jew ta’ emerġenza b’kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 32(2);

(b)

ikun soġġett għal distribuzzjoni adegwata tal-vaċċin f’termini taż-żmien u tal-kopertura tad-daqs taż-żona tat-tilqim, b’kunsiderazzjoni tal-bijoloġija tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u tat-topografija taż-żona;

(c)

ikun soġġett, bl-appoġġ ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, għall-valutazzjoni tad-distribuzzjoni ġeografika korretta tal-lixki tal-vaċċini bi frekwenza li, jekk ikun hemm bżonn, tippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi; u

(d)

ikun soġġett għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, li jista’ jinkludi d-detezzjoni tal-preżenza ta’ bijomarkatur u ttestjar seroloġiku f’annimali mejta mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għat-tilqim.

2.

Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-RABV tal-popolazzjonijiet ta’ klieb li jgħixu fit-triq irid:

(a)

ikun organizzat u implimentat, jekk ikun hemm bżonn, bħala miżuri ta’ kontroll u ta’ ġestjoni tal-popolazzjonijiet ta’ klieb li jgħixu fit-triq, b’kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 32(2);

(b)

jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.

KAPITOLU 2

Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tar-rabja

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-RABV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:

(a)

tkun ġiet implimentata sorveljanza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tal-anqas għall-aħħar 24 xahar; u

(b)

ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-RABV matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), jekk jiġi kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-RABV, l-istat jista’ jingħata jekk l-infezzjoni tal-każ ma tkunx seħħet fl-Istat Membru jew fiż-żona; u

(a)

il-każ ikun ġie kkonfermat b’mod uffiċjali u li l-ebda rabta epidemjoloġika ma setgħet isseħħ u rriżultat f’xi każ addizzjonali, li jinkludu d-detezzjoni tal-każ f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jew fi stabbiliment ta’ kwarantina jew fil-faċilitajiet ta’ kwarantina ta’ stabbiliment ikkonfinat; jew

(b)

rabta epidemjoloġika setgħet isseħħ u l-ebda każ addizzjonali ma jkun ġie identifikat minn sorveljanza akbar u minn inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi matul l-aħħar sitt xhur wara l-mewt tal-każ.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-RABV ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

tiġi implimentata sorveljanza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) bl-objettiv ta’ detezzjoni bikrija tal-marda; u

(b)

ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-RABV fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew inkella jkun seħħ każ u ġew irrispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 1.

PARTI II

INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-ILSIEN BLU (SEROTIPI 1-24)

KAPITOLU 1

Rekwiżiti minimi għas-sorveljanza

Taqsima 1

Sorveljanza għad-detezzjoni tas-serotipi tal-Virus tal-ilsien blu mhux irrapportati fl-aħħar sentejn (2)

1.

Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni ta’ introduzzjoni jew ta’ rikorrenza tal-infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV li ma kinux irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) trid tinkludi:

(a)

rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1);

(b)

sorveljanza attiva kif prevista fit-Taqsima 4.

2.

Id-disinn tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid jindirizza:

(a)

ir-riskju ta’ infezzjoni b’manifestazzjonijiet kliniċi limitati;

(b)

ir-riskju ta’ introduzzjoni tas-serotipi tal-BTV assoċjati maċ-ċirkolazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV fl-inħawi; u

(c)

kwalunkwe fattur ta’ riskju rilevanti identifikat ieħor għall-introduzzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV mhux irrapportati fl-aħħar sentejn (2).

3.

Is-sorveljanza f’żona/i biswit kwalunkwe Stat Membru, żona jew pajjiż terz infettati trid tiżdied f’erja li tlaħħaq mal-150 km mil-limitu mal-Istat Membru, maż-żona, jew mal-pajjiż terz. Id-demarkazzjoni tal-erja tas-sorveljanza msaħħa tista’ tiġi adattata għall-karatteristiċi ekoloġiċi jew ġeografiċi rilevanti li aktarx li jiffaċilitaw jew jinterrompu t-trażmissjoni tal-BTV jew adattata minħabba l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li tappoġġa l-għażla bejn distanza akbar jew iżgħar.

4.

Is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) u fil-punt 3 irid ikollha l-kapaċità li tal-anqas tidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 5 %, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4.

Taqsima 2

Sorveljanza għad-determinazzjoni tal-firxa tal-infezzjoni bil-BTV

1.

Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV sabiex tiżgura d-demarkazzjoni puntwali tat-tixrid tal-infezzjoni meta jkun preżenti wieħed jew aktar mis-serotipi tal-BTV u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex tiġi ssorveljata r-rata ta’ prevalenza, trid tinkludi:

(a)

rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1); u

(b)

sorveljanza attiva kif prevista fit-Taqsima 4.

2.

It-tfassil tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid iqis: l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-epidemjoloġija tal-marda u l-bijoloġija tal-vettur li jkun prevalenti fit-territorju.

3.

Ir-rata ta’ prevalenza fil-mira tas-sorveljanza prevista fil-punt 1 trid tkun adattata għas-sitwazzjoni epidemjoloġika, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi ta’ riskju ewlenin bħall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-popolazzjoni tal-vetturi.

Taqsima 3

Sorveljanza għall-wiri tal-assenza tal-infezzjoni bil-BTV

1.

Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV biex tintwera l-assenza ta’ infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 li kienu ġew identifikati preċedentement fit-territorju trid tinkludi:

(a)

rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1); u

(b)

sorveljanza attiva kif prevista fit-Taqsima 4.

2.

It-tfassil tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid jindirizza:

(a)

ir-riskju ta’ infezzjoni b’manifestazzjonijiet kliniċi limitati;

(b)

l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-epidemjoloġija tal-marda u l-bijoloġija tal-vettur li jkun prevalenti fit-territorju; u

(c)

kwalunkwe riskju speċifiku ta’ persistenza tal-infezzjoni identifikata.

3.

Is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) irid ikollha l-kapaċità li tal-anqas tidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 %.

Taqsima 4

Rekwiżiti għas-sorveljanza attiva tal-infezzjoni bil-BTV

1.

L-unitajiet ġeografiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 40(1) iridu jkunu bbażati fuq grilja ta’ 45 km b’45 km u jistgħu jkunu adattati skont:

(a)

is-sitwazzjoni epidemjoloġika, kemm tinfirex malajr l-infezzjoni u l-forma u d-daqs taż-żoni koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni f’każ ta’ konferma tal-infezzjoni; u

(b)

iż-żoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 13(2).

2.

Is-sorveljanza attiva trid tkun ibbażata fuq waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew fuq taħlita ta’ dawn:

(a)

monitoraġġ tal-annimali sentinelli bl-użu ta’ ttestjar seroloġiku jew viroloġiku; u

(b)

stħarriġiet strutturati dwar il-prevalenza, ibbażati fuq strateġija ta’ kampjunar aleatorju jew ibbażat fuq ir-riskju bl-użu ta’ ttestjar seroloġiku jew viroloġiku.

3.

Il-frekwenza tal-kampjunar trid:

(a)

tal-anqas tkun annwali, fil-perjodu tas-sena meta l-infezzjoni jew is-serokonverżjoni jkollha l-akbar probabbiltà li tiġi individwata; u

(b)

issir ta’ kull xahar matul l-istaġun tal-attività tal-vetturi meta tkun meħtieġa informazzjoni regolari minħabba r-riskju ta’ tixrid tal-infezzjoni.

4.

L-annimali mdaħħla fil-kampjun:

(a)

ma jkunux mlaqqma kontra s-serotip(i) tal-BTV fil-mira tas-sorveljanza;

(b)

ma jkunux għadhom koperti minn immunità materna f’każ li ommhom tkun tlaqqmet jew ġiet infettata;

(c)

ikunu residenti għal biżżejjed żmien fl-unità ġeografika rilevanti u ma jkunux ġew protetti minn esponiment għall-vettur;

(d)

ikunu rappreżentattivi tad-distribuzzjoni ġeografika tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-unità ġeografika rilevanti; u

(e)

ikunu seronegattivi inizjalment meta s-sorveljanza tkun ibbażata fuq l-ittestjar seroloġiku tas-sentinelli.

5.

Id-daqs tal-kampjun f’kull unità ġeografika jrid jiġi kkalkolat skont ir-rata ta’ prevalenza fil-mira fuq il-bażi tal-objettivi assenjati fit-Taqsimiet 1-3.

6.

Meta s-sorveljanza trid tkun adattata kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 43(2), din tal-anqas trid tkun tinkludi stħarriġ:

(a)

dwar l-annimali introdotti li:

(i)

irid ikun ibbażat fuq il-kampjunar u l-ittestjar tal-annimali introdotti kollha;

(ii)

irid isir mill-aktar fis possibbli wara l-introduzzjoni tagħhom; jew

(b)

dwar il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li tinsab fl-akbar riskju minħabba ċ-ċirkolazzjoni possibbli tal-virus li:

(i)

irid ikollu l-kapaċità li tal-anqas jidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-BTV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 5 %;

(ii)

irid jew:

ma jseħħx qabel ikunu għaddew 21 jum mill-introduzzjoni tal-annimali jekk ikun stħarriġ minn osservazzjoni waħda; jew

irid isir bi frekwenza adattata għall-frekwenza tal-movimenti tal-annimali li jistgħu jxekklu l-istat tas-saħħa.

Dan l-istħarriġ ma jkunx meħtieġ jekk il-frekwenza tal-kampjunar tkun skont il-punt 3(b).

Taqsima 5

Sorveljanza entomoloġika

1.

Is-sorveljanza entomoloġika trid tal-anqas tkun tikkonsisti fi programm annwali attiv ta’ qbid tal-vetturi permezz ta’ nases ta’ aspirazzjoni f’siti permanenti maħsuba għad-determinazzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni tal-vettur u, fejn rilevanti, tal-perjodu ħieles mill-vetturi.

2.

Nases ta’ aspirazzjoni mgħammra b’dawl ultravjola jridu jintużaw f’konformità mal-protokolli stabbiliti minn qabel; in-nases iridu jkunu operati matul il-lejl u tal-anqas iridu joperaw:

(a)

lejl fil-ġimgħa matul ix-xahar qabel il-bidu previst u matul ix-xahar ta’ qabel it-tmiem previst tal-perjodu ħieles mill-vettur; u

(b)

lejl wieħed fix-xahar matul il-perjodu ħieles mill-vettur.

Abbażi tal-evidenza miksuba fl-ewwel tliet snin tal-operat tan-nases b’aspirazzjoni, il-frekwenza tal-operar ta’ dawk in-nases tista’ tiġi aġġustata.

3.

Tal-anqas trid titqiegħed nassa b’aspirazzjoni waħda f’kull unità ġeografika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 40(1) fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV. Proporzjon tal-kironomi miġburin fin-nases b’aspirazzjoni għandu jintbagħat f’laboratorju speċjalizzat li kapaċi jgħodd u jidentifika l-ispeċijiet jew il-kumplessi ta’ vetturi ssuspettati.

4.

Meta s-sorveljanza entomoloġika tkun organizzata fil-kuntest tad-determinazzjoni ta’ perjodu ħieles minn vetturi, irid jiġi ddefinit limitu massimu ta’ speċijiet Culicoides għall-interpretazzjoni tar-riżultati. Fl-assenza ta’ evidenza soda li ssostni d-determinazzjoni tal-limitu massimu, għandu jkun hemm assenza totali ta’ eżemplari Culicoides imicola u għandhom jintużaw anqas minn ħames Culicoides nisa tqal għal kull nassa, bħala limitu massimu.

KAPITOLU 2

Moviment tal-annimali u tal-prodotti ġerminali

Taqsima 1

Moviment tal-annimali

1.

L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV u ma jkunux tlaqqmu b’vaċċin ħaj kontra l-infezzjoni bil-BTV fl-aħħar 60 jum qabel id-data tal-moviment.

2.

L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u tal-anqas huwa rrispettat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali nżammu fi Stat Membru jew f’żona staġjonalment ħielsa mill-BTV stabbiliti skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 40:

(i)

għal tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment;

(ii)

għal tal-anqas 28 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettqa fuq kampjuni tal-anqas 28 jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fl-Istat Membru jew fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV; jew

(iii)

għal tal-anqas 14-il jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni tal-anqas 14-il jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fl-Istat Membru jew fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV;

(b)

l-annimali jkunu ġew protetti kontra attakki mill-vetturi matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni u jkunu nżammu protetti kontra attakki mill-vetturi fi stabbiliment protett mill-vetturi:

(i)

għal tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment; jew

(ii)

għal tal-anqas 28 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni tal-anqas 28 jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi; jew

(iii)

għal tal-anqas 14-il jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni tal-anqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi;

(c)

l-annimali jkunu tlaqqmu kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona, l-annimali jkunu fil-perjodu ta’ immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin u jissodisfaw tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ikunu tlaqqmu aktar minn 60 jum qabel id-data tal-moviment; jew

(ii)

dawn ikunu tlaqqmu b’vaċċin inattivat u ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi fuq il-kampjuni miġbura tal-anqas 14-il jum wara l-bidu tal-immunità stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin.

(d)

l-annimali jkunu ġew soġġetti b’riżultati pożittivi għal test seroloġiku sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV rrappurtati matul l-aħħar sentejn (2) f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona u:

(i)

it-test seroloġiku jkun sar fuq kampjuni miġbura tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment; jew

(ii)

it-test seroloġiku ikun twettaq fuq kampjuni miġbura tal-anqas 30 jum qabel id-data tal-moviment u l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura mhux aktar minn 14-il jum qabel id-data tal-moviment.

3.

L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u:

(a)

ikunu konformi mal-punt 2(b); jew

(b)

l-annimali jkunu nżammu tal-anqas għall-aħħar 60 jum qabel it-tluq jew f’erja b’raġġ ta’ tal-anqas 150 km mill-istabbiliment fejn jinżammu, jew inkella fi Stat Membru, fejn is-sorveljanza f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1 tkun twettqet tal-anqas għall-aħħar 60 jum qabel it-tluq u:

(i)

dawn ikunu tlaqqmu skont il-punt 2(c) kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’erja b’raġġ ta’ tal-anqas 150 km b’ċentru fil-post fejn kienu miżmuma l-annimali; jew

(ii)

dawn ikunu ġew immunizzati skont il-punt 2(d) kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’erja b’raġġ ta’ tal-anqas 150 km b’ċentru fil-post fejn kienu miżmuma l-annimali.

4.

L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona mhux ħielsa mill-BTV, huma ddestinati għal skarnar immedjat u japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-BTV ma jkun ġie rrapportat fl-istabbiliment ta’ oriġini għal perjodu ta’ tal-anqas 30 jum qabel id-data tal-moviment;

(b)

l-annimali jiġu ttrasportati direttament mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini sal-biċċerija tad-destinazzjoni fejn jitbiċċru fi żmien 24 siegħa mill-wasla;

(c)

l-operatur tal-istabbiliment ta’ oriġini jkun informa lill-operatur tal-biċċerija tad-destinazzjoni dwar il-moviment tal-anqas 48 siegħa qabel it-tagħbija tal-annimali.

5.

L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u l-annimali jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(a).

6.

L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona mhux ħielsa mill-BTV u:

(a)

ikunu ġew protetti minn attakki kontra vetturi minn insettiċidi jew minn repellenti għal tal-anqas 14-il jum qabel id-data tal-moviment; u

(b)

matul dak il-perjodu dawn ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq il-kampjuni miġbura tal-anqas 14-il jum wara d-data tal-protezzjoni kontra attakki tal-vetturi.

7.

L-annimali huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali ddefiniti mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni immunoloġika suffiċjenti qabel it-tluq.

8.

L-annimali huma konformi ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti previsti fil-punti 2, 3, 5, 6 jew 7 biss għas-serotipi tal-BTV irrapportati għall-aħħar sentejn (2) fl-Istati Membri jew fiż-żona ta’ oriġini u mhux fl-Istat Membru jew fiż-żona ta’ destinazzjoni matul l-istess perjodu.

Taqsima 2

Moviment tal-prodotti ġerminali

1.

L-annimali donaturi nżammu għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel u matul il-ġbir tal-prodotti ġerminali fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV.

2.

Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u tal-anqas huwa rrispettat wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) għas-semen, il-punt (b) għall-embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini jew il-punt (c) għall-embrijuni għajr l-embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini u għall-ooċiti:

(a)

is-semen inkiseb minn annimali donaturi li jkunu konformi mill-inqas ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ġew protetti kontra attakki minn vetturi fi stabbiliment protett kontra vetturi għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu;

(ii)

inżammu fi Stat Membru jew f’żona staġjonalment ħielsa mill-BTV għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu;

(iii)

sarilhom test seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura bejn 28 u 60 jum mid-data ta’ kull ġabra tas-semen;

(iv)

ġew soġġetti għal metodu dijanjostiku dirett, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq il-kampjuni miġbura:

fil-ġbir tal-bidu u dak finali tas-semen li jrid jiġi kkonsenjat; u

matul il-perjodu li fih jinġabar is-semen: tal-anqas kull sebat ijiem fil-każ ta’ test ta’ iżolament virali, jew tal-anqas kull 28 jum, fil-każ ta’ test tal-PCR;

(b)

embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini nkisbu mingħand annimali donaturi li ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ infezzjoni bil-BTV fil-jum tal-ġbir u dawn jinġabru, jiġu pproċessati u jinħażnu skont il-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 (2);

(c)

l-embrijuni għajr l-embrijuni dderivati in vivo tal-annimali bovini u l-ooċiti nkisbu mingħand annimali donaturi li jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ġew protetti kontra attakki minn vetturi fi stabbiliment protett kontra vetturi għal tal-anqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tal-embrijuni/tal-ooċiti u matulu;

(ii)

sarilhom test seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura bejn 28 u 60 jum mid-data ta’ kull ġabra tal-embrijuni/tal-ooċiti;

(iii)

sarilhom test tal-PCR, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura fil-jum tal-ġbir tal-embrijuni/tal-ooċiti;

(iv)

inżammu fi Stat Membru jew f’żona staġjonalment ħielsa mill-BTV għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel il-ġbir tal-embrijuni/tal-ooċiti.

3.

Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(a)(i), 2(a)(iii), 2(a)(iv), 2(b), 2(c)(i), 2(c)(ii) jew 2(c)(iii).

4.

Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u jridu jkunu konformi mal-punt 2(a)(ii) jew 2(c)(iv).

KAPITOLU 3

Stabbiliment protett kontra vetturi

L-istat ta’ stabbiliment protett kontra vetturi jista’ jingħata biss lil stabbiliment jekk:

(a)

ikollu ostakoli fiżiċi addattati fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ;

(b)

il-fetħiet iridu jkunu skrinjati kontra l-vetturi b’xibka b’gejġ xierqa li trid tkun imxappa b’mod regolari b’insettiċida approvat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(c)

is-sorveljanza u l-kontroll tal-vetturi għandhom jitwettqu fl-istabbiliment protett mill-vetturi u madwaru;

(d)

għandhom jittieħdu miżuri sabiex jillimitaw jew jeliminaw siti tat-tgħammir għall-vetturi fil-viċinanza tal-istabbiliment protett mill-vetturi; u

(e)

għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri operattivi standard, inklużi deskrizzjonijiet ta’ sistemi ta’ back-up u ta’ twissija, għall-operazzjoni tal-istabbiliment protett mill-vetturi u t-trasport tal-annimali lejn il-post tat-tagħbija.

KAPITOLU 4

Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV

Taqsima 1

L-għoti tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona, fejn il-BTV qatt ma jkun ġie rrapportat, jekk:

(a)

tkun saret sorveljanza skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-anqas matul l-aħħar 24 xahar; u

(b)

ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-BTV matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.

2.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona, f’każ li l-BTV diġà jkun ġie rrapportat, jekk:

(a)

tkun saret sorveljanza skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tal-anqas matul l-aħħar 24 xahar; u

(b)

ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-BTV matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

ikunu rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 1; u

(b)

l-annimali u l-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jitmexxew biss fi Stat Membru jew f’żona jew inkella jgħaddu minnhom meta jkunu rrispettati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 43 u 45.

2.

L-intensità u l-frekwenza tas-sorveljanza msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima 1 iridu jiġu adattati kif xieraq skont:

(a)

l-istat tas-saħħa tal-Istati Membri, taż-żoni jew tal-pajjiżi terzi ġirien skont il-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;

(b)

l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li setgħet ikkompromettiet l-istat tas-saħħa tal-Istat Membru jew taż-żona, skont il-punt 6 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1.

3.

Jekk ma tkun ġiet identifikata l-ebda ċirkolazzjoni tal-infezzjoni għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV ta’ Stat Membru jew ta’ żona, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:

(a)

sorveljanza annwali aleatorja tal-anqas sabiex tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-BTV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 20 %; jew

(b)

sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskju għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-BTV imwettqa b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.

KAPITOLU 5

Stat Membru jew żona staġjonalment ħielsa mill-BTV

1.

L-istat staġjonalment ħieles mill-BTV jista’ jiġi stabbilit biss fi Stat Membru jew f’żona tiegħu jekk:

(a)

il-bidu u t-tmiem tal-perjodu ħieles minn vetturi u, għaldaqstant, tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV ikunu ntwerew fuq il-bażi tas-sorveljanza entomoloġika skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1; u

(b)

il-waqfien tat-trażmissjoni tal-BTV ikun intwera permezz ta’ dawn li ġejjin:

(i)

l-implimentazzjoni tas-sorveljanza skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-anqas għall-aħħar 12-il xahar inkluż staġun wieħed sħiħ b’attività tal-vetturi; u

(ii)

l-assenza ta’ każijiet ġodda ta’ infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV mindu ntemm l-istaġun ta’ attività tal-vetturi.

2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), jekk il-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV ikun intwera b’suċċess għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi, kriterji addizzjonali bħat-temperatura jistgħu jieħdu post is-sorveljanza entomoloġika sabiex jissostanzjaw il-bidu u t-tmiem tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika.

3.

L-Istat Membru jew iż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV minnufih iridu jieqfu meta jkun hemm evidenza tat-tmiem tal-perjodu ħieles minn vetturi jew taċ-ċirkolazzjoni tal-virus.

PARTI III

INFESTAZZJONI BIL-VARROA SPP.

Taqsima 1

L-għoti tal-istat lil stat membru jew lil żona bħala ħielsa mill-infestazzjoni bil-varroa spp.

L-stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. jista’ jingħata biss lill-popolazzjoni rilevanti tan-naħal tal-għasel ta’ Stat Membru jew ta’ żona jekk:

(a)

tkun saret valutazzjoni tar-riskju li tidentifika l-fatturi potenzjali kollha għall-okkorrenza tal-Varroa spp. u tal-preżenza potenzjali tagħha fil-passat;

(b)

ikun ġie implimentat programm ta’ sensibilizzazzjoni kurrenti għal tal-anqas sena sabiex jitħeġġeġ ir-rapportar tal-każijiet kollha li jissuġġerixxu Varroa spp.;

(c)

ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. la f’kolonji miżmuma u lanqas f’kolonji ta’ naħal selvaġġi tal-għasel;

(d)

għal tal-anqas sena, sorveljanza annwali tkun uriet l-assenza ta’ infestazzjonijiet bil-Varroa spp f’kampjun rappreżentattiv ta’ naħal tal-għasel miżmuma tal-Istat Membru jew taż-żona tiegħu li jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infestazzjoni bil-Varroa spp. b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % tal-imġiebaħ u b’rata ta’ prevalenza fil-mira fi ħdan l-imġiebaħ ta’ 5 % tal-kaxex tan-naħal;

(e)

fil-preżenza ta’ popolazzjoni selvaġġa awtosostenibbli tal-ispeċijiet tal-ġenus Apis, ikun ilu hemm fis-seħħ għal tal-anqas sena programm ta’ sorveljanza kurrenti fil-popolazzjoni selvaġġa li ma juri l-ebda evidenza ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp.; u

(f)

matul id-durata sħiħa tas-sorveljanza msemmija fil-punt (d), l-awtorità kompetenti tagħmel l-arranġamenti xierqa għall-istħarriġ u għall-immaniġġjar ulterjuri tan-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, li jitmexxew f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona għall-prevenzjoni tal-infestazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom min-naħal tal-għasel introdotti bi stat tas-saħħa inferjuri.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona bħala ħielsa mill-infestazzjoni bil-varroa spp.

L-stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. mogħti lill-popolazzjoni rilevanti tan-naħal tal-għasel ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:

(a)

l-awtorità kompetenti żżomm sorveljanza li:

(i)

turi l-assenza ta’ infestazzjonijiet bil-Varroa spp. ta’ kull sena f’kampjun rappreżentattiv ta’ naħal tal-għasel miżmuma taż-żona ħielsa;

(ii)

tippermetti d-detezzjoni bikrija ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. fl-imġiebaħ u fil-kaxex tan-naħal;

(iii)

tqis żoni speċifikament fil-mira bi probabbiltà akbar ta’ introduzzjoni ta’ Varroa spp. jew ta’ infestazzjoni tagħha, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju;

(b)

il-każijiet issuspettati kollha jkunu ġew investigati u ma jiġi kkonfermat l-ebda każ ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp., la fil-kolonji ta’ naħal tal-għasel miżmuma u lanqas f’dawk selvaġġi;

(c)

ma jkun hemm l-ebda popolazzjoni selvaġġa awtosostenibbli tal-ispeċijiet tal-ġenus Apis jew inkella jkun hemm programm ta’ sorveljanza kurrenti fil-popolazzjoni selvaġġa li ma juri l-ebda evidenza ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp; u

(d)

in-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, jitmexxa biss fiż-żona ħielsa meta:

(i)

ikun ġej minn Stat Membru jew minn żona tiegħu jew minn pajjiż terz jew minn territorju bi stat ta’ ħelsien mill-marda rigward l-infestazzjoni bil-Varroa spp.; u

(ii)

dan ikun protett kontra infestazzjoni bil-Varroa spp. matul it-trasport.

PARTI IV

STAT TA’ ĦELEIN MILL-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE MINGĦAJR TILQIM

Taqsima 1

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV) mingħajr tilqim fil-popolazzjoni ta’ pollam u ta’ għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk tal-anqas matul l-aħħar 12-il xahar:

(a)

it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes ikun ġie pprojbit;

(b)

l-ebda pollam u għasfur miżmum tal-ispeċi Galliformes imlaqqam kontra infezzjoni bl-NDV ma jkun inżamm fi stabbilimenti li jżommu pollam jew għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes;

(c)

twettqu r-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bl-NDV;

(d)

ikun applika wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin:

(i)

l-istabbilimenti kollha li jżommu pollam tat-tnissil ikunu ġew ittestjati għall-preżenza ta’ antikorpi kontra l-infezzjoni bl-NDV b’riżultati negattivi, fuq kampjuni tad-demm minn tal-anqas 60 għasfur magħżula b’mod aleatorju minn kull stabbiliment u ttestjati seroloġikament b’test tal-inibizzjoni tal-Emagglutinazzjoni (HI); jew

(ii)

sar stħarriġ fuq kampjun rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li tal-anqas ikollu l-kapaċità li jidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % fl-istabbilimenti tal-pollam u b’rata ta’ prevalenza fi ħdan l-istabbilimenti ta’ 10 % ta’ għasafar seropożittivi; u

(e)

ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes.

Taqsima 2

Iż-żamma tal-istat

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona jista’ jinżamm biss jekk jibqgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima 1.

2.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona jista’ jinżamm fil-każ ta’ konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bl-NDV, jekk:

(a)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti jkunu ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment b’każijiet issuspettati jew ikkonfermati sakemm jiġi solvut l-inċident;

(b)

l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li numru limitat biss ta’ stabbilimenti, b’rabta epidemjoloġika mal-ewwel tifqigħa identifikata, kienu infettati; u

(c)

matul perjodu ta’ 12-il xahar, il-miżuri ta’ kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (a) ma jkunux ġew applikati għal durata itwal minn tliet xhur.

3.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona ma jkunx affettwat mill-konferma tal-infezzjoni f’popolazzjoni ta’ għasafar oħra, dment li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat, b’kunsiderazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji kollha għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-NDV għall-pollam u għall-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes, li l-istat ma ġiex kompromess.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS VI

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TA’ MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI

PARTI I

SORVELJANZA BBAŻATA FUQ IR-RISKJU

KAPITOLU 1

Rekwiżiti minimi għas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju f’ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati

1.   Approċċ ġenerali

1.1.

Is-sorveljanza tas-saħħa bbażata fuq ir-riskji li tinkludi żjarat tas-saħħa u kampjunar possibbli tiġi applikata f’ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u f’ċerti gruppi approvati ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura b’mod li jkun adattat għan-natura tal-produzzjoni u li jkollu l-objettiv ta’ identifikazzjoni ta’:

(a)

mortalità akbar;

(b)

mard elenkat;

(c)

mard emerġenti.

1.2.

Il-frekwenza tat-tali żjarat se tkun tiddependi mir-riskju li jirrappreżenta l-istabbiliment tal-akkwakultura approvat jew il-grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura b’rabta mat-teħid u mat-tixrid tal-marda. Ir-riskju japplika għall-mard elenkat u għall-mard emerġenti potenzjali u, għaldaqstant, se jinkludi stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet elenkati u, f’ċerti każijiet, stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu speċijiet mhux elenkati. L-awtorità kompetenti trid tiddetermina r-riskju miġjub minn kull stabbilimenti tal-akkwakultura approvat jew grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u tikklassifikah bħala riskju għoli, medju jew baxx.

Il-Kapitolu 2 jipprovdi d-dettalji tal-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati matul il-proċess ta’ klassifikazzjoni tar-riskju. It-tali klassifikazzjoni tar-riskju tiġi ripetuta u aġġornata jekk kwalunkwe wieħed mill-fatturi ta’ riskju spjegati fil-punti (a) sa (l) jindika li r-riskju rrappreżentat mill-istabbiliment ikun inbidel.

1.3.

Il-Kapitolu 3 jistabbilixxi l-frekwenza minima taż-żjarat tas-saħħa li jridu jsiru, fuq il-bażi ta’ jekk l-awtorità kompetenti tkunx iddeżinjat stabbiliment bħala wieħed b’riskju għoli, medju jew baxx.

1.4.

Is-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali fuq il-bażi tar-riskju fi stabbilimenti tal-akkwakultura u fi gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura tista’ tkun ikkombinata maż-żjarat tas-saħħa u mal-kampjunar li jitwettqu:

(a)

bħala parti mill-programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni għal marda elenkata waħda jew aktar; jew

(b)

sabiex jintwera u jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal marda elenkata waħda jew aktar; jew

(c)

bħala parti minn programm ta’ sorveljanza għal marda waħda jew aktar tal-kategorija C.

KAPITOLU 2

Klassifikazzjoni tar-riskju li trid tiġi applikata f’ċerti stabbilimenti approvati tal-akkwakultura

Bħala minimu, il-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 1.2 tal-Kapitolu 1 trid tqis il-fatturi ta’ riskju msemmija fil-punti (a) u (b). Fejn rilevanti, il-punti (c) sa (l) se jiġu kkunsidrati wkoll:

(a)

il-possibbiltà ta’ tixrid dirett tal-patoġeni permezz tal-ilma;

(b)

il-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura;

(c)

it-tip ta’ produzzjoni;

(d)

l-ispeċijiet ta’ annimali tal-akkwakultura miżmuma;

(e)

is-sistema ta’ bijosigurtà, inklużi l-kompetenza u t-taħriġ tal-persunal;

(f)

id-densità tal-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-istabbilimenti tal-proċessar fiż-żona madwar l-istabbiliment ikkonċernat;

(g)

il-qrubija tal-istabbilimenti bi stat tas-saħħa inferjuri mill-istabbiliment ikkonċernat;

(h)

ir-rekord ta’ mard tal-istabbiliment ikkonċernat u ta’ stabbilimenti lokali oħra;

(i)

il-preżenza ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi infettati fiż-żona madwar l-istabbiliment ikkonċernat;

(j)

ir-riskju miġjub minn attivitajiet umani fl-inħawi tal-istabbiliment ikkonċernat, pereżempju sajd bil-qasba, il-preżenza ta’ rotot tat-trasport, portijiet li fihom jiġi skambjat l-ilma tal-ballast;

(k)

l-aċċess għall-istabbiliment ikkonċernat minn predaturi li jistgħu jikkawżaw tixrid tal-mard;

(l)

ir-rekord tal-istabbiliment fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 3

Frekwenza taż-żjarat tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju

Il-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa bbażati fuq ir-riskju li jridu jsiru f’ċerti stabbilimenti approvati u gruppi approvati ta’ stabbilimenti tiddependi mill-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fil-Kapitolu 2 u għandha ssir kif ġej:

(a)

tal-anqas darba fis-sena fi stabbilimenti b’riskju għoli;

(b)

tal-anqas darba kull sentejn fi stabbilimenti b’riskju medju;

(c)

tal-anqas darba kull tliet snin fi stabbilimenti b’riskju baxx.

PARTI II

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARD GĦALL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI

Il-Parti II tkopri r-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-mard elenkat li ġej:

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

Kapitolu 1

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Kapitolu 1

Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR

Kapitolu 2

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Kapitolu 3

Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Kapitolu 4

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Kapitolu 5

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV)

Kapitolu 6

KAPITOLU 1

Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-mard u metodi dijanjostiċi għas-settiċemija emorraġika virali (VHS) u għan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar, iridu jsiru matul il-perjodu tas-sena li fih it-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C jew, meta ma jintlaħqux temperaturi ta’ anqas minn 14-il °C, iridu jittieħdu kampjuni fl-anqas temperaturi annwali;

(b)

meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fi programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi selvaġġi suxxettibbli;

(c)

meta l-istabbilimenti jew il-popolazzjonijiet selvaġġi jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa jew għall-kampjuni aktar minn darba f’sena, f’konformità mat-Taqsimiet 2 sa 4, l-intervalli bejn iż-żjarat tas-saħħa u bejn il-ġbir tal-kampjuni jridu jkunu tal-anqas ta’ erba’ xhur, jew twal kemm jista’ jkun, u jitqiesu r-rekwiżiti tat-temperatura previsti fil-punt (a);

(d)

l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żona fl-iżbokk tal-ilma fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma;

(e)

il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:

(i)

jekk tkun preżenti trota qawsalla, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jintgħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ VHS jew ta’ IHN; jekk ma jkunux preżenti troti qawsalla, il-kampjun irid ikun jirrappreżenta l-ispeċijiet suxxettibbli kollha l-oħra li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikun preżenti ħut dgħajjef, b’imġiba anormali jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stadju ta’ dekompożizzjoni, tali ħut għandu jintgħażel; jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;

(iii)

il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-unitajiet kollha tal-produzzjoni fl-istabbiliment, bħal gaġeġ bix-xibka, tankijiet u vaski, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.

Taqsima 2

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew mill-IHN fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti bi stat tas-saħħa mhux magħruf

L-stat ta’ ħelsien mill-VHS jew mill-IHN jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-VHS jew tal-IHN jekk:

(a)

l-istabbilimenti kollha u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1, ikunu ġew soġġetti għal waħda mill-iskemi li ġejjin:

(i)

mudell A — skema fuq sentejn (2)

L-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar iridu jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 1.A.

Matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi ta’ kampjunar u dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

(ii)

mudell B — skema fuq 4 snin b’daqs imnaqqas tal-kampjun

L-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar iridu jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ erba’ snin (4) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 1.B. Matul dak il-perjodu ta’ erba’ snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi ta’ kampjunar u dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

(b)

jekk tkun ġiet individwata VHS jew IHN matul is-sorveljanza msemmija fil-punt (a); qabel ma tinbeda skema ġdida fuq sentejn (2) jew fuq erba’ snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:

(i)

ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;

(ii)

jiġu ripopolati b’ħut minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-VHS jew stat ta’ ħelsien mill-IHN jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-VHS jew l-IHN.

Tabella 1.A

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) imsemmi fil-punt (a)(i) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN

Tip ta’ stabbiliment

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ kampjuni fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ ħut fil-kampjun (1)

Numru ta’ ħut li qed jikber

Numru ta’ ħut riproduttur (2)

(a)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur

2

2

50 (l-ewwel żjara)

75 (it-tieni żjara)

30 (l-ewwel jew it-tieni żjara)

(b)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss

2

1

0

75 (l-ewwel jew it-tieni żjara)

(c)

Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur

2

2

75 (l-ewwel U t-tieni żjara)

0

Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10


Tabella 1.B

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti permezz ta’ daqs imnaqqas tal-kampjun għall-perjodu ta’ kontroll ta’ erba’ snin imsemmi fil-punt (a) (ii) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN

Tip ta’ stabbiliment

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ kampjuni fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ ħut fil-kampjun (3)

Numru ta’ ħut li qed jikber

Numru ta’ ħut riproduttur (4)

L-ewwel sentejn (2)

(a)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur

2

1

30 (it-tieni żjara)

0

(b)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss

2

1

0

30 (l-ewwel jew it-tieni żjara)

(c)

Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur

2

1

30 (l-ewwel jew it-tieni żjara)

0

L-aħħar sentejn (2)

(a)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur

2

2

30 (l-ewwel żjara)

30 (it-tieni żjara)

(b)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss

2

2

 

30 (l-ewwel U t-tieni żjara)

(c)

Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur

2

2

30 (l-ewwel U t-tieni żjara)

 

Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10

Taqsima 3

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti magħrufa li huma infettati bil-VHS jew bl-IHN

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-VHS jew bl-IHN jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment(i) iddikjarat(i) infettat(i) bil-VHS jew bl-IHN, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;

(b)

l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bil-VHS jew bl-IHN, iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas ikollha l-elementi li ġejjin:

(i)

il-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 10 ħutiet, meta jkunu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu konsistenti ma’ infezzjoni bil-VHS jew bl-IHN, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jkunux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem;

(ii)

f’dawk l-istabbilimenti fejn it-testijiet imsemmija f’(i) ikunu pproduċew riżultati negattivi; iż-żjarat tas-saħħa jridu jkomplu darba fix-xahar matul il-perjodu meta t-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C, ħlief meta l-vaski, it-tankijiet, is-sistemi bi fluss kontinwu jew il-gaġeġ tax-xibka tal-ħut ikunu koperti bis-silġ, sakemm iż-żona ta’ protezzjoni tiġi rtirata skont il-punt (c);

(c)

l-istabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63 u jitħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64.

Id-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 64(2) trid tkun tal-anqas ta’ sitt ġimgħat. Meta l-istabbilimenti kollha infettati fi ħdan l-istess żona ta’ protezzjoni jew, meta żona ta’ protezzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, iż-żona ristretta, jitbattlu, tal-anqas iridu jsiru tliet ġimgħat ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat.

Meta jsir il-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti infettati, iż-żona ristretta jew iż-żona ta’ protezzjoni, meta tkun ġiet stabbilita, trid titbiddel f’żona ta’ sorveljanza sakemm titlesta l-iskema stipulata fit-Taqsima 2;

(d)

ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);

(e)

l-istabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u meta tkun meħtieġa s-sorveljanza fil-popolazzjonijiet selvaġġi, il-punti ta’ kampjunar kollha magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1 iridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;

(f)

stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar mhux meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’ħut miksub minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-VHS jew bi stat ta’ ħelsien mill-IHN.

2.

Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:

(a)

trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-VHS jew tal-IHN għall-ħut miżmum u selvaġġ, bħal:

(i)

in-numru, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-ħut fl-istabbiliment infettat bil-VHS jew bl-IHN, jew fi stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn;

(ii)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti tal-viċinat;

(iii)

il-qrubija għall-biċċeriji;

(iv)

l-istabbilimenti ta’ kuntatt;

(v)

l-ispeċijiet preżenti fl-istabbilimenti;

(vi)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti infettati u fl-istabbilimenti ġirien;

(vii)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u

(viii)

fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;

(b)

id-demarkazzjoni ġeografika f’żoni kostali trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-VHS jew bl-IHN, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u

(ii)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;

jew

(iii)

fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza;

(c)

id-demarkazzjoni ġeografika fiż-żoni tal-art għandhom jinkludu l-erja sħiħa tal-magħqad tal-ilma li fiha jkun jinsab l-istabbiliment infettat bil-VHS jew bl-IHN. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-firxa taż-żona ristretta għal partijiet tal-erja tal-magħqad tal-ilma, dment li din il-limitazzjoni ma tikkompromettix il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tal-VHS jew tal-IHN.

Taqsima 4

Żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN

1.

Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-ħut irid jittiħdulu kampjuni skont it-Tabella 1.C, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-VHS jew tal-IHN.

2.

Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew l-istat ta’ ħelsien mill-IHN tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward il-VHS jew l-IHN ikun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju tat-teħid tal-VHS jew tal-IHN irid jitqies bħala għoli.

3.

L-stat ta’ ħelsien mill-mard irid jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u dment li jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.

Tabella 1.C

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-VHS jew stat ta’ ħelsien mill-IHN

Livell ta’ riskju (5)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ ħut fil-kampjun (6), (7)

Għoli

1 kull sena

30

Medju

1 kull sentejn (2)

30

Baxx

1 kull 3 snin

30

Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10

Taqsima 5

Metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar

1.

L-organi jew il-materjal tat-tessut li jridu jiddaħħlu fil-kampjun u jiġu eżaminati jridu jkunu l-milsa, il-kilwa anterjuri, u l-qalb jew inkella l-enċefalu. Meta jittieħdu kampjuni ta’ ħut riproduttur, jista’ jiġi eżaminat ukoll il-fluwidu ovariku jew seminali.

Fil-każ ta’ qixx, jista’ jiddaħħal ħut sħiħ fil-kampjun.

Jistgħu jiġu raggruppati kampjuni minn massimu ta’ 10 ħutiet.

2.

Il-metodu dijanjostiku għall-għoti jew għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN skont it-Taqsimiet 2 sa 4 irid ikun:

(a)

l-iżolament tal-virus f’koltura taċ-ċelloli b’identifikazzjoni sussegwenti tal-virus bl-użu ELISA, tat-test indirett ta’ antikorpi fluworexxenti (IFAT), tat-test tan-newtralizzazzjoni tal-virus jew tad-detezzjoni tal-ġenoma tal-virus; jew

(b)

Detezzjoni bit-traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-qPCR).

Il-proċeduri ddettaljati sabiex jitwettqu dawn il-metodi dijanjostiċi jridu jkunu dawk approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.

3.

Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ VHS jew ta’ IHN f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċeduri taż-żjarat tas-saħħa, tal-kampjunar u tal-ittestjar li jsegwu jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment issuspettat irid ikun soġġett għal tal-anqas żjara tas-saħħa waħda u għal kampjunar wieħed ta’ 10 ħutiet, meta jiġu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem konsistenti ma’ infezzjoni bil-VHS jew bl-IHN, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jiġux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem. Il-kampjuni għandhom jiġu ttestjati bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punti 2(a) u 2(b) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut;

(b)

il-preżenza tal-VHS trid titqies ikkonfermata, jekk wieħed jew aktar minn dawk il-metodi dijanjostiċi jkunu pożittivi għall-VHSV. Il-preżenza tal-IHN trid titqies ikkonfermata, jekk wieħed jew aktar minn dawk il-metodi dijanjostiċi jkunu pożittivi għall-IHNV. Il-konferma tal-ewwel każ ta’ VHS jew ta’ IHN fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti li qabel ma kinux infettati trid tkun ibbażata fuq iżolament konvenzjonali tal-virus f’koltura taċ-ċelloli b’identifikazzjoni immunokimika jew molekolari sussegwenti jew b’detezzjoni tal-ġenoma li tinkludi konferma bis-sekwenzjar tal-prodott ta’ amplifikazzjoni (RT-PCR);

(c)

Suspett ta’ VHS jew ta’ IHN jista’ jiġi eskluż jekk it-testijiet tal-koltivazzjoni taċ-ċelloli jew tal-RT-qPCR ma jiżvelaw ebda evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-VHSV jew tal-IHNV.

KAPITOLU 2

Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-mard u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR (ISAV bi tħassir fl-HPR)

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta ż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-istabbilimenti jkunu jridu jitwettqu aktar minn darba fis-sena skont it-Taqsimiet 2 sa 4, l-intervalli bejn iż-żjarat tas-saħħa jew il-ġbir tal-kampjuni għandhom ikunu l-itwal possibbli;

(b)

meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru baxx ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fil-programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment;

(c)

il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi selvaġġi suxxettibbli;

(d)

l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari lit-truf tal-gaġeġ jew liż-żona fl-iżbokk tal-ilma, skont kif ikun rilevanti, fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma;

(e)

il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:

(i)

jekk ikun preżenti s-salamun tal-Atlantiku, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jintgħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR. Jekk ma jkunux hemm salamun tal-Atlantiku fl-istabbiliment, il-kampjun irid ikun jirrappreżenta l-ispeċijiet suxxettibbli kollha l-oħra li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikun hemm ħut moribond jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dan il-ħut irid jintgħażel, b’mod partikolari ħut li juri anemija, emorraġija jew sinjali kliniċi oħra li jissuġġerixxu disturbi ċirkolatorji; jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;

(iii)

il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-unitajiet kollha tal-produzzjoni fl-istabbiliment, bħal gaġeġ bix-xibka, tankijiet u vaski, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.

Taqsima 2

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti bi stat tas-saħħa mhux magħruf

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jekk l-istabbilimenti kollha u, fejn meħtieġa, il-punti ta’ kampjunar magħżula fil-popolazzjonijiet selvaġġi magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1, ikunu ġew soġġetti għall-iskema li ġejja:

(a)

l-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar ikunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 2.A;

(b)

matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

(c)

Jekk tiġi individwata infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR matul is-sorveljanza msemmija fil-punt (a); qabel il-bidu mill-ġdid tal-iskema, l-istabbilimenti rilevanti fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment iridu:

(i)

ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;

(ii)

jiġu ripopolati b’ħut minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.

Tabella 2.A

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR

Sena ta’ sorveljanza

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena (8)

Numru ta’ ħut fil-kampjun

Sena 1

6

2

75

Sena 2

6

2

75

Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5.

Taqsima 3

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti magħrufa li huma infettati bl-ISAV bi tħassir fl-HPR

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu ġew applikati l-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sal-Artikolu 65 u trid tkun ġiet stabbilita żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza, fl-inħawi tal-istabbiliment(i) infettat(i) bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;

(b)

l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas ikollha l-elementi li ġejjin:

(i)

il-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ minimu ta’ 10 ħutiet moribondi, meta jkunu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu konsistenti ma’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jkunux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem;

(ii)

f’dawk l-istabbilimenti fejn it-testijiet imsemmija f’(i) jkunu pproduċew riżultati negattivi, iż-żjarat tas-saħħa jridu jkomplu darba fix-xahar sakemm iż-żona ta’ protezzjoni tiġi rtirata skont il-punt (c);

(c)

l-istabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63 u jitħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64.

Id-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 64(2) għandha tkun tal-anqas ta’ tliet xhur. Meta l-istabbilimenti kollha infettati fi ħdan l-istess żona ta’ protezzjoni jew, meta żona ta’ protezzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, iż-żona ristretta, jitbattlu, tal-anqas iridu jsiru sitt ġimgħat ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat.

Meta jsir il-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti infettati, iż-żona ristretta jew iż-żona ta’ protezzjoni, meta tkun ġiet stabbilita, trid titbiddel f’żona ta’ sorveljanza sakemm titlesta l-iskema stipulata fit-Taqsima 2;

(d)

ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);

(e)

l-istabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u meta tkun meħtieġa s-sorveljanza fil-popolazzjonijiet selvaġġi, il-punti ta’ kampjunar magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1 iridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stipulata fit-Taqsima 2;

(f)

stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’ħut miksub minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.

2.

Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:

(a)

trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR għall-ħut miżmum u selvaġġ, bħal:

(i)

in-numru, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet fl-istabbiliment infettat bil-ISAV bi tħassir fl-HPR jew fi stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn;

(ii)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti tal-viċinat;

(iii)

il-qrubija għall-biċċeriji;

(iv)

l-istabbilimenti ta’ kuntatt;

(v)

l-ispeċijiet preżenti fl-istabbilimenti;

(vi)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti infettati u fl-istabbilimenti ġirien għall-istabbiliment infettat;

(vii)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u

(viii)

fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;

(b)

id-demarkazzjoni ġeografika f’żoni kostali trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u

(ii)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;

jew

(iii)

fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza;

(c)

id-demarkazzjoni ġeografika fiż-żona fuq l-art għandhom jinkludu l-erja sħiħa tal-magħqad tal-ilma li fiha jkun jinsab l-istabbiliment infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-firxa taż-żona ristretta għal partijiet tal-erja tal-magħqad tal-ilma, dment li din il-limitazzjoni ma tikkompromettix il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.

Taqsima 4

Żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR

1.

Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-ħut irid jittiħdulu kampjuni skont it-Tabella 2.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.

2.

Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR irid jitqies bħala għoli.

3.

L-stat ta’ ħelsien mill-mard irid jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u dment li jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.

Tabella 2.B

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR  (9)

Livell ta’ riskju (10)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa kull sena

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena (11), (12)

Numru ta’ ħut fil-kampjun

Għoli

2

2

30

Medju

1

1

30

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

30

Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5

Taqsima 5

Metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar

1.

L-organi jew il-materjal tat-tessuti li jridu jiġu inklużi fil-kampjun u eżaminati jridu jkunu:

(a)

Istoloġija: il-kilwa anterjuri, il-fwied, il-qalb, il-frixa, l-intestini, il-milsa u l-garġi;

(b)

Immunoistokimika: in-nofs tal-kilwa u l-qalb, inklużi l-valvi u l-bulbus arteriosus;

(c)

analiżi RT-qPCR: in-nofs tal-kilwa u l-qalb;

(d)

Koltura tal-virus: in-nofs tal-kilwa, il-qalb, il-fwied u l-milsa.

Jistgħu jiġu raggruppati biċċiet ta’ organi minn massimu ta’ ħames ħutiet.

2.

Il-metodu dijanjostiku li għandu jintuża għall-għoti jew għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR skont it-Taqsimiet 2 sa 4 irid ikun RT-qPCR, segwit minn RT-PCR konvenzjonali u minn sekwenzjar tal-ġene HE tal-kampjuni pożittivi skont il-metodi u l-proċeduri ddettaljati li jridu jkunu dawk approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.

Fil-każ ta’ riżultat pożittiv tal-RT-qPCR, għandhom jiġu ttestjati kampjuni ulterjuri qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikoli 55 sa 65.

Dawk il-kampjuni jridu jiġu ttestjati kif ġej f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut:

(a)

skrinjar tal-kampjuni permezz tal-RT-qPCR, segwit minn RT-PCR konvenzjonali u minn sekwenzar tal-ġene HE sabiex jiġi vverifikat it-tħassir fl-HPR; u

(b)

detezzjoni tal-antiġene tal-ISAV fi preparati tat-tessuti permezz ta’ antikorpi speċifiċi kontra l-ISAV; jew

(c)

iżolament f’koltura taċ-ċelloli u identifikazzjoni sussegwenti tal-ISAV bi tħassir fl-HPR.

3.

Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar li jsegwu jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment issuspettat irid ikun soġġett għal tal-anqas żjara tas-saħħa waħda u għal kampjunar wieħed ta’ 10 ħutiet moribondi, meta jiġu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem konsistenti ma’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jiġux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem. Il-kampjuni għandhom jiġu ttestjati bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut;

(b)

fil-każ ta’ riżultat pożittiv tal-RT-qPCR għall-ISAV bi tħassir fl-HPR, għandhom jiġu ttestjati kampjuni ulterjuri qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikolu 58. Każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR għandu jiġi kkonfermat skont il-kriterji li ġejjin billi jintużaw il-metodi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut:

(i)

Detezzjoni tal-ISAV permezz tal-RT-qPCR, segwita b’sekwenzjar tal-ġene HE sabiex jiġi vverifikat it-tħassir fl-HPR, u d-detezzjoni tal-ISAV fi preparati tat-tessuti permezz ta’ antikorpi speċifiċi kontra l-ISAV;

(ii)

id-detezzjoni tal-ISAV permezz tal-RT-qPCR, inkluż is-sekwenzjar tal-ġene HE sabiex jiġi vverifikat it-tħassir fl-HPR; u iżolament u identifikazzjoni tal-ISAV f’koltura taċ-ċelloli minn tal-anqas kampjun wieħed minn kwalunkwe ħuta mill-istabbiliment;

(c)

fejn tiġi osservata l-preżenza ta’ sejbiet patoloġiċi jew istopatoloġiċi kliniċi kbar li jkunu konsistenti mal-infezzjoni, is-sejbiet għandhom jiġu kkorroborati permezz ta’ detezzjoni tal-virus b’żewġ metodi dijanjostiċi bi prinċipji indipendenti ta’ detezzjoni, bħall-RT-qPCR u l-IHC, f’konformità mal-proċeduri approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.

Is-suspett ta’ ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jiġi eskluż jekk it-testijiet u ż-żjarat tas-saħħa mwettqa fuq perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tas-suspett ma jiżvelaw ebda evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-virus.

KAPITOLU 3

Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar irid jsir eżatt wara li t-temperatura tal-ilma tkun qabżet is-17-il °C;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu japplikaw il-kriterji tal-għażla li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti Ostrea spp., il-gajdri ta’ dik l-ispeċi biss għandhom jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;

(ii)

jekk fl-unitajiet tal-produzzjoni jkun hemm molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif imutu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti tal-molluski li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(iv)

meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawn il-punti tat-teħid ta’ kampjuni, huma l-punti preċedenti tat-teħid ta’ kampjuni fejn instabet il-Marteilia refringens, id-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.

Taqsima 2

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti bi stat tas-saħħa mhux magħruf

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq tliet snin li ġejja:

(a)

l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ tliet snin konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 3.A;

(b)

matul dak il-perjodu ta’ tliet snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-Marteilia refringens u kwalunkwe suspett ta’ Marteilia refringens irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

(c)

meta jkunu jridu jiġu inklużi molluski tal-ispeċi Ostrea edulis fil-kampjun, miġjuba minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-mard, dawn iridu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-anqas mir-rebbiegħa li tiġi eżatt qabel il-perjodu li fih titwettaq l-iskema.

2.

Jekk tiġi identifikata l-Marteilia refringens matul l-iskema fuq tliet snin stipulata fil-punt 1, qabel ma tinbeda skema ġdida fuq tliet snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:

(a)

ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;

(b)

jiġu ripopolati b’molluski minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.

Tabella 3.A

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ tliet snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens

Sena ta’ sorveljanza

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Sena 1

1

1

150

Sena 2

1

1

150

Sena 3

1

1

150

Taqsima 3

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti magħrufa li huma infettati bil-Marteilia refringens

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Marteilia refringens, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu ġew applikati b’mod effettiv il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 u trid tkun ġiet stabbilita żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza, fl-inħawi tal-istabbiliment(i) jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat(i) bil-Marteilia refringens, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;

(b)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona protetta jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bil-Marteilia refringens iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas tinvolvi l-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 150 mollusk wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni tal-Marteilia refringens. Meta l-perjodu tat-trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid jibda fil-perjodu wara li t-temperatura tal-ilma taqbeż is-17-il °C;

(c)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, u jekk possibbli jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63.

Il-mistrieħ sanitarju jrid jitwettaq skont l-Artikolu 64 u d-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’:

(i)

xahrejn (2) fil-każ ta’ stabbilimenti u ta’ gruppi ta’ stabbilimenti li jistgħu jitbattlu għalkollox u jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew bħal postijiet tat-tifqis u tat-tkabbir taż-żgħar;

(ii)

xahrejn (2) fil-każ tal-istabbilimenti u tal-gruppi ta’ stabbilimenti li ma jkunux jistgħu jitbattlu u jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew dment li l-molluski infettati tal-ispeċijiet elenkati u dawk il-molluski tal-ispeċijiet elenkati b’rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment jew mal-grupp ta’ stabbilimenti infettati jkunu nqabdu jew tneħħew qabel il-perjodu tas-sena meta l-prevalenza ta’ Marteilia refringens tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu jew, meta dak il-perjodu ma jkunx magħruf, qabel il-perjodu li fih it-temperatura tal-ilma taqbeż is-17-il °C;

(iii)

14-il xahar fil-każ tal-istabbilimenti u tal-gruppi ta’ stabbilimenti li ma jkunux jistgħu jitbattlu u jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew jekk il-molluski infettati tal-ispeċijiet elenkati u dawk il-molluski tal-ispeċijiet elenkati b’rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment jew mal-grupp ta’ stabbilimenti tal-molluski infettati ma jkunux inqabdu jew tneħħew qabel il-perjodu tas-sena meta l-prevalenza ta’ Marteilia refringens tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu jew, meta dik id-data ma tkunx magħrufa, meta l-molluski tal-ispeċijiet suxxettibbli ma jkunux inqabdu jew tneħħew qabel il-perjodu li fih it-temperatura tal-ilma taqbeż is-17-il °C.

Meta jitbattlu l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha, irid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat;

(d)

ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);

(e)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni jridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;

(f)

stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’molluski miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens.

2.

Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:

(a)

trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens inklużi stabbilimenti oħra u molluski selvaġġi, bħal:

(i)

in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski fuq l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettati bil-Marteilia refringens;

(ii)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien u l-molluski selvaġġi;

(iii)

il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;

(iv)

l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;

(v)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;

(vi)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u

(vii)

fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;

(b)

id-demarkazzjoni ġeografika trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-Martellia refringens, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u

(ii)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;

jew

(iii)

fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza.

Taqsima 4

Żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens

1.

Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 3.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens.

2.

Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens irid jitqies bħala għoli.

3.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Marteilia refringens u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-taqsima 5.

Tabella 3.B

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-mard għall-Marteilia refringens

Livell ta’ riskju (13)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull 3 snin

1 kull 3 snin

150

Taqsima 5

Metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar

1.

L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3.

2.

Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR.

3.

Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:

(a)

l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas teħid ta’ kampjun wieħed ta’ 30 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli jekk is-suspett ikun ibbażat fuq rapport ta’ mortalità jew, jekk le, 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni ta’ Marteilia refringens. Meta l-perjodu tat-trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid jibda fil-perjodu wara li t-temperatura tal-ilma taqbeż 17-il °C;

(b)

il-kampjuni jridu jiġu ttestjati bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt (i) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski:

(i)

il-preżenza tal-Marteilia refringens trid titqies bħala kkonfermata meta jinkiseb riżultat pożittiv permezz tal-istopatoloġija, tal-marki tat-tessuti jew tal-ibridizzazzjoni in situ flimkien ma’ riżultat pożittiv permezz tal-PCR li jkun komplut bis-sekwenzjar. Jekk ma jkunx hemm materjal bijoloġiku disponibbli għall-istopatoloġija, għall-marki tat-tessuti jew għall-ibridazzjoni in situ, il-preżenza ta’ Marteilia refringens trid titqies bħala kkonfermata meta jinkisbu riżultati pożittivi bl-użu ta’ żewġ assaġġi tal-PCR immirati lejn frammenti differenti tal-ġenoma tal-parassita u kkompletati permezz tas-sekwenzjar;

(ii)

is-suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jiġi eskluż jekk it-testijiet imsemmija f’(i) ma jiżvelawx evidenza ulterjuri tal-preżenza ta’ Marteilia refringens.

KAPITOLU 4

Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti Ostrea spp., gajdri ta’ dik l-ispeċi biss għandhom jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti jew minn gruppi ta’ stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(iv)

meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma l-punti preċedenti fejn instabet il-Bonamia exitiosa, id-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi (eż.Crassostrea gigas), il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti għandhom ikunu inklużi fil-kampjunar.

Taqsima 2

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti bi stat tas-saħħa mhux magħruf

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq 3 snin li ġejja:

(a)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ 3 snin konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 4.A;

(b)

matul dak il-perjodu ta’ 3 snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa u kwalunkwe suspett ta’ Bonamia exitiosa jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

(c)

meta jkunu jridu jiġu inklużi molluski tal-ispeċi Ostrea edulis fil-kampjun, miġjuba minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-mard, dawn iridu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-anqas sena qabel ma titwettaq l-iskema.

2.

Jekk tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia exitiosa matul l-iskema fuq 3 snin imsemmija fil-punt 1; qabel ma tinbeda skema ġdida fuq 3 snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:

(a)

ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;

(b)

jiġu ripopolati b’molluski minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.

Tabella 4.A

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ 3 snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Sena ta’ sorveljanza

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Sena 1

2

2

150

Sena 2

2

2

150

Sena 3

2

2

150

Taqsima 3

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti magħrufa li huma infettati bil-Bonamia exitiosa

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Bonamia exitiosa, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti ddikjarat infettat bil-Bonamia exitiosa, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;

(b)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona protetta, jew fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, fiż-żona ristretta, mhux infettati bil-Bonamia exitiosa trid tkun soġġetta għal investigazzjoni li tal-anqas tinvolvi l-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni tal-Bonamia exitiosa. Meta l-perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid isir fuq gajdri li jkunu qattgħu tal-anqas sena fiż-żona ta’ protezzjoni;

(c)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, u jekk possibbli jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63.

Il-mistrieħ sanitarju jrid jitwettaq skont l-Artikolu 64 u d-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’ sitt xhur.

Meta jitbattlu l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha, irid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat;

(d)

ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);

(e)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni jridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;

(f)

stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’molluski miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa.

2.

Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:

(a)

trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa inklużi stabbilimenti oħra u molluski selvaġġi, bħal:

(i)

in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski fl-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat bil-Bonamia exitiosa;

(ii)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien u l-molluski selvaġġi;

(iii)

il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;

(iv)

l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;

(v)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;

(vi)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u

(vii)

fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;

(b)

id-demarkazzjoni ġeografika trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-Bonamia exitiosa, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u

(ii)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;

jew

(iii)

fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza.

Taqsima 4

Żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

1.

Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 4.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa.

2.

Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jrid jitqies bħala għoli.

3.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.

Tabella 4.B

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Livell ta’ riskju (14)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull 3 snin

1 kull 3 snin

150

Taqsima 5

Metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar

1.

L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3.

2.

Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR.

3.

Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:

(a)

l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas teħid ta’ kampjun wieħed ta’ 30 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli jekk is-suspett ikun ibbażat fuq rapport ta’ mortalità jew, jekk le, 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni ta’ Bonamia exitiosa. Meta tali perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa;

(b)

il-kampjuni jridu jiġu ttestjati bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt (i) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski:

(i)

il-preżenza tal-Bonamia exitiosa trid titqies li hija kkonfermata meta jkun hemm riżultat pożittiv permezz tal-istopatoloġija, tal-marki tat-tessuti jew tal-ibridizzazzjoni in situ flimkien ma’ riżultat pożittiv permezz tal-PCR segwit mis-sekwenzjar. Jekk ma jkunx hemm materjal bijoloġiku disponibbli għall-istopatoloġija, għall-marki tat-tessuti jew għall-ibridazzjoni in situ, il-preżenza ta’ Bonamia exitiosa trid titqies bħala kkonfermata meta jinkisbu riżultati pożittivi bl-użu ta’ żewġ assaġġi tal-PCR immirati lejn frammenti differenti tal-ġenoma tal-parassita u kkompletati permezz tas-sekwenzjar;

(ii)

is-suspett tal-preżenza ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jrid jiġi eskluż jekk dawk it-testijiet ma jiżvelawx evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-Bonamia exitiosa.

KAPITOLU 5

Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar irid isir fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti Ostrea edulis, huma biss il-gajdri ta’ dak l-ispeċi li jridu jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea edulis, il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti jew minn gruppi ta’ stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(iv)

meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma l-punti preċedenti fejn instabet il-Bonamia ostreae, id-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti għandhom ikunu inklużi fil-kampjunar.

Taqsima 2

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti bi stat tas-saħħa mhux magħruf

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq 3 snin li ġejja:

(a)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ 3 snin konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 5.A;

(b)

matul dak il-perjodu ta’ 3 snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae u kwalunkwe suspett ta’ Bonamia ostreae jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

(c)

meta jkunu jridu jiġu inklużi molluski tal-ispeċi Ostrea edulis fil-kampjun, miġjuba minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-mard, dawn iridu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-anqas sena qabel ma titwettaq l-iskema.

2.

Jekk tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia ostreae matul l-iskema fuq 3 snin imsemmija fil-punt 1; qabel ma tinbeda skema ġdida fuq 3 snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:

(a)

ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;

(b)

jiġu ripopolati b’molluski minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.

Taqsima 3

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti magħrufa li huma infettati bil-Bonamia ostreae

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Bonamia ostreae, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti ddikjarat infettat bil-Bonamia ostreae, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;

(b)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona protetta jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, fiż-żona ristretta, mhux infettati bil-Bonamia ostreae trid tkun soġġetta għal investigazzjoni li tal-anqas tinvolvi l-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni tal-Bonamia ostreae. Meta l-perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid jibda fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;

(c)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, u jekk possibbli jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63.

Il-mistrieħ sanitarju jrid jitwettaq skont l-Artikolu 64 u d-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’ sitt xhur.

Meta jitbattlu l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha, irid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat;

(d)

ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);

(e)

l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni jridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;

(f)

stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema ta’ sorveljanza stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’molluski miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae.

2.

Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:

(a)

trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae inklużi stabbilimenti oħra u molluski selvaġġi, bħal:

(i)

in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski fuq l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat bil-Bonamia ostreae;

(ii)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien u l-molluski selvaġġi;

(iii)

il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;

(iv)

l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;

(v)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;

(vi)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u

(vii)

fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;

(b)

id-demarkazzjoni ġeografika trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-Bonamia ostreae, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u

(ii)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;

jew

(iii)

fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza.

Tabella 5.A

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ 3 snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Sena ta’ sorveljanza

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Sena 1

1

1

150

Sena 2

1

1

150

Sena 3

1

1

150

Taqsima 4

Żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

1.

Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 5.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae.

2.

Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jrid jitqies bħala għoli.

3.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.

Tabella 5.B

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Livell ta’ riskju (15)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull 3 snin

1 kull 3 snin

150

Taqsima 5

Metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar

1.

L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3.

2.

Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR.

3.

Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:

(a)

l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas teħid ta’ kampjun wieħed ta’ 30 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli jekk is-suspett ikun ibbażat fuq rapport ta’ mortalità jew, jekk le, 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni ta’ Bonamia ostrea. Meta l-perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar għandu jibda fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;

(b)

il-kampjuni jridu jiġu ttestjati bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt (i) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski:

(i)

il-preżenza tal-Bonamia ostreae trid titqies li hija kkonfermata meta jkun hemm riżultat pożittiv permezz tal-istopatoloġija, tal-marki tat-tessuti jew tal-ibridizzazzjoni in situ flimkien ma’ riżultat pożittiv permezz tal-PCR segwit mis-sekwenzjar. Jekk ma jkunx hemm materjal bijoloġiku disponibbli għall-istopatoloġija, għall-marki tat-tessuti jew għall-ibridazzjoni in situ, il-preżenza ta’ Bonamia ostreae trid titqies bħala kkonfermata meta jinkisbu riżultati pożittivi bl-użu ta’ żewġ assaġġi tal-PCR immirati lejn frammenti differenti tal-ġenoma tal-parassita u kkompletati permezz tas-sekwenzjar;

(ii)

is-suspett tal-preżenza ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae jrid jiġi eskluż jekk dawk it-testijiet ma jiżvelawx evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-Bonamia ostreae.

KAPITOLU 6

Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV)

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kampjunar ta’ krustaċji għal eżaminazzjoni fil-laboratorju jrid jitwettaq kull meta jkun probabbli li t-temperatura tal-ilma tilħaq l-ogħla punt annwali tagħha. Dak ir-rekwiżit li jikkonċerna t-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għaż-żjarat tas-saħħa, fejn dawn ikunu fattibbli;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ krustaċji mrobbija f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti krustaċji dgħajfa jew moribondi fl-unitajiet tal-produzzjoni, tali krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali krustaċji ma jkunux preżenti, dawk magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ koorti ta’ daqsijiet differenti, jiġifieri dawk frieħ u adulti tal-ispeċijiet suxxettibbli magħżula, li jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(ii)

jekk jintuża iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-krustaċji, għall-kampjunar iridu jiġu inklużi krustaċji tal-ispeċijiet suxxettibbli li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma;

(c)

meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi wkoll tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet selvaġġi suxxettibbli jiġifieri sistemi marini, tal-estwarji, tax-xmajjar u tal-lagi. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-krustaċji li jrid jittieħed kampjun tagħhom iridu jintgħażlu kif ġej:

(i)

f’żoni ta’ sistemi marini u tal-estwarji, trid tingħażel speċi waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin: Carcinus maenas, Cancer pagurus, Eriocheir sinensis, Liocarcinus depurator, Liocarcinus puber, Crangon crangon, Homarus gammarus, Palaemon adspersus jew l-ispeċi tal-gamblu penaeid, jiġifieri Penaeus japonicus, Penaeus kerathurus, Penaeus semisulcatus. Jekk dawk l-ispeċijiet ma jkunux preżenti, il-kampjun irid jkun rappreżentattiv ta’ speċijiet decapod suxxettibbli oħra li jkunu preżenti;

(ii)

f’sistemi tax-xmajjar u tal-lagi, trid tingħażel speċi waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin: Pacifastacus leniusculus, Astacus leptodactylus, Austropotamobius pallipes jew Orconectes limosus. Jekk dawk l-ispeċijiet ma jkunux preżenti, il-kampjun irid jkun rappreżentattiv ta’ speċijiet decapod suxxettibbli oħra li jkunu preżenti;

(iii)

jekk ikunu preżenti krustaċji dgħajfa jew moribondi, dawn il-krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali krustaċji ma jkunux preżenti, dawk magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ koorti ta’ daqsijiet differenti, jiġifieri dawk frieħ u adulti tal-ispeċijiet suxxettibbli magħżula, li jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.

Taqsima 2

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti bi stat tas-saħħa mhux magħruf

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bid-WSSV jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq sentejn (2) li ġejja:

(a)

l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 6.A;

(b)

matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-infezzjoni bid-WSSV u kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;

2.

Jekk l-infezzjoni bid-WSSV tiġi identifikata matul l-iskema fuq sentejn (2) imsemmija fil-punt 1, qabel ma tinbeda skema ġdida fuq sentejn (2), l-istabbilimenti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:

(a)

ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;

(b)

jiġu ripopolati bi krustaċji minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bid-WSSV jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.

Taqsima 3

L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV fl-Istati Membri, fiż-żoni u fil-kompartimenti magħrufa li huma infettati bid-WSSV

1.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bid-WSSV jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment(i) iddikjarat(i) infettat(i) bid-WSSV, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;

(b)

l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni, jew fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bid-WSSV, iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas ikollha dawn li ġejjin:

(i)

il-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 10 krustaċji, meta jkunu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu konsistenti ma’ infezzjoni bid-WSSV, jew ta’ 150 krustaċju, meta ma jkunux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem; u

(ii)

żjarat tas-saħħa; f’dawk l-istabbilimenti fejn it-testijiet imsemmija f’(i) jkunu pproduċew riżultati negattivi, iż-żjarat tas-saħħa jridu jkomplu darba fix-xahar matul l-istaġun meta t-temperatura tal-ilma jkollha probabbiltà li tilħaq l-ogħla punti annwali tagħha, sakemm iż-żona ta’ protezzjoni tkun ġiet irtirata skont il-punt (c);

(c)

l-istabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63 u jitħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64. Id-durata tal-perjodu ta’ mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’ sitt ġimgħat. Meta jitbattlu l-istabbilimenti infettati kollha, għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkroniku ta’ tal-anqas tliet ġimgħat.

Meta jsir il-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti uffiċjalment iddikjarati bħala infettati, iż-żoni ta’ protezzjoni għandhom jiġu kkonvertiti f’żoni ta’ sorveljanza;

(d)

ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);

(e)

l-istabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u meta tkun meħtieġa s-sorveljanza fil-popolazzjonijiet selvaġġi, il-punti ta’ kampjunar kollha magħżula sabiex jipprovdu l-akbar kopertura tal-erja ġeografika fil-programm ta’ eradikazzjoni jridu jkunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;

(f)

stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat bi krustaċji miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV.

2.

Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ b’kunsiderazzjoni tal-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tad-WSSV għall-krustaċji mrobbija u selvaġġi, bħal:

(i)

in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-krustaċji fuq l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat bid-WSSV inklużi stabbilimenti oħra u krustaċji selvaġġi;

(ii)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien inklużi l-krustaċji selvaġġi;

(iii)

il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;

(iv)

l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;

(v)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;

(vi)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u

(vii)

fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati.

Tabella 6. A

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV

Sena ta’ sorveljanza

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena

Numru ta’ krustaċji fil-kampjun

Sena 1

1

1

150

Sena 2

1

1

150

Taqsima 4

Żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV

1.

Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-krustaċji jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 6.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bid-WSSV.

2.

Fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti fejn in-numru ta’ stabbilimenti huwa limitat u s-sorveljanza mmirata f’dawk l-istabbilimenti ma tipprovdix biżżejjed data epidemjoloġika, is-sorveljanza għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard trid tinkludi l-punti ta’ kampjunar magħżula f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) tat-Taqsima 1.

3.

Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bid-WSSV irid jitqies bħala għoli.

4.

L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għad-WSSV u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.

Tabella 6. B

Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV

Livell ta’ riskju (16)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ krustaċji fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull 4 snin

150

Taqsima 5

Metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar

1.

Qabel it-tħejjija ta’ kampjuni għal PCR, kampjuni ta’ epidermis integumentali, dissezzjonati jew inkella li jkunu jinsabu fir-riġlejn, fil-pleopodi, fil-partijiet tal-ħalq jew fil-garġi tal-annimal tat-test iridu jiġu ffissati f’95 % etanol.

Jistgħu jinġabru kampjuni oħrajn, iffissati għal istoloġija u għal mikroskopija tal-elettroni tat-trażmissjoni, sabiex jappoġġjaw id-data dijanjostika li tirriżulta mill-PCR.

2.

Il-metodu u l-proċeduri dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bid-WSSV jridu jkunu PCR segwita mis-sekwenzjar. Meta jiġu applikati dawn il-metodi dijanjostiċi, iridu jiġu segwiti l-metodi u l-proċeduri ddettaljati korrispondenti li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Krustaċji.

Fil-każ ta’ riżultat pożittiv mit-test tal-PCR, ir-riżultat irid ikun segwit mis-sekwenzjar tal-amplikon qabel ma jiġu implimentati l-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2016/429.

3.

Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:

(a)

l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas żjara tas-saħħa waħda u għal kampjunar wieħed ta’ 10 krustaċji, meta jiġu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem konsistenti ma’ infezzjoni bid-WSSV, jew 150 krustaċju, meta ma jiġux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem. Il-kampjuni jridu jiġu ttestjati billi jintuża l-metodu dijanjostiku stabbilit fil-punt 2;

(b)

il-preżenza tad-WSSV trid titqies bħala kkonfermata meta l-PCR segwita mis-sekwenzjar, imwettqa skont il-metodi u l-proċeduri ddettaljati li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Krustaċji jittestjaw pożittivi għad-WSSV.

Is-suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV jista’ jiġi eskluż jekk dawk it-testijiet ma jiżvelaw ebda evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-virus.

PARTI III

REKWIŻITI GĦALL-WIRI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA GĦALL-MARD TAL-KATEGORIJA C U GĦALL-BIDU MILL-ĠDID TA’ DAWK IL-PROGRAMMI WARA TIFQIGĦA TA’ MARDA

Il-Parti III tkopri r-rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għal marda partikolari u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda.

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

Kapitolu 1

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Kapitolu 1

Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR

Kapitolu 2

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Kapitolu 3

Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Kapitolu 4

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Kapitolu 5

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV)

Kapitolu 6

KAPITOLU 1

Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-VHS jew għall-IHN u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar għall-VHS u għall-IHN

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar iridu jsiru matul il-perjodu tas-sena li fih it-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C jew, meta ma jintlaħqux temperaturi ta’ anqas minn 14-il °C, iridu jittieħdu kampjuni fl-anqas punti annwali;

(b)

l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żona fl-iżbokk tal-ilma fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma;

(c)

il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:

(i)

jekk tkun preżenti trota qawsalla, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jingħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ VHS jew ta’ IHN; jekk ma jkunux preżenti troti qawsalla, il-kampjun irid ikun jirrappreżenta l-ispeċijiet suxxettibbli kollha l-oħra li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikun preżenti ħut dgħajjef, b’imġiba anormali jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stadju ta’ dekompożizzjoni, tali ħut għandu jintgħażel; jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;

(iii)

il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi sabiex tintwera l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza

1.

Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-ħut irid jiddaħħal fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 1.

2.

Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 1 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN.

Taqsima 3

Rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda

Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-VHS jew bl-IHN jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:

(a)

ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u

(b)

iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:

(i)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-VHS jew mill-IHN;

(ii)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-VHS jew l-IHN; jew

(iii)

qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-VHS jew għall-IHN.

Tabella 1

Programm ta’ sorveljanza għall-VHS/għall-IHN.

Livell ta’ riskju (17)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ ħut fil-kampjun (18)

Għoli

1 kull sena

30

Medju

1 kull sentejn (2)

30

Baxx

1 kull 3 snin

30

KAPITOLU 2

Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar iridu jqisu l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankiijiet u gaġeġ tax-xbieki, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex preżenti ħut mejjet, dgajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari lit-truf tal-gaġeġ jew liż-żona fl-iżbokk tal-ilma, skont kif ikun rilevanti, fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut bla saħħa minħabba l-kurrent tal-ilma;

(b)

il-ħut li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:

(i)

irid jingħażel biss ħut moribond jew li jkun għadu kif imut iżda li ma jkunx fi stat ta’ dekompożizzjoni; b’mod partikolari, ħut li juri anemija, emorraġija jew sinjali kliniċi oħra li jissuġġerixxu disturbi ċirkolatorji jridu jingħataw prijorità għall-ġbir;

(ii)

jekk ikun preżenti salamun tal-Atlantiku, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jingħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ ISA. Jekk ma jkunx hemm salamun tal-Atlantiku fl-istabbiliment, iridu jinġabru kampjuni ta’ speċijiet elenkati oħra;

(iii)

jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;

(iv)

il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-unitajiet kollha tal-produzzjoni fl-istabbiliment, bħal gaġeġ bix-xibka, tankijiet u vaski, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha fl-istabbiliment, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi sabiex tintwera l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza

1.

Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-ħut irid jiddaħħal fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 2.

2.

Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 2 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR.

Tabella 2

Programm ta’ sorveljanza għall-ISAV bi tħassir fl-HPR

Livell ta’ riskju (19)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena

Numru ta’ ħut fil-kampjun

Għoli

2

2 (20)

30

Medju

1

1 (21)

30

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn

30

Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5

Taqsima 3

Rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda

Stabbiliment li jkun ġie infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:

(a)

ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u

(b)

iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:

(i)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;

(ii)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; jew

(iii)

qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.

KAPITOLU 3

Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għall-eżaminazzjoni fil-laboratorju jridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir eżatt wara li t-temperatura tal-ilma tkun qabżet is-17-il °C;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 3, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

Ostrea spp. iridu jiġu inklużi fil-kampjun. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet elenkati l-oħra kollha li jkunu preżenti;

(ii)

jekk fl-unitajiet tal-produzzjoni jkun hemm molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif imutu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti tal-molluski li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(iv)

meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma d-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi sabiex tintwera l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza

1.

Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 3.

2.

Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 3 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Marteilia refringens.

Tabella 3

Programm ta’ sorveljanza għall-Marteilia refringens

Livell ta’ riskju (22)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull erba’ snin

150

Taqsima 3

Rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda

Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Marteilia refringens jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:

(a)

ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u

(b)

iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:

(i)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;

(ii)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; jew

(iii)

qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens.

KAPITOLU 4

Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-unitajiet tal-produzzjoni jridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-Bonamia exitiosa fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa;

(b)

meta jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti Ostrea spp., gajdri ta’ dik l-ispeċi biss għandhom jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(iv)

meta jsir kampjunar fi stabbilimenti jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma d-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi (eż.Crassostrea gigas), il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi sabiex tintwera l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza

1.

Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 4.

2.

Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 4 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa.

Tabella 4

Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Livell ta’ riskju (23)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull 4 snin

150

Taqsima 3

Rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda

Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Bonamia exitiosa jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza dment li:

(a)

ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u

(b)

iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:

(i)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;

(ii)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; jew

(iii)

qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa.

KAPITOLU 5

Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-unitajiet tal-produzzjoni għandhom jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-Bonamia ostreae fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 5, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti Ostrea edulis, huma biss il-gajdri ta’ dak l-ispeċi li jridu jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea edulis, il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;

(ii)

jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(iv)

meta jittieħdu kampjuni fi stabbilimenti jew fi gruppi ta’ stabbilimenti tal-molluski, fil-kampjun iridu jiġu inklużi molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma d-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi sabiex tintwera l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza

1.

Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 5.

2.

Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 5 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae.

Tabella 5

Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Livell ta’ riskju (24)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ molluski fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull 4 snin

150

Taqsima 3

Rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda

Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Bonamia ostreae jista’ jerġa’ jibda l-programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:

(a)

ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u

(b)

iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:

(i)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;

(ii)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; jew

(iii)

qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae.

KAPITOLU 6

Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u għall-kampjunar għall-infezzjoni bid-WSSV

Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kampjunar ta’ krustaċji għal eżaminazzjoni fil-laboratorju jrid jitwettaq kull meta jkun probabbli li t-temperatura tal-ilma tilħaq l-ogħla punt annwali tagħha. Dak ir-rekwiżit li jikkonċerna t-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għaż-żjarat tas-saħħa, fejn dawn ikunu fattibbli u xierqa;

(b)

meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ krustaċji mrobbija f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 6, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk ikunu preżenti krustaċji dgħajfa jew moribondi fl-unitajiet tal-produzzjoni, tali krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali krustaċji ma jkunux preżenti, dawk magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ koorti ta’ daqsijiet differenti, jiġifieri dawk frieħ u adulti tal-ispeċijiet suxxettibbli magħżula, li jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;

(ii)

jekk jintuża iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-krustaċji, għall-kampjunar iridu jiġu inklużi krustaċji tal-ispeċijiet suxxettibbli li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi sabiex tintwera l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza

1.

Iż-żjarat tas-saħħa għandhom isiru u l-krustaċji għandhom jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 6.

2.

Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 6 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-infezzjoni bid-WSSV.

Tabella 6

Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV

Livell ta’ riskju (25)

Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti

Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju

Numru ta’ krustaċji fil-kampjun

Għoli

1 kull sena

1 kull sentejn (2)

150

Medju

1 kull sentejn (2)

1 kull sentejn (2)

150

Baxx

1 kull sentejn (2)

1 kull 4 snin

150

Taqsima 3

Rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda

Stabbiliment li jkun ġie infettat bid-WSSV jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:

(a)

ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u

(b)

iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:

(i)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bid-WSSV;

(ii)

fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bid-WSSV; jew

(iii)

qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV.


(1)  Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.

(2)  Il-fluwidu ovariku jew seminali tal-ħut riproduttur għandu jinġabar fil-waqt tal-maturazzjoni, b’rabta mal-ispremitura.

(3)  Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.

(4)  Il-fluwidu ovariku jew seminali tal-ħut riproduttur għandu jinġabar fil-waqt tal-maturazzjoni, b’rabta mal-ispremitura.

(5)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.

(6)  Kampjun wieħed irid jittieħed f’kull żjara tas-saħħa.

(7)  Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.

(8)  Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa ta’ kull sena.

(9)  Ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jrabbu biss it-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) jew it-trota kannella (Salmo trutta) jew kemm it-trota qawsalla kif ukoll it-trota kannella, u fejn il-provvista tal-ilma tkun esklużivament ibbażata fuq sorsi ta’ ilma ħelu li mhumiex ippopolati bis-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar).

(10)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.

(11)  Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa meta jkunu meħtieġa żewġ kampjuni kull sena

(12)  Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa jew il-ħarifa meta jkun meħtieġ kampjun wieħed kull sena.

(13)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.

(14)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.

(15)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.

(16)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.

(17)  Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.

(18)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I.Numru massimu ta’ ħut għal kull vaska: 10

(19)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I

(20)  Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa meta jkunu meħtieġa żewġ kampjuni kull sena

(21)  Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa jew il-ħarifa meta jkun meħtieġ kampjun wieħed biss kull sena

(22)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I

(23)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I.

(24)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I

(25)  Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I


Top