EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0688

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 174, 3.6.2020, p. 140–210 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/688/oj

3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/140


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/688

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (il-“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali (1)”) u, b’mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(5), l-Artikolu 125(2), l-Artikolu 131(1), l-Artikolu 132(2), l-Artikolu 135, l-Artikolu 136(2), l-Artikolu 137(2), l-Artikolu 140, l-Artikolu 144(1), l-Artikolu 146(1), l-Artikolu 147, l-Artikolu 149(4), l-Artikolu 154(1), l-Artikolu 156(1), l-Artikolu 160, l-Artikolu 162(3) u (4), l-Artikolu 163(5)(b) u (c) u l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. Fil-Kapitoli 3-5 tat-Titolu I tal-Parti IV, jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma u selvaġġi u l-prodotti ġerminali tagħhom. Ir-Regolament jagħti s-setgħa wkoll lill-Kummissjoni sabiex tadotta regoli li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament permezz ta’ atti delegati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu adottati dawn ir-regoli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas legali l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/429.

(2)

Ir-regoli u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji stipulati f’dan ir-Regolament huma meħtieġa sabiex jissupplimentaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitoli 3-5 tat-Titolu I tal-Parti IV tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma u selvaġġi u ta’ bajd għat-tifqis, sabiex jiġi żgurat li dawk il-komoditajiet ma jippreżentaw l-ebda riskju sinifikanti ta’ tixrid tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 5(1) u fl-Anness II tal-istess Regolament, kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629 (2) u kkategorizzat f’konformità mal-Artikolu 9(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/429 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). Ir-Regolament (UE) 2016/429 għandu l-għan li jipprovdi qafas regolatorju aktar sempliċi u flessibbli, imqabbel ma’ dak li kien japplika qabel l-adozzjoni tiegħu, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura approċċ aktar ibbażat fuq ir-riskji għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, kif ukoll titjib fit-tħejjija, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali. Għandu wkoll l-għan li jiġbor ir-regoli dwar il-mard tal-annimali f’att wieħed, minflok ma jkunu mxerrdin f’għadd ta’ atti differenti. Ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament dwar ċerti prodotti ġerminali, b’mod partikolari l-bajd għat-tifqis, isegwu l-istess approċċ. Il-kontenut tar-regoli huwa sostanzjalment marbut, minħabba li dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-operaturi kollha li jċaqilqu annimali terrestri miżmuma jew selvaġġi jew bajd għat-tifqis. Fl-interessi tas-sempliċità u tat-trasparenza, kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli u tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni, jenħtieġ li jiġu stipulati f’att wieħed minflok f’għadd ta’ atti separati b’referenzi inkroċjati.

(3)

L-Artikolu 5(1) u l-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429, kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629, jipprovdu l-lista ta’ mard tal-annimali ta’ rilevanza speċjali għal intervent tal-Unjoni, filwaqt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 jikkategorizzahom abbażi tal-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu applikati għalihom u jelenka l-ispeċijiet ta’ annimali li għalihom jenħtieġ li japplikaw dawk ir-regoli. Il-mard tal-kategorija D huwa meqjus li jippreżenta riskju konsiderevoli ta’ tixrid meta l-annimali jiġu mċaqilqa bejn l-Istati Membri.

(4)

Jeżistu programmi ta’ eradikazzjoni għall-eradikazzjoni tal-mard tal-kategorija B jew C. Ir-regoli għal dawn il-programmi huma stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (4). Dawn il-programmi ta’ eradikazzjoni japplikaw għal stabbiliment, żona jew Stat Membru, skont il-marda inkwistjoni, u l-miżuri meħtieġa jinkludu ċerti garanziji tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-annimali. Ir-Regolament Delegat imsemmi hawn fuq jistabbilixxi wkoll ir-regoli għar-rikonoxximent tal-Istati Membri u ż-żoni ħielsa mill-mard wara t-tlestija b’suċċess tal-programm ta’ eradikazzjoni rispettiv. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi wkoll għal tali garanziji tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ movimenti ta’ annimali lejn Stati Membri jew żoni oħra li jwettqu programmi ta’ eradikazzjoni jew li għandhom stat ta’ ħelsien mill-mard rikonoxxut.

(5)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti rekwiżiti supplimentari tas-saħħa tal-annimali li jikkonċernaw il-mard imsemmi fil-premessi (3) u (4) hawn fuq, l-ispeċijiet tal-annimali elenkati għall-marda rispettiva fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 u l-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll l-istandards rilevanti rrakkomandati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(6)

L-Artikolu 125 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-miżuri ta’ prevenzjoni tal-mard meħtieġa fir-rigward tat-trasport tal-annimali u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi rekwiżiti supplimentari għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi tat-trasport ta’ annimali terrestri miżmuma u miżuri ta’ bijosigurtà sabiex jitnaqqsu r-riskji possibbli li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tat-trasport tal-annimali fl-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti regoli aktar dettaljati dwar ir-rekwiżiti strutturali għall-mezzi tat-trasport u l-kontenituri u rekwiżiti ta’ bijosigurtà aktar dettaljati għall-operazzjonijiet tat-trasport tal-annimali, kif ukoll li jiġu previsti ċerti eżenzjonijiet. Japplikaw ukoll regoli simili għall-operaturi involuti fit-trasport ta’ ċerti prodotti ġerminali, b’mod partikolari bajd għat-tifqis tal-pollam u għasafar miżmuma, u dawn ir-regoli jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll f’dan ir-Regolament abbażi tal-Artikolu 157(3) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(7)

Ġew stabbiliti rekwiżiti għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi tat-trasport u miżuri ta’ bijosigurtà biex jiġu mmitigati r-riskji possibbli li jirriżultaw minn ċerti operazzjonijiet tat-trasport tal-annimali fir-regoli li kienu japplikaw qabel ir-Regolament (UE) 2016/429, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE (5), 91/68/KEE (6), 2009/156/KE (7) u 2009/158/KE (8) għal operazzjonijiet tat-trasport ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, pollam u bajd għat-tifqis. Dawk ir-rekwiżiti wrew li huma effettivi fil-prevenzjoni tar-riskju tat-tixrid ta’ mard tal-annimali fl-Unjoni permezz tal-operazzjonijiet tat-trasport. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm is-sustanza ta’ dawk ir-rekwiżiti u li dawn jiġu adattati għall-operazzjonijiet tat-trasport tal-annimali terrestri miżmuma kollha u tal-bajd għat-tifqis.

(8)

L-Artikolu 132(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-Kummissjoni tiddetermina perjodu ta’ żmien massimu li matulu l-operatur ta’ biċċerija li tirċievi ungulati u pollam miżmuma għall-iskarnar minn Stat Membru ieħor jenħtieġ li jiżgura li dawk l-annimali jiġu skarnati. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi perjodu ta’ żmien massimu bħal dan li fih jenħtieġ li l-annimali jiġu skarnati, sabiex jiġi żgurat li l-istat tas-saħħa tal-annimali ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi wkoll regoli għall-moviment ta’ konsenji ta’ ungulati suxxettibbli għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), li jista’ jkollhom riskju speċifiku ta’ tixrid minħabba t-trażmissjoni tal-marda li tinġarr minn vettur. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-iskarnar ta’ dawk l-annimali.

(9)

Fir-rigward tal-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ ungulati u pollam miżmuma, l-Artikolu 131(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi regoli dwar il-perjodi ta’ residenza, il-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex tiġi llimitata l-introduzzjoni tal-ungulati jew tal-pollam miżmuma fl-istabbilimenti qabel il-moviment, kif ukoll rekwiżiti supplimentari tas-saħħa tal-annimali sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(d) tiegħu. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri xierqa f’dan ir-Regolament sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-annimali u jiġi evitat it-tixrid tal-mard permezz tal-movimenti ta’ ungulati, pollam u għasafar miżmuma. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jqisu r-regoli li kienu japplikaw qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429. Tali regoli għall-ungulati, il-pollam u l-għasafar miżmuma ġew stipulati fid-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 91/68/KEE u 2009/158/KE, 2009/156/KE u, parzjalment, 92/65/KEE (9). Fejn rilevanti, dawk ir-regoli jenħtieġ li jintroduċu rekwiżiti ġodda jew differenti, b’mod partikolari sabiex jitqiesu l-istandards jew l-iżviluppi xjentifiċi ġodda jew il-lista ta’ mard prevista fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament Delegat (UE) 2018/1629 u l-kategorizzazzjoni tal-mard soġġetta għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.

(10)

Bl-istess mod, l-Artikoli 160(2) u 164(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati li jistabbilixxu rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’ pollam u għasafar miżmuma, jiġifieri bajd għat-tifqis. Għalhekk, dan ir-Regolament irid jipprevedi wkoll għal dawk ir-regoli.

(11)

Bħala linja bażi, il-movimenti ta’ annimali terrestri lejn Stat Membru ieħor jenħtieġ li jsiru mill-istabbiliment tal-oriġini direttament lejn il-post tad-destinazzjoni f’dak l-Istat Membru. Madankollu, b’deroga, dan il-moviment jista’ jiġi interrott u l-annimali jistgħu jgħaddu minn operazzjonijiet ta’ assemblaġġ. Dawn l-operazzjonijiet jirrappreżentaw riskju speċifiku għat-tixrid tal-mard tal-annimali. L-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli li jissupplimentaw dawk previsti fl-Artikoli 133 u 134 tiegħu għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fir-rigward tal-ungulati u l-pollam miżmuma, meta dawk l-annimali jkunu qegħdin jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti bħal dawn f’dan ir-Regolament.

(12)

Skont ir-regoli applikabbli qabel ir-Regolament (UE) 2016/429, stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 2009/156/KE, xi konsenji ta’ ungulati ma ġewx imċaqilqa direttament minn stabbiliment tal-oriġini għal stabbiliment tad-destinazzjoni. In-negozjanti, iċ-ċentri tal-assemblaġġ u ċ-ċentri ta’ raggruppament rraggruppaw l-annimali tal-istess stat ta’ saħħa, li waslu f’konsenji minn stabbilimenti differenti, sabiex jintbagħtu lejn id-destinazzjonijiet rispettivi tagħhom. Ir-regoli stipulati f’dawk id-Direttivi wrew li huma effettivi fil-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fl-Unjoni. Għaldaqstant, is-sustanza prinċipali ta’ dawk ir-regoli jenħtieġ li tinżamm, iżda jenħtieġ li tiġi aġġornata sabiex tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom u l-għarfien xjentifiku attwali. Jenħtieġ li jittieħed kont tal-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2016/429, li jipprevedi li l-operaturi jistgħu jissoġġettaw lill-ungulati u lill-pollam miżmuma għal massimu ta’ tliet operazzjonijiet tal-assemblaġġ matul moviment minn Stat Membru tal-oriġini lejn Stat Membru ieħor.

(13)

Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi prevista deroga mir-regoli dwar l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ skont l-Artikolu 140(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-ungulati li jipparteċipaw f’wirjiet u avvenimenti sportivi, kulturali u simili, billi l-miżuri alternattivi ta’ mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ inaqqsu r-riskju li joħolqu dawk l-operazzjonijiet f’termini tat-tixrid tal-mard elenkat. Dawn id-derogi huma previsti f’dan ir-Regolament.

(14)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma minbarra ungulati u pollam.

(15)

Qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma, inklużi primati, għasafar miżmuma, naħal tal-għasel u naħal bagħli, klieb, qtates u inmsa ġew stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE. Dawk ir-regoli wrew li huma effettivi sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard elenkat bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, is-sustanza prinċipali ta’ dawk ir-regoli jenħtieġ li tinżamm f’dan ir-Regolament, iżda jenħtieġ li tiġi aġġornata sabiex tqis l-esperjenza prattika miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi possibbiltajiet għal derogi f’każijiet fejn jiġu implimentati miżuri alternattivi ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(16)

L-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi r-regoli li jiżguraw li l-Parti IV tiegħu tiġi applikata b’mod korrett għall-movimenti ta’ annimali domestiċi, għajr il-movimenti mhux kummerċjali. Għalhekk, dan ir-Regolament irid jipprevedi ċerti regoli bħal dawn.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-ispeċijiet ta’ karnivori li jippreżentaw riskju konsiderevoli ta’ tixrid ta’ Echinococcus multilocularis u tal-virus tar-rabja meta jiġu mċaqilqa bejn l-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti rekwiżiti supplimentari tas-saħħa tal-annimali għal karnivori oħrajn sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid ta’ dak il-mard bejn l-Istati Membri.

(18)

L-Artikolu 137(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dettaljati minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 137(1) tiegħu għal movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati u għal movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma f’dawk l-istabbilimenti konfinati, fejn ikunu fis-seħħ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiggarantixxu li dawn il-movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa tal-annimali terrestri miżmuma fi ħdan dak l-istabbiliment konfinat u fl-istabbilimenti tal-madwar.

(19)

Qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, fid-Direttiva 92/65/KEE ġew stabbiliti regoli tal-Unjoni għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma f’korpi, istituti jew ċentri approvati. L-Artikoli 95 u 137 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu l-kunċett ta’ “stabbiliment konfinat”, li jikkorrespondi għal “korp, istitut jew ċentru approvat” kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 92/65/KEE. Għaldaqstant, is-sustanza prinċipali ta’ dawk ir-regoli preċedenti jenħtieġ li tinżamm, iżda jenħtieġ li tiġi aġġornata sabiex tqis l-esperjenza prattika miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li jittieħed kont ukoll tal-istandards rilevanti rrakkomandati għall-primati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE.

(20)

L-Artikolu 138(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi regoli għall-għoti ta’ derogi mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, li jissupplimentaw dawk imsemmija fl-Artikolu 138(1) u 138(2) tiegħu fir-rigward tal-moviment tal-annimali terrestri miżmuma għal skopijiet xjentifiċi. Qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, id-Direttiva 92/65/KEE pprevediet li l-klieb, il-qtates u l-inmsa li għandhom jiġu mċaqilqa għal skopijiet xjentifiċi lejn Stat Membru ieħor ma għandhomx bżonn jiġu mlaqqmin kontra r-rabja u li l-klieb ma hemmx bżonn li jkunu ngħataw trattament kontra infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis meta dawn l-annimali jkunu destinati għal korpi, istituti jew ċentri approvati. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi deroga simili.

(21)

L-Artikolu 140(a) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi li jissupplimentaw ir-regoli stipulati fl-Artikoli 126 sa 136 tiegħu għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma maħsuba għal ċirkli, wirjiet u avvenimenti sportivi.

(22)

Qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tal-Unjoni għall-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali kienu stipulati, abbażi tad-Direttiva 92/65/KEE, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 (10) imħassar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (11) mill-21 ta’ April 2021. Minħabba li dawk l-annimali bħalissa qegħdin jiġu mċaqilqa għal Stati Membri oħrajn mingħajr ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ akkumpanjament meta ċ-ċirklu jew il-wirja tal-annimali li għalihom jappartjenu jivvjaġġaw, ir-Regolament preżenti jenħtieġ li jżomm il-possibbiltà ta’ tali movimenti fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn tal-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirkli jew fil-wirjiet tal-annimali itineranti u li tiġi prevista deroga mir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(23)

Qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, ġew stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE u f’atti oħrajn regoli tal-Unjoni għall-movimenti ta’ għasafar miżmuma maħsuba għall-wiri fi Stat Membru ieħor.

(24)

Sabiex jiġi evitat ir-riskju tat-tixrid tal-mard elenkat relevanti għall-movimenti tal-għasafar miżmuma bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li f’dan ir-Regolament jinżammu r-regoli tal-Unjoni għall-movimenti tal-għasafar miżmuma maħsuba għall-wiri fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għasafar tal-priża li jattendu wirjiet tal-kaċċa waqt it-titjir fi Stat Membru ieħor u għall-ħamiem tat-tiġrija li għandhom jiġu mċaqilqa għal avvenimenti sportivi fi Stati Membri oħrajn.

(25)

L-Artikolu 144(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tagħti derogi mir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, previsti fl-Artikolu 143(1) tiegħu, għall-annimali terrestri miżmuma mċaqilqa bejn l-Istati Membri.

(26)

Bħalissa, f’konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 2009/156/KE, l-annimali ekwini rreġistrati jistgħu jiġu mċaqilqa mingħajr ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ta’ akkumpanjament bejn l-Istati Membri li, fuq bażi reċiproka, implimentaw sistema ta’ kontroll alternattiva li tipprovdi garanziji tas-saħħa tal-annimali rilevanti ekwivalenti għal dawk stipulati fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi deroga simili. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għall-moviment ta’ dawk l-annimali, inkluż il-kunsens tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(27)

L-Artikolu 144(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ annimali terrestri miżmuma minbarra ungulati, pollam u annimali maħsuba għal stabbilimenti konfinati f’każijiet fejn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun imperattiv sabiex jiġi żgurat li l-moviment inkwistjoni jkun konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikoli 124 sa 142 tar-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali li jippermettu l-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ konsenji ta’ għasafar miżmuma, naħal tal-għasel, naħal bagħli (għajr naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ta’ naħal bagħli ambjentalment iżolati approvati), primati, klieb, qtates, inmsa u karnivori oħrajn.

(28)

L-Artikolu 164(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u ta’ notifika għal movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’annimali terrestri miżmuma minbarra annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini u prodotti ġerminali tal-pollam. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali li jippermettu movimenti lejn Stati Membri oħra ta’ konsenji ta’ bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma.

(29)

Il-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ karnivori oħrajn minbarra klieb, qtates u inmsa jenħtieġ li jkunu permessi wkoll f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda vaċċin awtorizzat kontra r-rabja għal dawk il-karnivori fl-Istat Membru tal-oriġini u meta t-tilqim jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) li tipprevedi l-użu tal-prodotti mediċinali barra mit-termini tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni.

(30)

L-Artikolu 146(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dettaljati u informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal speċijiet u kategoriji differenti ta’ annimali terrestri miżmuma u għal tipi speċifiċi ta’ movimenti. L-Artikolu 162(3) tal-istess Regolament jesiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar l-informazzjoni li għandu jkun hemm fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri tal-bajd għat-tifqis, filwaqt li titqies l-informazzjoni minima li trid tiġi inkluża f’dak iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 162(1). Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-kontenut taċ-ċertifikati li għandhom jakkumpanjaw il-konsenji ta’ annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis meta dawk il-konsenji jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor.

(31)

L-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati dwar miżuri speċifiċi li jidderogaw minn, jew li jissupplimentaw, l-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tipi partikolari ta’ movimenti tal-annimali terrestri miżmuma. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ ungulati u ta’ pollam minn ġo stabbilimenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ assemblaġġ previsti fl-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2016/429 qabel ma jaslu fil-post tad-destinazzjoni finali tagħhom.

(32)

Sabiex jiġi żgurat li l-annimali terrestri miżmuma ċċertifikati għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz u li jkunu ttrasportati minn ġo Stat Membru ieħor sal-fruntiera esterna tal-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-moviment fl-Unjoni, l-operaturi jenħtieġ li jiżguraw li l-konsenji ta’ dawk l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jipprovdu attestazzjonijiet li jkunu mill-inqas stretti daqs dawk meħtieġa għall-moviment tal-ungulati jew tal-pollam miżmuma maħsuba għall-iskarnar fl-Istat Membru fejn jinsab il-punt tal-ħruġ.

(33)

L-Artikolu 149(4) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dwar il-kontrolli dokumentarji, tal-identità u fiżiċi u l-eżamijiet li għandhom jitwettqu mill-veterinarju uffiċjali fir-rigward tal-ispeċijiet u l-kategoriji differenti ta’ annimali terrestri miżmuma sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali. B’kunsiderazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jestendi għall-bajd għat-tifqis, dan ir-Regolament jeħtieġ għalhekk li japplika din id-dispożizzjoni billi jistabbilixxi r-regoli meħtieġa għal dan l-iskop, inklużi l-perjodi ta’ żmien għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli u l-eżamijiet u għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali mill-veterinarju uffiċjali qabel il-moviment tal-konsenji tal-annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis, kif ukoll id-durata tal-validità taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tiegħu.

(34)

L-Artikoli 152, 153 u 163 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġu li l-operaturi jinfurmaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom bil-quddiem dwar il-moviment maħsub lejn Stat Membru ieħor tal-annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis, kif ukoll jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tinnotifika l-moviment tal-annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għan-notifika bil-quddiem mill-operaturi, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu nnotifikati tali movimenti u l-proċeduri ta’ emerġenza għal tali notifiki.

(35)

L-Artikoli 153(2) u (4), 154(1)(c) u 163(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedu l-użu tas-sistema ‘Traces’ għall-finijiet ta’ notifika meta l-konsenji ta’ annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis ikunu maħsuba sabiex jiġu mċaqilqa lejn Stati Membri oħrajn. Traces hija s-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata kif prevista fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/24/KE (13) u 2004/292/KE (14). Billi l-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jipprevedi l-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC), li ser tinkorpora l-funzjonalitajiet tas-sistema Traces, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirreferi għall-IMSOC minflok għal Traces.

(36)

L-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ annimali terrestri selvaġġi minn ħabitat fi Stat Membru wieħed għal ħabitat jew stabbiliment fi Stat Membru ieħor. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u tan-notifika għal tali movimenti f’konformità mas-setgħat stipulati fl-Artikolu 156(1) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(37)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-annimali trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma, ta’ annimali terrestri selvaġġi u ta’ bajd għat-tifqis.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-:

(a)

l-annimali terrestri miżmuma u selvaġġi u l-bajd għat-tifqis;

(b)

l-istabbilimenti fejn dawk l-annimali u l-bajd għat-tifqis jinżammu jew jgħaddu minn operazzjonijiet ta’ assemblaġġ;

(c)

l-operaturi li jżommu dawk l-annimali u dak il-bajd għat-tifqis;

(d)

l-operaturi li jittrasportaw annimali terrestri u bajd għat-tifqis;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2.   Il-Parti II għandha tapplika għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma u bajd għat-tifqis biss meta jseħħu bejn l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 4 sa 6 u l-Artikolu 63, li għandhom japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma u bajd għat-tifqis fi Stat Membru.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“mezz tat-trasport” tfisser vettura tat-triq jew vettura ferrovjarja, bastimenti u inġenji tal-ajru;

(2)

“kontenitur” tfisser kwalunkwe ċestun, kaxxa, reċipjent jew struttura riġida oħra użata għat-trasport tal-annimali jew tal-bajd, li mhumiex il-mezz tat-trasport;

(3)

“stabbiliment ta’ produzzjoni iżolati ambjentalment” tfisser stabbiliment li l-istrutturi tiegħu kif ukoll il-miżuri stretti ta’ bijosigurtà, jiżguraw iżolament effettiv tal-produzzjoni tal-annimali mill-faċilitajiet assoċjati miegħu u mill-ambjent;

(4)

“annimal bovin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(5)

“stabbiliment ħieles mill-‘mard’  ” tfisser stabbiliment mogħti l-istat tal-ħelsien mill-mard f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(6)

“stat ta’ ħelsien mill-mard” tfisser stat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew żona tiegħu kif approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(7)

“il-marda” ma ġietx irrapportata” tfisser li l-ebda annimal jew grupp ta’ annimali tal-ispeċijiet rilevanti miżmuma fl-istabbiliment ma kien ikklassifikat bħala każ ikkonfermat ta’ dik il-marda u kwalunkwe każ suspettat ta’ dik il-marda jkun ġie eskluż;

(8)

“  ‘annimali’ maħsuba għall-iskarnar” tfisser l-annimali terrestri miżmuma li għandhom jiġu ttrasportati, direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ, lejn biċċerija;

(9)

“stabbiliment ta’ kwarantina approvat” tfisser stabbiliment mogħti l-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

(10)

“programm ta’ eradikazzjoni approvat” tfisser programm għall-eradikazzjoni ta’ marda implimentat fi Stat Membru jew f’żona tiegħu, kif approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(11)

“annimal ovin” tfisser annimal tal-ispeċi tal-ungulati li tappartjeni għall-ġeneru Ovis u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(12)

“annimal kaprin” tfisser annimal tal-ispeċi tal-ungulati li tappartjeni għall-ġeneru Capra u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(13)

“annimal porċin” tfisser annimal tal-ispeċi tal-ungulati li tappartjeni għall-familja Suidae elenkata fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/429;

(14)

“annimal ekwin” tfisser annimal tal-ispeċi tas-solipedi li tappartjeni għall-ġeneru Equus (inklużi żwiemel, ħmir u żebri) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(15)

“annimal kamelid” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li tappartjeni għall-familja Camelidae elenkata fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/429;

(16)

“annimal ċervid” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li tappartjeni għall-familja Cervidae elenkata fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/429;

(17)

“ungulati miżmuma oħrajn” tfisser ungulati miżmuma minbarra annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini, kamelidi u ċervidi;

(18)

“stabbiliment protett mill-vetturi” tfisser parti mill-faċilitajiet jew il-faċilitajiet kollha ta’ stabbiliment li huma protetti kontra attakki minn Culicoides b’mezzi fiżiċi u ta’ ġestjoni xierqa, bl-istat ta’ stabbiliment protett mill-vetturi mogħti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

(19)

“perjodu ħieles mill-vetturi” tfisser, f’żona definita, il-perjodu ta’ inattività ta’ Culicoides iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

(20)

“tjur tat-tnissil” tfisser tjur li għandhom 72 siegħa jew aktar, li jkunu maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis;

(21)

“pollam produttiv” tfisser pollam li għandu 72 siegħa jew aktar, imrobbi għall-produzzjoni tal-laħam, tal-bajd għall-konsum jew ta’ prodotti oħrajn, jew inkella għar-ripopolazzjoni tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa;

(22)

“qatgħa” tfisser it-tjur u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess status ta’ saħħa li jinżammu fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; il-pollam miżmum f’bini, dan jinkludi l-għasafar kollha li jikkondividu l-istess spazju tal-arja;

(23)

“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tjur kollu li għandu inqas minn 72 siegħa;

(24)

“bajd ħieles minn patoġeni speċifikati” tfisser bajd għat-tifqis derivat minn “qatgħat tat-tiġieġ ħielsa minn patoġeni speċifikati”, kif deskritt fil-Farmakopea Ewropea (16) u li huwa maħsub biss għal użu dijanjostiku, farmaċewtiku jew ta’ riċerka;

(25)

“annimal ekwin irreġistrat” tfisser:

(a)

annimal tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi Equus caballus jew Equus asinus imdaħħal jew eliġibbli għad-dħul fit-taqsima prinċipali ta’ reġistru tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil jew minn korp tat-tnissil rikonoxxuti skont l-Artikoli 4 jew 34 tar-Regolament (UE) 2016/1012;

(b)

annimal miżmum tal-ispeċi Equues caballus irreġistrat ma’ assoċjazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, jew direttament jew permezz tal-federazzjoni jew il-fergħat nazzjonali tagħha, li tamministra ż-żwiemel għall-kompetizzjoni jew għat-tlielaq (“żiemel irreġistrat”);

(26)

“primati” tfisser annimali tal-ispeċi tal-ordni tal-Primati minbarra l-bnedmin;

(27)

“naħal tal-għasel” tfisser annimal tal-ispeċi Apis mellifera;

(28)

“naħal bagħli” tfisser annimal tal-ispeċi tal-ġeneru Bombus;

(29)

“kelb” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Canis lupus;

(30)

“qattus” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Felis silvestris;

(31)

“nemes” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Mustela putorius furo;

(32)

“karnivori oħrajn” tfisser annimali tal-ispeċijiet li jappartjenu għall-ordni Carnivora, minbarra klieb, qtates u inmsa;

(33)

“ċirku li jivvjaġġa” tfisser eżibizzjoni jew fiera li tinkludi l-annimali jew il-wirjiet tal-annimali u li hija maħsuba biex tivvjaġġa minn Stat Membru għall-ieħor;

(34)

“wirja tal-annimali” tfisser kwalunkwe att li jieħdu sehem fih l-annimali miżmuma għall-iskop ta’ wirja jew fiera, u li jista’ jkun parti minn ċirklu;

(35)

“ħamiem tat-tiġrija” tfisser kwalunkwe ħamiema ttrasportata jew maħsuba għat-trasport mill-gallinar tagħha lejn Stat Membru ieħor bl-għan li tinħeles sabiex ittir lura lejn l-Istat Membru tal-oriġini;

PARTI II

MOVIMENTI FL-UNJONI TA’ ANNIMALI TERRESTRI MIŻMUMA U BAJD GĦAT-TIFQIS

KAPITOLU 1

Rekwiżiti ġenerali għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma u bajd għat-tifqis fl-Unjoni

Taqsima 1

Miżuri ta’ prevenzjoni tal-mard fir-rigward tat-trasport fl-Unjoni minbarra dawk previsti fir-Regolament (UE) 2016/429

Artikolu 4

Rekwiżiti ġenerali rigward il-mezzi tat-trasport

L-operaturi, inklużi t-trasportaturi, għandhom jiżguraw li l-mezzi tat-trasport użati għat-trasportazzjoni ta’ annimali terrestri miżmuma jew bajd għat-tifqis, bl-eċċezzjoni tal-mezzi tat-trasport għall-annimali terrestri msemmija fl-Artikolu 6:

(a)

jinbnew b’tali mod li

(i)

l-annimali jew il-bajd għat-tifqis ma jkunux jistgħu jaħarbu jew jaqgħu;

(ii)

tkun tista’ ssir spezzjoni viżiva tal-ispazju fejn jinżammu l-annimali;

(iii)

jiġi evitat jew minimizzat il-ħruġ tal-eskrementi, tal-imfierex jew tal-għalf tal-annimali;

(iv)

fil-każ tal-pollam u tal-għasafar miżmuma, jiġi evitat jew minimizzat il-ħruġ tar-rix;

(b)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati malajr kemm jista’ jkun wara kull trasport ta’ annimali, bajd għat-tifqis jew kwalunkwe oġġett li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali u, jekk ikun meħtieġ, jitnaddfu u jiġu diżinfettati mill-ġdid u, fi kwalunkwe każ, jitnixxfu jew jitħallew jinxfu qabel kwalunkwe tagħbija ġdida ta’ annimali jew bajd għat-tifqis.

Artikolu 5

Rekwiżiti rigward il-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-annimali terrestri miżmuma u l-bajd għat-tifqis

1.   L-operaturi, inklużi t-trasportaturi, għandhom jiżguraw li l-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-annimali terrestri miżmuma u l-bajd għat-tifqis, bl-eċċezzjoni tal-kontenituri għall-annimali terrestri msemmija fl-Artikolu 6:

(a)

ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 4(a);

(b)

ikun fihom biss annimali jew bajd għat-tifqis tal-istess speċi, kategorija u tip, bl-istess stat ta’ saħħa;

(c)

huma:

(i)

kontenituri mhux użati u mhux riutilizzabbli ddisinjati għal skop speċifiku li jinqerdu wara l-ewwel użu;

jew

(ii)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati wara li jintużaw u jitnixxfu jew jitħallew jinxfu qabel kwalunkwe użu sussegwenti.

2.   Fil-każ tal-pollam u tal-bajd għat-tifqis, l-operaturi, inklużi t-trasportaturi, għandhom jiżguraw li l-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-pollam miżmum u l-bajd għat-tifqis fuq il-mezzi tat-trasport ikollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-flieles ta’ jum u l-bajd għat-tifqis:

(i)

l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini;

(ii)

in-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini;

(iii)

l-ispeċi ta’ pollam ikkonċernata;

(iv)

l-għadd ta’ annimali jew tal-bajd għat-tifqis.

(b)

għall-pollam tat-tnissil u l-pollam produttiv, in-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini.

3.   Fil-każ tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel ittrasportati taħt id-deroga fl-Artikolu 49, l-operaturi, inklużi t-trasportaturi, għandhom jiżguraw li l-kontenituri jew il-konsenja kollha titgħatta b’malja fina ta’ mhux aktar minn 2 mm fid-daqs tal-pori minnufih wara l-eżami viżiv għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa mill-veterinarju uffiċjali.

4.   Fil-każ tan-naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati għan-naħal bagħli, l-operaturi, inklużi t-trasportaturi, għandhom jiżguraw li, matul it-trasport, dawn ikunu iżolati f’unitajiet epidemjoloġiċi separati b’ kull kolonja f’kontenitur magħluq li kien ġdid jew imnaddaf u ddiżinfettat qabel l-użu.

Artikolu 6

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti rigward il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-annimali terrestri miżmuma u l-bajd għat-tifqis

1.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għat-trasport ta’:

(a)

l-annimali terrestri miżmuma fiċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti;

(b)

l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/429 f’numri li jaqbżu dawk awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 246(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, jekk jiġu ttrasportati għal skopijiet mhux kummerċjali;

(c)

l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/429 ittrasportati għal skopijiet mhux kummerċjali f’numri li jaqbżu dawk stabbiliti għal dawk l-ispeċijiet, fejn ir-regoli li jiffissaw in-numru massimu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċijiet ikkonċernati ġew adottati f’konformità mal-Artikolu 246(3).

2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(b) u fl-Artikolu 5(1)(b) u (c) ma għandhomx japplikaw għat-trasport ta’ annimali ekwini fi ħdan Stat Membru, sakemm dawk l-annimali ekwini ma jkunux maħsuba għall-iskarnar.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(b) ma għandhomx japplikaw għat-trasport:

(a)

fi ħdan stabbiliment meta

(i)

l-annimali ttrasportati jinżammu fl-istabbiliment u t-trasport jitwettaq mill-operatur ta’ dak l-istabbiliment;

kif ukoll

(ii)

il-mezzi tat-trasport użati għat-trasportazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati qabel it-tluq tagħhom mill-istabbiliment;

jew

(b)

bejn l-istabbilimenti fl-Istat Membru meta

(i)

l-istabbilimenti jkunu jappartjenu għall-istess katina tal-provvista;

kif ukoll

(ii)

il-mezzi tat-trasport użati għat-trasportazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma jitnaddfu u jiġu diżinfettati qabel it-tmiem ta’ kull ġurnata jekk l-annimali jkunu ġew ittrasportati f’dawn il-mezzi ta’ trasport.

4.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5(1) u (2) ma għandhomx japplikaw għat-trasport ta’ naħal tal-għasel u naħal bagħli.

Taqsima 2

Rekwiżiti supplimentari għall-movimenti ta’ annimali terrestri lejn Stati Membri oħrajn fir-rigward tat-tilqim

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis lejn Stat Membru ieħor fir-rigward tat-tilqim kontra mard tal-kategorija A

F’każ li l-Istat Membru tal-oriġini jkun introduċa t-tilqim kontra marda tal-kategorija A, l-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali terrestri jew il-bajd għat-tifqis lejn Stat Membru ieħor meta dawk l-annimali u l-bajd għat-tifqis jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-marda tal-kategorija A rilevanti u l-annimali tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda.

Taqsima 3

Rekwiżiti addizzjonali għall-operaturi ta’ biċċeriji li jirċievu annimali terrestri miżmuma minn Stati Membri oħrajn

Artikolu 8

Perjodu ta’ żmien massimu li fih għandhom jiġu skarnati l-ungulati u l-pollam miżmuma minn Stati Membri oħrajn

L-operaturi tal-biċċeriji għandhom jiżguraw li l-ungulati u l-pollam miżmuma li jaslu minn Stat Membru ieħor jiġu skarnati sa mhux aktar tard minn 72 siegħa mill-wasla tagħhom fil-biċċerija.

Artikolu 9

Miżuri supplimentari ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-operaturi tal-biċċeriji

1.   L-operaturi tal-biċċeriji għandhom jiżguraw li l-annimali tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) jiġu skarnati sa mhux aktar tard minn 24 siegħa mill-wasla tagħhom fil-biċċerija meta jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor u ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

jew

(b)

jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li kienu miftiehma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

2.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, meta l-annimali tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) jiġu ttrasportati minn ġo Stat Membru ieħor u ma jissodisfawx mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1)(a) sa (c) jew fl-Artikolu 32(2), l-operaturi tal-biċċeriji għandhom jiżguraw li dawn l-annimali jiġu skarnati mhux aktar tard minn 24 siegħa mill-wasla tagħhom fil-biċċerija.

KAPITOLU 2

Rekwiżiti supplimentari tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-ungulati miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

Taqsima 1

Annimali bovini

Artikolu 10

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali bovini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ilhom residenti kontinwament fl-istabbiliment għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum, u matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali bovini miżmuma bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-moviment minħabba raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-punt (a), u introdott fl-istabbiliment fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis mingħajr tilqim rigward annimali bovini, u tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħieles minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis rigward il-popolazzjoni ta’ annimali bovini;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, imwettqa, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud fl-aħħar 30 jum qabel it-tluq u, fil-każ ta’ annimali femminili wara li jwelldu, meħud mill-inqas 30 jum wara l-ħlas;

jew

(iii)

l-annimali jkollhom inqas minn 12-il xahar;

jew

(iv)

l-annimali jiġu kkastrati;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), u tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis);

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 2 tal-Anness I, imwettqa, b’riżultati negattivi, fl-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

jew

(iii)

l-annimali jkollhom inqas minn 6 ġimgħat;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(f)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika f’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(g)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(h)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata a-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u fil-każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment;

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment kienu soġġetti għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment;

(i)

għajr fil-każ tal-annimali bovini miżmuma msemmija fl-Artikoli 11(4), 12(4) u 13, l-annimali jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(j)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33, fejn applikabbli.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-annimali bovini miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 14.

Artikolu 11

Rekwiżiti supplimentari għall-movimenti ta’ annimali bovini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom bi stat ta’ ħelsien mill-mard għal mard speċifiku

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina meta l-annimali jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina;

jew

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li mhuwiex ħieles mil-lewkożi enzootika bovina, ma tkunx ġiet irrapportata l-lewkożi enzootika bovina f’dak l-istabbiliment matul l-aħħar 24 xahar qabel it-tluq; u

(i)

f’każ li l-annimali jkollhom aktar minn 24 xahar, ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għal-lewkożi enzootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi

fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mill-inqas erba’ xhur, filwaqt li jinżammu iżolati mill-annimali bovini l-oħrajn tal-istabbiliment;

jew

fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tagħhom, dment li l-annimali bovini kollha ta’ aktar minn 24 xahar miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għal-lewkożi enzootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn erba’ xhur matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq tal-annimali;

jew

(ii)

f’każ li l-annimali jkollhom inqas minn 24 xahar, ikunu ġew imwielda minn ommijiet, li jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għal-lewkożi enzootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn erba’ xhur matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq tal-annimali.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva meta l-annimali jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10, ma jkunux ġew imlaqqmin kontra r-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva,

jew

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal kwarantina għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus-1 tal-erpete bovina (BoHV-1) sħiħ b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 5 tal-Anness I, b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq tagħhom;

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment mhux ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva, jkunu nżammu fi stabbiliment tal-kwarantina approvat għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 5 tal-Anness I, b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjun meħud mhux inqas minn 21 jum wara l-bidu tal-kwarantina.

3.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mid-dijarea virali bovina meta l-annimali jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10, ma jkunux ġew imlaqqmin kontra d-dijarea virali bovina u dment li r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b) jkunu ġew issodisfati:

(a)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mid-dijarea virali bovina,

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mid-dijarea virali bovina jew inkella kien soġġett għal reġim ta’ ttestjar kif imsemmi fil-punt 1(c) (ii) jew (iii) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, imwettaq, b’riżultati negattivi, fl-aħħar erba’ xhur qabel it-tluq tal-annimali;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew ittestjati individwalment sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-virus tad-dijarea virali bovina qabel it-tluq tagħhom;

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment mhux ħieles mid-dijarea virali bovina, ikunu ġew soġġetti għal test għal antiġene jew ġenoma tal-virus tad-dijarea virali bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I, imwettaq b’riżultati negattivi, u

jew

(i)

l-annimali jkunu nżammu fi stabbiliment tal-kwarantina approvat għal perjodu ta’ mill-inqas 21 jum qabel it-tluq tagħhom u, fil-każ ta’ ommijiet tqal, ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tad-dijarea virali bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mhux inqas minn 21 jum wara l-bidu tal-kwarantina;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tad-dijarea virali bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati pożittivi, fuq kampjuni meħuda jew qabel it-tluq jew inkella, fil-każ ta’ ommijiet tqal, qabel l-inseminazzjoni li tippreċedi l-ġestazzjoni attwali.

4.   B’deroga mill-Artikolu 10(1)(i), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali bovini miżmuma li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

5.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-annimali bovini miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 14.

Artikolu 12

Rekwiżiti supplimentari għall-movimenti ta’ annimali bovini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom bi programmi ta’ eradikazzjoni approvati għal mard speċifiku

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal-lewkożi enzootika bovina meta l-annimali jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina;

jew

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li mhuwiex ħieles mil-lewkożi enzootika bovina, ma tkunx ġiet irrapportata l-lewkożi enzootika bovina f’dak l-istabbiliment matul l-aħħar 24 xahar qabel it-tluq tal-annimali; u

(i)

f’każ li l-annimali jkollhom aktar minn 24 xahar, ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għal-lewkożi enzootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I, imwettaa, b’riżultati negattivi,

jew

fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mill-inqas erba’ xhur, filwaqt li jinżammu iżolati mill-annimali bovini l-oħrajn tal-istabbiliment;

jew

fuq kampjuni meħuda matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tagħhom, dment li l-annimali bovini kollha ta’ aktar minn 24 xahar miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għal-lewkożi enzootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mill-inqas erba’ xhur matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq tal-annimali;

jew

(ii)

f’każ li l-annimali jkollhom inqas minn 24 xahar, ikunu ġew imwielda minn ommijiet, li jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għal-lewkożi enzootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn erba’ xhur matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq tal-annimali.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva meta l-annimali jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva,

jew

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva;

jew

(ii)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għar-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva;

jew

(iii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal kwarantina għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ jew, fil-każ ta’ annimali mlaqqmin b’vaċċin bil-gE mħassar, antikorpi kontra l-proteina gE tal-BoHV-1, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 5 tal-Anness I, b’riżultat negattiv, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq tagħhom;

jew

(iv)

l-annimali jkunu destinati għal stabbiliment li jżomm annimali bovini għall-produzzjoni tal-laħam mingħajr kuntatt ma’ annimali bovini ta’ stabbilimenti oħrajn, u li minnu jiġu mċaqilqa direttament għall-biċċerija;

jew

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment mhux ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva, ikunu nżammu fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 5 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultat negattiv, fuq kampjun meħud mhux inqas minn 21 jum wara l-bidu tal-kwarantina.

3.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali bovini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għad-dijarea virali bovina meta l-annimali jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mid-dijarea virali bovina,

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mid-dijarea virali bovina;

jew

(ii)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għad-dijarea virali bovina;

jew

(iii)

l-istabbiliment kien soġġett għal reġim ta’ ttestjar kif imsemmi fil-punt 1(c) (ii) jew (iii) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, imwettaq, b’riżultati negattivi, fl-aħħar erba’ xhur qabel it-tluq tal-annimali;

jew

(iv)

l-annimali jkunu ġew ittestjati individwalment sabiex tiġi eskluża l-preżenza tad-dijarea virali bovina qabel it-tluq;

jew

(v)

l-annimali jkunu destinati għal stabbiliment li jżomm annimali bovini għall-produzzjoni tal-laħam separati minn annimali bovini ta’ stabbilimenti oħrajn, u li minnu jiġu mċaqilqa direttament għall-biċċerija;

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment mhux ħieles mid-dijarea virali bovina, jkunu ġew soġġetti għal test għal antiġene jew ġenoma tal-virus tad-dijarea virali bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi,

kif ukoll

(i)

l-annimali jkunu nżammu fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat għal perjodu ta’ mill-inqas 21 jum qabel it-tluq tagħhom u, fil-każ ta’ ommijiet tqal, ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tad-dijarea virali bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mhux inqas minn 21 jum wara l-bidu tal-kwarantina;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tad-dijarea virali bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati pożittivi, fuq kampjuni meħuda jew qabel it-tluq jew inkella, fil-każ ta’ ommijiet tqal, qabel l-inseminazzjoni li tippreċedi l-ġestazzjoni attwali.

4.   B’deroga mill-Artikolu 10(1)(i), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali bovini miżmuma li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

5.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-annimali bovini miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 14.

Artikolu 13

Derogi għall-movimenti ta’ annimali bovini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu

B’deroga mill-Artikolu 10(1)(i), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali bovini miżmuma li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 14

Deroga għall-movimenti ta’ annimali bovini miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10, 11 u 12, l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali bovini miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali

jew

(i)

ikunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis bit-tilqim tal-annimali bovini jew mingħajru;

jew

(ii)

ikunu kkastrati;

jew

(iii)

ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar u li jkunu ġew soġġetti għal test għall-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u, fil-każ ta’ annimali femminili wara li jwelldu, fuq kampjun meħud mill-inqas 30 jum wara l-ħlas;

(b)

l-annimali

(i)

ikunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis);

jew

(ii)

ikunu ġew soġġetti għal test għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 2 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

Taqsima 2

Annimali ovini u kaprini

Artikolu 15

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali ovini u kaprini miżmuma għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ilhom residenti kontinwament fl-istabbiliment għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum u, matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali ovini jew kaprini miżmuma bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-punt (a), u introdott fl-istabbiliment fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment;

(c)

għajr meta jiġu mċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 16, ikunu ġejjin minn stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis mingħajr tilqim tal-annimali ovini u kaprini, u

jew

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward tal-popolazzjoni ta’ ovini u kaprini;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, imwettqa, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud fl-aħħar 30 jum qabel it-tluq u, fil-każ ta’ annimali femminili wara li jwelldu, meħud mill-inqas 30 jum wara l-ħlas;

jew

(iii)

l-annimali jkollhom inqas minn 6-il xahar;

jew

(iv)

l-annimali jkunu kkastrati.

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika f’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(f)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(g)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata a-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u fil-każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment;

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment kienu soġġetti għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment;

(h)

għajr meta l-annimali jiġu mċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 17, huma jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(i)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33, fejn applikabbli.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali ovini miżmuma għal Stat Membru ieħor meta jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) matul l-aħħar 42 jum qabel it-tluq.

3.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali kaprini miżmuma għal Stat Membru ieħor meta jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun twettqet sorveljanza għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fuq l-annimali kaprini miżmuma fl-istabbiliment f’konformità mal-punt 1 u mal-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness II matul mill-inqas l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, u matul dan il-perjodu

(i)

ikunu ġew introdotti biss annimali kaprini minn stabbilimenti li japplikaw il-miżuri previsti f’dan il-paragrafu fl-istabbiliment imsemmi fil-paragrafu 1(a);

(ii)

f’każ li tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kaprini miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu miżuri f’konformità mal-Parti 1(3) tal-Anness II.

4.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali ovini maskili mhux ikkastrati għal Stat Membru ieħor meta jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-epididimite ovina (Brucella ovis) matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq;

(b)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis), imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

5.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-annimali ovini u kaprini miżmuma maħsuba għall-iskarnar imsemmi fl-Artikolu 18.

Artikolu 16

Deroga għall-movimenti ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom mingħajr l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(1)(c), l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali ovini u kaprini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu mingħajr l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis rigward annimali ovini u kaprini jekk dawn ikunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’tilqim tal-annimali ovini u kaprini.

Artikolu 17

Derogi għall-movimenti ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom rigward infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

B’deroga mill-Artikolu 15(1)(h), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 18

Deroga għall-movimenti ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15, l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali ovini u kaprini miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu identifikati individwalment f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, jew inkella, kienu kontinwament residenti fl-istabbiliment għal mill-inqas 21 jum qabel it-tluq tagħhom, jew mit-twelid tagħhom, jekk ikollhom inqas minn 21 jum;

(b)

l-annimali

jew

(i)

ikunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis bit-tilqim tal-annimali ovini u kaprini jew mingħajru;

jew

(ii)

ikollhom aktar minn 6 xhur u jkunu ġew soġġetti għal test għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u, fil-każ ta’ annimali femminili wara li jwelldu, fuq kampjun meħud mill-inqas 30 jum wara l-ħlas;

jew

(iii)

ikunu kkastrati;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

Taqsima 3

Annimali porċini

Artikolu 19

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali porċini miżmuma għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ilhom residenti kontinwament fl-istabbiliment għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum, u matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali porċini miżmuma bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-punt (a), u introdott fl-istabbiliment fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(f)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fl-annimali porċini matul l-aħħar 42 jum qabel it-tluq u fejn matul mill-inqas l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq

jew

(i)

ikunu ġew applikati miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskji, inklużi l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni u s-sistemi tal-għalf, skont kif meħtieġ, sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis minn annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda għall-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, u ġew introdotti biss annimali porċini minn stabbilimenti li japplikaw miżuri ekwivalenti ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskji;

jew

(ii)

tkun twettqet sorveljanza għall-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fuq l-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment f’konformità mal-punt 1 u mal-punt 2 tal-Anness III matul mill-inqas l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, u matul dan il-perjodu

fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) ikunu ġew introdotti biss annimali porċini minn stabbilimenti li japplikaw il-miżuri previsti fil-punt (i) jew f’dan il-punt;

f’każ li tkun ġiet irrapportata infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis f’annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu miżuri f’konformità mal-punt 3 tal-Anness III.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-annimali porċini miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 21.

Artikolu 20

Rekwiżiti supplimentari għall-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali porċini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky meta jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19, mhux imlaqqmin kontra l-virus tal-marda ta’ Aujeszky u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky,

jew

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

jew

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ tal-marda ta’ Aujeszky bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 7 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultat negattiv, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq tagħhom. Għall-annimali porċini li għandhom inqas minn erba’ xhur imwielda minn ommijiet imlaqqmin b’vaċċin bil-gE mħassar, jista’ jintuża l-metodu dijanjostiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky previst fil-Parti 7 tal-Anness I. In-numru ta’ annimali porċini ttestjati għandu jippermetti mill-inqas is-sejbien ta’ seroprevalenza ta’ 10 % tal-konsenja b’95 % kunfidenza;

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment mhux ħieles minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-annimali jkunu nżammu fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum;

kif ukoll

(ii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ tal-marda ta’ Aujeszky bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 7 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultat negattiv, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn 30 jum, bl-aħħar kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali porċini miżmuma għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky meta jkunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew fil-punt (b):

(a)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment ħieles minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky,

jew

(i)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

jew

(ii)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

jew

(iii)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ tal-marda ta’ Aujeszky jew ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky, fejn applikabbli, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 7 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultat negattiv, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq tagħhom. In-numru ta’ annimali porċini ttestjati għandu jippermetti mill-inqas is-sejbien ta’ seroprevalenza ta’ 10 % tal-konsenja b’95 % kunfidenza;

(b)

jekk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment mhux ħieles minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ikunu nżammu fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum;

kif ukoll

(ii)

ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ tal-marda ta’ Aujeszky jew ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky, jekk applikabbli, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 7 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultat negattiv, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn 30 jum, bl-aħħar kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq tagħhom.

3.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 2 ma għandhomx japplikaw għall-annimali porċini miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 21.

Artikolu 21

Deroga għall-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stati Membri oħrajn

1.   B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19, l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali porċini miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment

(a)

fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(b)

fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq.

2.   B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20, l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali porċini miżmuma maħsuba għall-iskarnar għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky meta jkunu f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 1 u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(b)

l-annimali jiġu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni mingħajr ma jgħaddu minn kwalunkwe operazzjoni ta’ assemblaġġ f’dak l-Istat Membru jew f’żona tiegħu, jew fi kwalunkwe Stat Membru tal-passaġġ jew f’żona tiegħu, bl-istat ta’ ħelsien minn infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky.

Taqsima 4

Annimali ekwini

Artikolu 22

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali ekwini lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali ekwini lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata a-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u fil-każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment,

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment kienu soġġetti għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-aħħar annimal infettat ikun tneħħa mill-istabbiliment;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata d-durina matul l-aħħar 6 xhur qabel it-tluq jew, f’każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata d-durina matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjoni tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati nqatlu u nqerdu, jew ġew skarnati, jew l-annimali ekwini maskili kollha li kienu infettati ġew ikkastrati;

kif ukoll

(ii)

l-annimali ekwini li kien fadal fl-istabbiliment, bl-eċċezzjoni tal-annimali ekwini maskili kkastrati msemmija fil-punt (i), kienu soġġetti għal test għad-durina bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 8 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li tlestew il-miżuri deskritti fil-punt (i);

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-anemija infettiva ekwina matul l-aħħar 90 jum qabel it-tluq jew, f’każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata l-anemija infettiva ekwina matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjoni tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati nqatlu u nqerdu jew ġew skarnati u l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat;

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment kienu soġġetti għal test għall-anemija infettiva ekwina bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 9 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall minimu ta’ 3 xhur wara li jkunu tlestew il-miżuri deskritti fil-punt (i);

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul l-aħħar 6 xhur qabel it-tluq jew, f’każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab fi Stat Membru jew f’żona tiegħu fejn tkun ġiet irrapportata l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul l-aħħar sentejn, ikunu konformi mal-kundizzjonijiet fil-punt (i) u mal-kundizzjonijiet fil-punt (ii) jew fil-punt (iii):

(i)

matul il-perjodu ta’ mill-inqas 21 jum qabel it-tluq, ikunu baqgħu klinikament f’saħħithom u kwalunkwe annimal imsemmi fil-punt (ii) jew fil-punt (iii) li wera żieda fit-temperatura tal-ġisem ogħla mill-firxa fiżjoloġika, meħuda kuljum, kien soġġett għal test dijanjostiku għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-punt (a) tal-Parti 10(1) tal-Anness I, b’riżultati negattivi;

kif ukoll

(ii)

l-annimali nżammu fi kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 21 jum protetti minn attakki ta’ insetti vetturi, u

jew

tlaqqmu kontra l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela b’kors primarju komplet u tlaqqmu mill-ġdid skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur mhux inqas minn 60 jum u mhux aktar minn 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ;

jew

kienu soġġetti għal test għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-punt (b) tal-Parti 10(1) tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud mhux inqas minn 14-il jum wara d-dħul tad-dħul fi kwarantina;

(iii)

l-annimali kienu soġġetti għal

test għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-punt (b) tal-Parti 10(1) tal-Anness I, mingħajr żieda fit-titru tal-antikorpi, imwettaq fuq kampjuni mqabbla f’pari meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ 21 jum, bit-tieni wieħed meħud matul perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tat-tluq;

kif ukoll

test għas-sejbien tal-ġenoma tal-virus tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 10(2) tal-Anness I, b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjun meħud fi żmien 48 siegħa qabel it-tluq, u l-annimali kienu protetti minn attakki mill-insetti vetturi wara t-teħid tal-kampjuni sat-tluq;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(f)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(g)

l-annimali ma kinux f’kuntatt ma’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għall-mard imsemmi fil-punti (a) sa (f) li ma kinux konformi mar-rekwiżiti fil-punti (a) sa (e) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq, u mar-rekwiżit fil-punt (f) matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(a), (b) u (c), ir-restrizzjonijiet tal-moviment imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għandhom japplikaw għal mill-inqas 30 jum wara li l-aħħar annimal fl-istabbiliment tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rispettiva msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ikun inqatel u nqered jew ġie skarnat u l-bini jkun tnaddaf u ġie diżinfettat.

3.   Fuq talba mill-awtorità kompetenti, l-operatur li jitlob iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 76 għandu jipprovdi d-dettalji tal-indirizz ta’ kwalunkwe stabbiliment li jżomm l-annimali ekwini fejn l-annimali ekwini li għandhom jiġu mċaqilqa jkunu nżammu matul it-30 jum qabel il-moviment maħsub lejn Stat Membru ieħor.

Taqsima 5

Annimali kamelidi

Artikolu 23

Rekwiżiti għall-moviment ta’ annimali kamelidi miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali kamelidi miżmuma għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ilhom residenti kontinwament fl-istabbiliment għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum, u matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali kamelidi miżmuma bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-punt (a), u introdott fl-istabbiliment fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis f’annimali kamelidi matul l-aħħar 42 jum qabel it-tluq, u kienu soġġetti għal test għall-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u, fil-każ ta’ annimali femminili wara li jwelldu, fuq kampjun meħud mill-inqas 30 jum wara l-ħlas;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun twettqet sorveljanza għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fuq l-annimali kamelidi miżmuma fl-istabbiliment f’konformità mal-punt (1) u mal-punt (2) tal-Parti 2 tal-Anness II matul mill-inqas l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, u matul dan il-perjodu

(i)

ikunu ġew introdotti biss annimali kamelidi minn stabbilimenti li japplikaw il-miżuri previsti f’dan il-punt fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (a);

(ii)

f’każ li tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kamelidi miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu miżuri f’konformità mal-punt 3 tal-Parti 2 tal-Anness II.

(f)

f’każ li l-annimali jiġu mċaqilqa għal Stat Membru jew żona tiegħu bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għar-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva f’annimali bovini, ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali kamelidi ma tkunx ġiet irrapportata fl-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(g)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fi kwalunkwe stabbiliment matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(h)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(i)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata a-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u fil-każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment;

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment kienu soġġetti għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment;

(j)

għajr meta l-annimali jiġu mċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 24, huma jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(k)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33, fejn applikabbli.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-annimali kamelidi miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 25.

Artikolu 24

Deroga għall-movimenti ta’ annimali kamelidi miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom rigward infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

B’deroga mill-Artikolu 23(1)(j), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali kamelidi miżmuma li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 25

Deroga għall-movimenti ta’ annimali kamelidi miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23, l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali kamelidi miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment

(a)

fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(b)

fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq.

(c)

fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

Taqsima 6

Annimali ċervidi

Artikolu 26

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali ċervidi miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali ċervidi miżmuma għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ilhom residenti kontinwament fl-istabbiliment għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum, u matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali ċervidi miżmuma bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-punt (a), u introdott fl-istabbiliment fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis f’annimali ċervidi matul l-aħħar 42 jum qabel it-tluq;

(e)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun twettqet sorveljanza għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fuq l-annimali kamelidi miżmuma fl-istabbiliment f’konformità mal-punt (1) u mal-punt (2) tal-Parti 3 tal-Anness II matul mill-inqas l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, u matul dan il-perjodu

(i)

ikunu ġew introdotti biss annimali ċervidi minn stabbilimenti li japplikaw il-miżuri previsti f’dan il-punt fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (a);

(ii)

f’każ li tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kamelidi miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu miżuri f’konformità mal-punt 3 tal-Parti 3 tal-Anness II.

(f)

f’każ li l-annimali jiġu mċaqilqa għal Stat Membru jew żona tiegħu bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għar-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali bovini, ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali ċervidi matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(g)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fi kwalunkwe stabbiliment matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(h)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(i)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata a-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u fil-każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment;

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment kienu soġġetti għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment;

(j)

għajr meta jiġu mċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 27, huma jikkonformaw mill-inqas ma’ wieħed mir-rekwiżiti għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(k)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33, fejn applikabbli.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-annimali ċervidi miżmuma maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 28.

Artikolu 27

Derogi għall-movimenti ta’ annimali ċervidi miżmuma lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom rigward infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

B’deroga mill-Artikolu 26(1)(j), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali ċervidi miżmuma li ma jikkonformawx mill-inqas ma’ wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 28

Deroga għall-movimenti ta’ annimali ċervidi miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26, l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-annimali ċervidi miżmuma maħsuba għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment

(a)

fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(b)

fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(c)

fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

Taqsima 7

Ungulati oħrajn

Artikolu 29

Rekwiżiti għall-moviment ta’ ungulati miżmuma oħrajn lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-ungulati miżmuma oħrajn lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ilhom residenti kontinwament fl-istabbiliment għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum, u matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ ungulati miżmuma oħrajn bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-punt (a), u introdott fl-istabbiliment fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment;

(c)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tar-rabja, l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, huma jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis f’ungulati miżmuma oħra tal-ispeċijiet elenkati għal din il-marda matul it-42 jum qabel it-tluq;

(e)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), huma jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal din il-marda matul it-42 jum qabel it-tluq;

(f)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika, l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fi kwalunkwe stabbiliment matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(g)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(h)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għas-surra (Trypanosoma evansi), huma jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u, f’każ li jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq, wara l-aħħar tifqigħa, l-istabbiliment affettwat ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet tal-moviment sakemm:

(i)

l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment;

kif ukoll

(ii)

l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment sarilhom test b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I għas-surra (Trypanosoma evansi), imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment;

(i)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), huma jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. Dan il-punt ma għandux japplika għal ungulati miżmuma oħrajn imsemmija fl-Artikolu 30.

(j)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33, fejn applikabbli.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal ungulati miżmuma oħrajn maħsuba għall-iskarnar kif imsemmi fl-Artikolu 31.

Artikolu 30

Deroga għall-movimenti ta’ ungulati miżmuma oħrajn lejn Stati Membri oħrajn jew żoni tagħhom rigward infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

B’deroga mill-Artikolu 29(1)(i), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 31

Deroga għall-movimenti ta’ ungulati miżmuma oħrajn maħsuba għall-iskarnar lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29, l-operaturi jistgħu jċaqilqu ungulati miżmuma oħrajn maħsuba għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe fl-ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(b)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tar-rabja, meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(c)

fil-każ ta’ ungulati miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), meta dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

Taqsima 8

Rekwiżiti supplimentari tas-saħħa tal-annimali rigward infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

Artikolu 32

Miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-operazzjonijiet ta’ trasport lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn, jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn, jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal dik il-marda, meta jiġi ssodisfat mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

it-trasport iseħħ fi Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24);

(b)

l-annimali jiġu protetti minn attakki minn vetturi;

kif ukoll

(i)

il-vjaġġ ippjanat ma jinkludix il-ħatt tal-annimali għal perjodu itwal minn jum wieħed;

jew

(ii)

l-annimali jinħattu fi stabbiliment protett mill-vetturi;

jew

(iii)

l-annimali jinħattu fi Stat Membru jew żona tiegħu matul il-perjodu ħieles minn vetturi;

(c)

l-annimali

(i)

tlaqqmu kontra s-serotipi kollha tal-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) irrapportati matul l-aħħar sentejn fl-Istat Membru tal-passaġġ jew f’żona tiegħu u għadhom fil-perjodu ta’ żmien tal-immunità garantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin;

jew

(ii)

kienu soġġetti b’riżultati pożittivi għal test seroloġiku li kapaċi jsib antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi kollha tal-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) irrapportati fl-Istat Membru tal-passaġġ jew f’żona tiegħu matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(d)

l-annimali jkunu maħsuba għall-iskarnar.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali miżmuma jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tkun informat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin

(a)

l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali definiti mill-awtorità tad-destinazzjoni kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-annimali, qabel it-tluq tagħhom, ikollhom protezzjoni immunoloġika suffiċjenti fir-rigward tas-serotipi kollha tal-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) irrapportati fl-Istat Membru jew f’żona tal-passaġġ tiegħu matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

jew

(b)

l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew fil-punt (c) tal-paragrafu 1 sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu protetti kontra s-serotipi tal-virus tal-ilsien blu rrapportati fl-Istat Membru jew f’żona tal-passaġġ tiegħu matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq u mhux irrapportati fl-Istat Membru jew f’żona tal-passaġġ tiegħu matul l-istess perjodu.

Artikolu 33

Miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-operazzjonijiet ta’ trasport minn ġo Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn, jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat kontra, infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24)

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) minn ġo Stat Membru ieħor tal-passaġġ jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn, jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal dik il-marda, meta jiġi ssodisfat mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

jew

(b)

il-mezzi tat-trasport fejn jitgħabbew l-annimali jkunu ġew protetti minn attakki minn vetturi matul it-trasport;

kif ukoll

(i)

il-vjaġġ ippjanat ma jinkludix il-ħatt tal-annimali għal perjodu itwal minn jum wieħed;

jew

(ii)

l-annimali jinħattu fi stabbiliment protett minn vetturi jew matul il-perjodu ħieles minn vetturi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) minn ġo Stat Membru ieħor tal-passaġġ jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn, jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal dik il-marda, jekk l-Istat Membru tal-passaġġ ikun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 43(2)(a), (c) u (d) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

KAPITOLU 3

Rekwiżiti supplimentari tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ pollam u bajd għat-tifqis lejn Stati Membri oħrajn

Taqsima 1

Pollam

Artikolu 34

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ pollam għat-tnissil u pollam produttiv

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-pollam għat-tnissil u l-pollam produttiv għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali kienu kontinwament residenti fi stabbiliment approvat wieħed jew aktar li jżomm(u) l-pollam:

(i)

mindu faqqsu:

jew

(ii)

għal mill-inqas:

42 jum qabel it-tluq, fil-każ ta’ pollam għat-tnissil u pollam produttiv għall-produzzjoni ta’ laħam jew bajd għall-konsum;

jew

21 jum qabel it-tluq, fil-każ ta’ pollam produttiv għar-ripopolazzjoni tal-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħa fejn ma tkunx ġiet irrappurtata infezzjoni b’Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae u dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbilimenti li, fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni b’Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, applikaw il-miżuri li ġejjin:

(i)

il-qatgħa infettata tkun ġiet skarnata jew inqatlet u nqerdet;

(ii)

wara l-iskarnar jew il-qtil tal-qatgħa infettata kif imsemmi fil-punt (i), l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie diżinfettat;

(iii)

wara t-tindif u d-diżinfezzjoni imsemmija fil-punt (ii), il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattivi għal infezzjoni bi Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae f’żewġ testijiet imwettqa b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum f’konformità mal-programm ta’ sorveljanza msemmi fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

(c)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħa fejn ma tkunx ġiet irrappurtata l-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) u dawk l-annimali jkunu ġejjin minn stabbilimenti li, fil-każ ta’ konferma tal-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq, applikaw il-miżuri li ġejjin:

jew

(i)

il-qatgħa infettata ttestjat negattiv għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet imwettqa f’konformità mal-programm ta’ sorveljanza msemmi fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 fuq il-qatgħa sħiħa b’intervall ta’ mill-inqas 60 jum;

jew

(ii)

il-qatgħa infettata ġiet skarnata jew inqatlet u nqerdet, l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat u, wara t-tindif u d-diżinfezzjoni, il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattivi għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet imwettqa b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum f’konformità mal-programm ta’ sorveljanza msemmi fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

(d)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħat li ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(e)

is-sorveljanza prevista fl-Artikolu 3(1)(a) u (b)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 ma sabet ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’virusijiet tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa fil-qatgħa tal-oriġini tal-annimali matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

(f)

fil-każ ta’ pollam produttiv għar-ripopolazzjoni tal-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa, l-annimali ma kellhom ebda kuntatt ma’ għasafar bi stat ta’ saħħa aktar baxx matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

(g)

fil-każ ta’ papri u wiżż, l-annimali kienu soġġetti għal test għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja skont l-Anness IV, b’riżultati negattivi;

(h)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 41 u 42 għall-kategorija speċifika ta’ pollam.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-moviment ta’ inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti, imċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 37.

Artikolu 35

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ pollam maħsuba għall-iskarnar

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-pollam maħsub għall-iskarnar lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali kienu kontinwament residenti fi stabbiliment irreġistrat jew approvat li jżomm il-pollam:

(i)

mindu faqqsu;

jew

(ii)

għal mill-inqas l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħat li ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(c)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 41 u 42 għall-kategorija speċifika ta’ pollam.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-moviment ta’ inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti, imċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 37.

Artikolu 36

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ flieles ta’ ġurnata

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-flieles ta’ ġurnata lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn mafqas approvat;

(b)

l-annimali jkunu faqqsu minn bajd għat-tifqis li:

(i)

jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 38 u li joriġina minn qatgħat li jkunu ġew soġġetti għal kontrolli f’konformità mal-Artikolu 91(1)(f) u mal-Artikolu 91(2)(f);

jew

(ii)

ikun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu;

(c)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 41 u 42 għall-kategorija speċifika ta’ pollam.

2.   Fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata mfaqqsa minn bajd għat-tifqis li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini ta’ dawk il-flieles ta’ ġurnata għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba li l-bajd għat-tifqis daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-moviment ta’ inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti, imċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 37.

Artikolu 37

Deroga għall-movimenti ta’ inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 34, 35 u 36, l-operaturi jistgħu jċaqilqu inqas minn 20 tajra, minbarra r-ratiti, għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħat li kienu kontinwament residenti fi stabbiliment irreġistrat wieħed mit-tifqis jew għal mill-inqas 21 jum qabel it-tluq;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħat li ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(c)

is-sorveljanza prevista fl-Artikolu 3(1)(a) u (b)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 ma sabet ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’virusijiet tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa fil-qatgħa tal-oriġini tal-annimali matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

(d)

l-annimali ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ pollam li jkun għadu kif wasal jew ma’ għasafar bi stat ta’ saħħa aktar baxx matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

(e)

fil-każ ta’ papri u wiżż, għajr dawk maħsuba għall-iskarnar, l-annimali kienu soġġetti għal test għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja skont l-Anness IV, b’riżultati negattivi;

(f)

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal testijiet għall-infezzjoni b’Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae u għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’konformità mal-Anness V, b’riżultati negattivi;

(g)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 41 u 42 għall-kategorija speċifika ta’ pollam.

Taqsima 2

Bajd għat-tifqis tal-pollam

Artikolu 38

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-bajd għat-tifqis tal-pollam għal Stat Membru ieħor meta dak il-bajd jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun ġej minn stabbiliment approvat;

(b)

ikun ġej minn qatgħat li kienu kontinwament residenti fi stabbiliment approvat wieħed jew aktar fejn il-pollam inżamm mindu faqqas jew għal mill-inqas l-aħħar 42 jum qabel il-ġbir tal-bajd;

(c)

ġej minn annimali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 34(1)(b), (c) u (d);

(d)

ikun immarkat individwalment bin-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tal-qatgħa tal-oriġini msemmi fl-Artikolu 21(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

(e)

ikun ġie ddiżinfettat;

(f)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 41 u 42.

Artikolu 39

Deroga għall-movimenti ta’ inqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam, minbarra r-ratiti

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 38, l-operaturi jistgħu jċaqilqu inqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam, minbarra r-ratiti, lejn Stat Membru ieħor meta dak il-bajd jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun ġej minn stabbiliment irreġistrat;

(b)

ikun ġej minn qatgħat li:

(i)

kienu kontinwament residenti fi stabbiliment irreġistrat mindu faqqsu jew għal mill-inqas 21 jum qabel il-ġbir tal-bajd;

(ii)

ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(iii)

jkunu ġew soġġetti għal testijiet għall-infezzjoni b’Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae u għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’konformità mal-Anness V, b’riżultati negattivi;

(c)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 41 u 42.

Artikolu 40

Deroga għall-movimenti ta’ bajd ħieles minn patoġeni speċifikati

B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 38, l-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-bajd ħieles minn patoġeni speċifikati għal Stat Membru ieħor meta dak il-bajd jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun ġej minn stabbiliment approvat li jżomm il-pollam;

(b)

ikun ġej minn qatgħat li huma ħielsa minn patoġeni speċifikati kif deskritti fil-Farmakopea Ewropea u r-riżultati tat-testijiet u l-eżamijiet kliniċi kollha meħtieġa għal dan l-istatus speċifiku kienu favorevoli;

(c)

ikun immarkat individwalment bin-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini msemmi fl-Artikolu 21(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035.

Taqsima 3

Rekwiżiti fir-rigward tat-tilqim

Artikolu 41

Rekwiżiti fir-rigward ta’ tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle

Fil-każ fejn il-pollam, il-bajd għat-tifqis tal-pollam jew il-qatgħat tal-oriġini tal-bajd għat-tifqis jew il-flieles ta’ ġurnata jkunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle b’vaċċini li mhumiex vaċċini inattivati, il-vaċċini amministrati għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-Anness VI.

Taqsima 4

Kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti lejn Stati Membri jew żoni tagħhom bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim

Artikolu 42

Rekwiżiti addizzjonali għall-movimenti ta’ pollam u bajd għat-tifqis tal-pollam lejn Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-pollam u l-bajd għat-tifqis tal-pollam minn Stat Membru jew żona tiegħu li ma għandhomx l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għal Stat Membru jew żona tiegħu li għandhom l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim meta dawk l-annimali u dak il-bajd għat-tifqis, minbarra r-rekwiżiti tat-Taqsimiet 1 sa 3 għall-komodità speċifika, ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:

(a)

fil-każ ta’ pollam għat-tnissil u pollam produttiv, huma:

(i)

ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(ii)

jkunu ġew iżolati għal 14-il jum qabel it-tluq, fl-istabbiliment tal-oriġini taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali jew fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat, fejn:

ma jkunx tlaqqam pollam kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

ma jkunux ġew introdotti għasafar oħrajn matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

ma jkun sar l-ebda tilqim fl-istabbiliment ta’ kwarantina;

(iii)

ikunu ttestjaw negattiv, matul l-aħħar 14-il jum qabel it-tluq, f’testijiet seroloġiċi għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettqa fuq kampjuni tad-demm f’livell li jagħti 95 % kunfidenza li tinstab infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;

(b)

fil-każ ta’ pollam maħsub għall-iskarnar, dawk l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħat li:

(i)

ma jkunux tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u jkunu ttestjaw negattiv, matul l-aħħar 14-il jum qabel it-tluq, f’testijiet seroloġiċi għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettqa fuq kampjuni tad-demm f’livell li jagħti 95 % kunfidenza li tinstab infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;

jew

(ii)

ikunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u jkunu ttestjaw negattiv, matul l-aħħar 14-il jum qabel it-tluq, f’test għas-sejbien tal-preżenza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettaq f’livell li jagħti 95 % kunfidenza li tinstab infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;

(c)

fil-każ tal-flieles ta’ ġurnata:

(i)

ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(ii)

ikunu ġejjin minn bajd għat-tifqis li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punt (d);

(iii)

ikunu ġejjin minn mafqas fejn il-prattika tax-xogħol tiżgura li dan il-bajd għat-tifqis jiġi inkubat f’ħinijiet u postijiet kompletament separati minn bajd għat-tifqis li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-punt (d);

(d)

fil-każ ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam:

(i)

ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(ii)

ikunu ġejjin minn qatgħat li:

jew

ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

jew

ikunu mlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini inattivati;

jew

ikunu mlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini ħajjin li jissodisfaw il-kriterji fl-Anness VI u jkun sar tilqim mill-inqas 30 jum qabel il-ġbir tal-bajd għat-tifqis.

KAPITOLU 4

Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fir-rigward ta’ annimali ungulati u tjur miżmuma

Artikolu 43

Regoli speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tal-ungulati u l-pollam miżmuma

1.   Matul il-moviment tal-ungulati u l-pollam miżmuma mill-istabbiliment tal-oriġini lejn stabbiliment fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali ma jkunux soġġetti għal aktar minn tliet operazzjonijiet ta’ assemblaġġ u li dawk l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jitwettqu fi stabbilimenti approvati għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew fuq mezzi tat-trasport f’konformità mal-Artikolu 44 fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull wieħed mill-ungulati u l-pollam miżmuma soġġett għal dawk l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jiġi mċaqlaq lejn il-post finali tad-destinazzjoni tiegħu fi Stat Membru ieħor sa mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tat-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini;

(b)

il-perjodu ta’ żmien bejn id-data tat-tluq ta’ kull wieħed mill-ungulati u l-pollam miżmuma mill-istabbiliment tal-oriġini tiegħu u d-data tat-tluq tiegħu mill-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fl-Istat Membru tal-oriġini lejn Stat Membru ieħor ma għandux ikun itwal minn 14-il jum.

2.   Fuq talba mill-awtorità kompetenti, l-operatur li jitlob iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali sabiex jikkonforma mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandu jipprovdi rendikont tal-moviment, inklużi l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ kollha, tal-annimali li jifformaw il-konsenja mit-tluq tagħhom mill-istabbiliment tal-oriġini.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1(a), fil-każ tat-trasport tal-annimali bil-passaġġi fuq l-ilma jew bil-baħar, il-perjodu ta’ 20 jum stipulat fil-paragrafu 1(a) jista’ jiġi estiż bit-tul tal-vjaġġ bil-passaġġi fuq l-ilma jew bil-baħar.

Artikolu 44

Regoli speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ li jseħħu fuq mezzi tat-trasport

L-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu ungulati jew pollam maħsuba għal assemblaġġ fuq il-mezzi tat-trasport qabel jiġu mċaqilqa għal Stat Membru ieħor għandhom jiżguraw li t-tagħbija ssir fl-istabbiliment mingħajr ma l-mezzi tat-trasport jidħlu fil-bini fejn jinżammu l-annimali.

Artikolu 45

Regoli dettaljati għall-miżuri ta’ bijosigurtà għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ

1.   L-operaturi tal-istabbilimenti approvati għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ għandhom jiżguraw li

(a)

l-istabbiliment jew iż-żoni ta’ akkomodazzjoni tal-annimali epidemjoloġikament separati fi ħdan l-istabbiliment jitbattlu mill-annimali u jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati f’intervalli regolari ta’ mhux aktar minn 14-il jum ta’ okkupazzjoni bla interruzzjoni;

(b)

it-tajers tal-mezzi tat-trasport, li minnhom ikunu tħattew jew li fuqhom ikunu tgħabbew l-annimali, jiġu ddiżinfettati qabel jitilqu mill-istabbiliment.

2.   L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ ungulati jew pollam miżmuma fuq il-mezzi tat-trasport għandhom jiżguraw li t-tajers tal-mezzi tat-trasport jiġu ddiżinfettati qabel jitilqu mill-istabbiliment tal-oriġini.

Artikolu 46

Derogi għall-movimenti ta’ ungulati għal wirjiet u avvenimenti sportivi, kulturali u simili

1.   Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 126(2) u 134(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fl-Artikoli 43, 44 u 45 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-moviment tal-ungulati miżmuma lejn Stat Membru ieħor għall-iskop tal-parteċipazzjoni f’wirjiet u avvenimenti sportivi, kulturali u simili.

2.   Il-permess mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 133(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 ma għandux ikun meħtieġ meta l-annimali ekwini rreġistrati u ċċertifikati individwalment jikkondividu mezz tat-trasport sabiex jiġu ttrasportati lejn Stat Membru ieħor sabiex jipparteċipaw fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU 5

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma, għajr ungulati u pollam miżmuma, u għall-movimenti ta’ bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

Taqsima 1

Primati

Artikolu 47

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ primati lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-primati lejn Stat Membru ieħor meta l-annimali

jew

1.

ikunu nżammu fi stabbiliment konfinat u jiġu ttrasportati lejn stabbiliment konfinat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti fl-Artikolu 64(1);

jew

2.

ikunu ġejjin minn stabbiliment għajr stabbiliment konfinat u jiġu ttrasportati lejn stabbiliment konfinat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 63(2)(b).

Taqsima 2

Naħal tal-għasel u naħal bagħli

Artikolu 48

Rekwiżiti rigward il-moviment tan-naħal tal-għasel lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss in-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, lejn Stati Membri oħrajn meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali u l-kaxex tan-naħal tal-oriġini ma jurux sinjali ta’ pesta Amerikana, infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) jew infestazzjoni bi Tropilaelaps spp.;

(b)

ikunu ġejjin minn miġbħa li tinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku b’raġġ ta’ mill-inqas:

(i)

3 km, fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-pesta Amerikana matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq u mingħajr restrizzjoni minħabba tifqigħa tal-pesta Amerikana;

(ii)

100 km, fejn ma tkunx ġiet irrapportata infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) u mingħajr restrizzjoni minħabba każ suspettat jew l-okkorrenza kkonfermata ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala), sakemm ma tkunx prevista deroga fl-Artikolu 49;

(iii)

100 km, fejn ma tkunx ġiet irrapportata infestazzjoni bi Tropilaelaps spp. u mingħajr restrizzjoni minħabba każ suspettat jew l-okkorrenza kkonfermata ta’ infestazzjoni bi Tropilaelaps spp..

Artikolu 49

Deroga għall-moviment tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mill-Artikolu 48(b)(ii), l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-irġejjen tan-naħal tal-għasel meta dawk l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 48(a), (b)(i) u (iii) u r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fil-miġbħa tal-oriġini ma tkunx ġiet irrapportata infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) u dik il-miġbħa tkun tinsab f’distanza ta’ mill-inqas 30 km mil-limiti ta’ żona ta’ protezzjoni f’raġġ ta’ mill-inqas 20 km stabbilit mill-awtorità kompetenti madwar okkorrenza kkonfermata ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala);

(b)

il-miġbħa tal-oriġini ma tkunx tinsab f’żona ristretta minn miżuri protettivi stabbiliti mill-Unjoni minħabba l-okkorrenza kkonfermata ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala);

(c)

il-miġbħa tal-oriġini tkun tinsab f’żona fejn is-sorveljanza annwali għas-sejbien ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) mill-awtorità kompetenti tkun għadha għaddejja sabiex jiġi pprovdut livell ta’ kunfidenza ta’ mill-inqas 95 % għas-sejbien ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) jekk mill-inqas 2 % tal-imġiebaħ ikunu ġew infestati;

(d)

il-miġbħa tal-oriġini tiġi spezzjonata kull xahar matul l-istaġun tal-produzzjoni mill-awtorità kompetenti b’riżultati negattivi sabiex jiġi pprovdut livell ta’ kunfidenza ta’ mill-inqas 95 % għas-sejbien ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) jekk mill-inqas 2 % tal-imġiebaħ ikunu ġew infestati;

(e)

ikunu nżammu f’gaġġa individwalment b’massimu ta’ 20 attendent ta’ akkumpanjament.

Artikolu 50

Rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ infestazzjoni b’Varroa spp. għall-moviment ta’ naħal tal-għasel lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss in-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn infestazzjoni b’Varroa spp. meta jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48 u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien minn infestazzjoni b’Varroa spp.;

(b)

dan ikun protett kontra infestazzjoni bil-Varroa spp. matul it-trasport.

Artikolu 51

Rekwiżiti għall-moviment ta’ naħal bagħli lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss in-naħal bagħli għal Stati Membri oħrajn meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ma jurix sinjali ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala);

(b)

ikun ġej minn stabbiliment li jinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’raġġ ta’ mill-inqas 100 km, fejn ma tkunx ġiet irrapportata infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) u mingħajr restrizzjoni minħabba każ suspettat jew l-okkorrenza kkonfermata ta’ infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala). Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw għan-naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati li jiġi mċaqlaq f’konformità mal-Artikolu 52.

Artikolu 52

Deroga għall-moviment ta’ naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati għan-naħal bagħli lejn Stati Membri oħrajn

B’deroga mill-Artikolu 51(b), l-operaturi jistgħu jċaqilqu n-naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati għan-naħal bagħli lejn Stati Membri oħrajn meta jkun hemm konformità mal-Artikolu 51(a) u dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun trabba iżolat f’unitajiet epidemjoloġiċi separati b’kull kolonja f’kontenitur magħluq li kien ġdid jew li tnaddaf u ġie ddiżinfettat qabel l-użu;

(b)

l-istħarriġiet regolari fuq l-unità epidemjoloġika mwettqa f’konformità mal-proċeduri operattivi standard bil-miktub ma jkunux sabu l-infestazzjoni bl-Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) fl-unità epidemjoloġika.

Taqsima 3

Klieb, qtates u inmsa

Artikolu 53

Rekwiżiti għall-moviment ta’ klieb, qtates u inmsa lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-klieb, il-qtates u l-inmsa lejn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jiġu identifikati individwalment:

jew

(i)

f’konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

jew

(ii)

permezz ta’ tatwaġġ li jista’ jinqara b’mod ċar u li kien applikat qabel it-3 ta’ Lulju 2011;

(b)

l-annimali jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni individwali kif previst fl-Artikolu 71 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 li jiddokumenta li

(i)

l-annimal identifikat ikun ġej minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq, u jkun ingħata kors primarju komplet ta’ tilqimiet kontra r-rabja mill-inqas 21 jum qabel il-moviment, jew ikun tlaqqam mill-ġdid kontra r-rabja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 54(1) u (2);

(ii)

fil-każ tal-klieb, ikunu ġew soġġetti għall-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal infestazzjoni b’Echinococcus multilocularis f’konformità mal-Parti 2(1) tal-Anness VII u, fejn applikabbli, fil-każ ta’ klieb, qtates jew inmsa, għal mard ieħor f’konformità mal-Parti 2(3) tal-Anness VII fi ħdan il-perjodu meħtieġ stabbilit hemmhekk qabel jidħlu fi Stat Membru jew żona tiegħu eliġibbli sabiex ikunu jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa f’konformità mal-Artikolu 54(2).

Artikolu 54

Deroga mir-rekwiżiti dwar it-tilqim kontra r-rabja u t-trattament kontra l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocaris

1.   B’deroga mill-Artikolu 53(b)(i), l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-klieb, il-qtates u l-inmsa li għandhom inqas minn 12-il ġimgħa u li ma ngħataw ebda tilqima kontra r-rabja, jew li għandhom bejn 12-il ġimgħa u 16-il ġimgħa u ngħataw tilqima kontra r-rabja, iżda li sa issa għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII għal Stat Membru ieħor dment li:

(a)

l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun awtorizza tali movimenti b’mod ġenerali u jkun informa lill-pubbliku fuq sit web iddedikat li tali movimenti huma awtorizzati; kif ukoll

(b)

tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 86 ikun ikkomplementat minn dikjarazzjoni tal-operatur li tiddikjara li, mit-twelid sal-ħin tat-tluq, l-annimali ma kellhom ebda kuntatt ma’ annimali terrestri miżmuma taħt suspett ta’ infezzjoni bil-virus tar-rabja jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tar-rabja;

jew

(ii)

ikun jista’ jiġi stabbilit mid-dokument ta’ identifikazzjoni tal-omm, li fuqha jkunu għadhom jiddependu l-annimali msemmija f’dan il-paragrafu, li, qabel it-twelid tagħhom, l-omm tkun ingħatat tilqima kontra r-rabja li kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII.

2.   B’deroga mill-Artikolu 53(b)(i) u (ii), l-operaturi jistgħu jċaqilqu l-klieb, il-qtates u l-inmsa mhux imlaqqmin kontra r-rabja u l-klieb li ma ngħatawx trattament kontra infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis permezz ta’ trasport dirett lejn stabbiliment konfinat.

Artikolu 55

L-obbligu ta’ indokratur tal-annimali domestiċi għall-movimenti ta’ klieb, qtates u inmsa, għajr movimenti mhux kummerċjali

Meta ma jkunx jista’ jsir moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa miżmuma bħala annimali domestiċi fid-djar f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 245(2) jew fl-Artikolu 246(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-indokraturi tal-annimali domestiċi għandhom iċaqilqu biss il-klieb, il-qtates u l-inmsa miżmuma bħala annimali domestiċi fid-djar għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jiġu identifikati individwalment:

jew

(i)

f’konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

jew

(ii)

permezz ta’ tatwaġġ li jista’ jinqara b’mod ċar u li kien applikat qabel it-3 ta’ Lulju 2011;

(b)

l-annimali jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni individwali kif previst fl-Artikolu 71 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 li jiddokumenta li

(i)

l-annimal identifikat ikun ingħata kors primarju komplet ta’ tilqimiet kontra r-rabja mill-inqas 21 jum qabel it-tluq, jew ikun tlaqqam mill-ġdid kontra r-rabja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa f’konformità mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 56.

(ii)

fil-każ tal-klieb, ikunu ġew soġġetti għall-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal infestazzjoni b’Echinococcus multilocularis f’konformità mal-Parti 2(1) tal-Anness VII u, fejn applikabbli, fil-każ ta’ klieb, qtates jew inmsa, għal mard ieħor f’konformità mal-Parti 2(3) tal-Anness VII fi ħdan il-perjodu meħtieġ stabbilit hemmhekk qabel jidħlu fi Stat Membru jew żona tiegħu eliġibbli sabiex ikunu jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 56

Deroga mir-rekwiżit tat-tilqim kontra r-rabja għall-movimenti ta’ klieb, qtates u inmsa, għajr movimenti mhux kummerċjali

B’deroga mill-Artikolu 55(b)(i), l-indokraturi tal-annimali domestiċi jistgħu jċaqilqu l-klieb, il-qtates u l-inmsa ta’ inqas minn 12-il ġimgħa li ma jkunux ingħataw tilqima kontra r-rabja, jew il-klieb, il-qtates u l-inmsa ta’ bejn 12 u 16-il ġimgħa li jkunu ngħataw tilqima kontra r-rabja, iżda li jkunu għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII, miżmuma bħala annimali domestiċi f’unitajiet domestiċi lejn Stat Membru ieħor, dment li

(a)

l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun awtorizza tali movimenti b’mod ġenerali u jkun informa lill-pubbliku fuq sit web iddedikat li tali movimenti huma awtorizzati; kif ukoll

(b)

tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 86 ikun ikkomplementat minn dikjarazzjoni tal-indokratur tal-annimali domestiċi li tiddikjara li, mit-twelid sal-ħin tat-tluq tal-annimali, dawn ma kellhom ebda kuntatt ma’ annimali terrestri miżmuma taħt suspett ta’ infezzjoni bil-virus tar-rabja jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tar-rabja;

jew

(ii)

ikun jista’ jiġi stabbilit mid-dokument ta’ identifikazzjoni tal-omm, li fuqha jkunu għadhom jiddependu l-annimali msemmija f’dan il-paragrafu, li, qabel it-twelid tagħhom, l-omm tkun ingħatat tilqima kontra r-rabja li kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII.

Artikolu 57

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ deroga mir-rekwiżit għat-tilqim kontra r-rabja għal klieb, qtates u inmsa

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni dwar l-aċċettazzjoni b’mod ġenerali tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa ta’ inqas minn 12-il ġimgħa li ma jkunux ingħataw tilqima kontra r-rabja, jew il-klieb, il-qtates u l-inmsa ta’ bejn 12 u 16-il ġimgħa li jkunu ngħataw tilqima kontra r-rabja, iżda li jkunu għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII imsemmija fl-Artikolu 54(1)(a) u fl-Artikolu 56(a) li ġejjin minn Stati Membri oħrajn.

Taqsima 4

Karnivori oħrajn

Artikolu 58

Rekwiżiti għall-moviment ta’ karnivori oħrajn lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss karnivori oħrajn għal Stat Membru ieħor meta dawk il-karnivori l-oħrajn jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu ġew identifikati individwalment jew identifikati bħala grupp ta’ annimali tal-istess speċi miżmuma flimkien matul il-moviment lejn id-destinazzjoni;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja f’annimali terrestri miżmuma matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(c)

l-annimali jkunu ngħataw kors primarju komplet ta’ tilqimiet kontra r-rabja mill-inqas 21 jum qabel it-tluq, jew ikunu tlaqqmu mill-ġdid kontra r-rabja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ validità stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VII;

(d)

fil-każ tal-kanidi, l-annimali jkunu ġew soġġetti għall-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis f’konformità mal-Parti 2(2) tal-Anness VII fi ħdan il-perjodu meħtieġ stabbilit hemmhekk qabel jidħlu fi Stat Membru jew żona tiegħu eliġibbli sabiex ikunu jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(e)

safejn ikunu ġew adottati miżuri skont ir-Regolament (UE) 2016/429 għal infezzjoni oħra minbarra r-rabja elenkata għall-karnivori jew għal ċerti speċijiet ta’ karnivori, l-annimali tal-ispeċijiet inklużi f’dawk il-miżuri jkunu ġew soġġetti għall-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji f’konformità mal-Parti 2(3) tal-Anness VII għal dawk l-ispeċijiet ta’ karnivori fi ħdan il-perjodu meħtieġ stabbilit hemmhekk qabel jidħlu fi Stat Membru jew żona tiegħu eliġibbli sabiex ikunu jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri għall-annimali li jappartjenu għal dawk l-ispeċijiet ta’ karnivori.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(c) u (d), l-operaturi jistgħu jċaqilqu karnivori oħrajn mhux imlaqqmin kontra r-rabja u kanidi mhux ittrattati kontra infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis meta l-annimali jiġu ttrasportati direttament lejn

(a)

stabbiliment konfinat;

jew

(b)

stabbiliment fejn dawn l-annimali jinżammu bħala annimali tal-pil kif definiti fil-punt (1) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (17).

Taqsima 5

Għasafar miżmuma u bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma

Artikolu 59

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ għasafar miżmuma

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss għasafar miżmuma oħrajn minbarra l-psittaċidi għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali kienu kontinwament residenti fi stabbiliment irreġistrat jew konfinat mit-tifqis jew għal mill-inqas 21 jum qabel it-tluq;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn qatgħat li ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(c)

l-annimali ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(d)

f’każ li l-annimali jkunu daħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu, ikunu nżammu fi kwarantina f’konformità mar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni fl-istabbiliment ta’ kwarantina approvat tad-destinazzjoni fl-Unjoni;

(e)

fil-każ tal-ħamiem, l-annimali jkunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn isir tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(f)

ir-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 61 u 62.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-psittaċidi għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1;

(b)

l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata l-klamidjożi tat-tjur matul l-aħħar 60 jum qabel it-tluq u li, f’każ li tkun ġiet ikkonfermata l-klamidjożi tat-tjur matul l-aħħar 6 xhur qabel it-tluq, ikunu ġew applikati l-miżuri li ġejjin:

(i)

l-għasafar infettati u l-għasafar li x’aktarx ikunu infettati jkunu ngħataw trattament;

(ii)

wara t-tlestija tat-trattament, ikunu nstabu negattivi f’testijiet tal-laboratorju għall-klamidjożi tat-tjur;

(iii)

wara t-tlestija tat-trattament, l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie ddiżinfettat;

(iv)

ikunu għaddew mill-inqas 60 jum mit-tlestija tat-tindif u tad-diżinfezzjoni msemmija fil-punt (iii);

(c)

f’każ li l-annimali kienu f’kuntatt mal-għasafar miżmuma minn stabbilimenti fejn saret dijanjożi tal-klamidjożi tat-tjur matul l-aħħar 60 jum qabel it-tluq, jinstabu negattivi f’testijiet tal-laboratorju għall-klamidjożi tat-tjur imwettqa mill-inqas 14-il jum wara l-kuntatt;

(d)

l-annimali jiġu identifikati f’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035.

Artikolu 60

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma għal Stat Membru ieħor meta dak il-bajd jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun ġej minn stabbiliment irreġistrat jew konfinat;

(b)

ikun ġej minn qatgħat li jkunu nżammu fi stabbiliment irreġistrat jew konfinat;

(c)

ikun ġej minn qatgħat li ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(d)

jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti relatati mat-tilqim kif previst fl-Artikoli 61 u 62.

Artikolu 61

Rekwiżiti fir-rigward ta’ tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle

Fil-każ fejn l-għasafar miżmuma, il-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma jew il-qatgħat tal-oriġini tal-bajd għat-tifqis ikunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle b’vaċċini li mhumiex vaċċini inattivati, il-vaċċini amministrati għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-Anness VI.

Artikolu 62

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ għasafar miżmuma u bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma lejn Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-għasafar miżmuma tal-ispeċi galliformi u l-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma tal-ispeċi galliformi minn Stat Membru jew żona tiegħu li ma għandhomx l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għal Stat Membru jew żona tiegħu li għandhom l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 59 sa 61 għall-komodità speċifika u meta dawk l-annimali u l-bajd għat-tifqis jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:

(a)

fil-każ ta’ għasafar miżmuma:

(i)

l-annimali ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(ii)

l-annimali jkunu ġew iżolati għal 14-il jum qabel it-tluq, fl-istabbiliment tal-oriġini taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali jew fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat, fejn:

ma jkunux tlaqqmu għasafar miżmuma kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

ma jkunux ġew introdotti għasafar oħrajn matul l-aħħar 21 jum qabel it-tluq;

ma jkun sar l-ebda tilqim fl-istabbiliment ta’ kwarantina;

(iii)

l-annimali jkunu ttestjaw negattiv, matul l-aħħar 14-il jum qabel it-tluq, għal testijiet seroloġiċi għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettqa fuq kampjuni tad-demm f’livell li jagħti 95 % kunfidenza li tinstab infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;

(b)

fil-każ tal-bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma:

(i)

ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(ii)

ikunu ġejjin minn qatgħat li:

jew

ma jkunux imlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

jew

ikunu mlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini inattivati;

jew

ikunu mlaqqmin kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini ħajjin li jissodisfaw il-kriterji fl-Anness VI u jkun sar tilqim mill-inqas 30 jum qabel il-ġbir tal-bajd għat-tifqis.

KAPITOLU 6

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati

Artikolu 63

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma minn stabbilimenti oħrajn minbarra stabbilimenti konfinati lejn stabbiliment konfinat

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali terrestri miżmuma, minbarra l-primati, li jiġu minn stabbilimenti oħrajn minbarra stabbiliment konfinat lejn stabbiliment konfinat f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu soġġetti għal kwarantina għal perjodu xieraq għall-mard elenkat għall-ispeċijiet li għandhom jiġu mċaqilqa u, fi kwalunkwe każ, ta’ mill-inqas 30 jum u matul dan il-perjodu jinżammu:

jew

(i)

qabel il-moviment tagħhom, fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat jew f’faċilitajiet ta’ kwarantina ta’ stabbiliment konfinat ieħor;

jew

(ii)

wara l-moviment tagħhom, f’faċilità ta’ kwarantina tal-istabbiliment konfinat tad-destinazzjoni finali;

(b)

l-annimali ma juru l-ebda sinjal kliniku jew suspett tal-mard elenkat għall-ispeċijiet fil-ħin tal-moviment;

(c)

l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 relevanti għall-ispeċi;

(d)

l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-tilqim, it-trattament jew l-ittestjar stipulati f’dan ir-Regolament applikabbli għall-moviment tal-annimali.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-primati miżmuma lejn stabbiliment konfinat f’konformità mar-regoli li huma mill-inqas stretti daqs dawk imsemmija fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Edizzjoni tal-2018, fl-Artikoli 5.9.1 sa 5.9.5 fir-rigward tal-miżuri ta’ kwarantina applikabbli għall-primati u fl-Artikolu 6.12.4 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kwarantina għall-primati minn ambjent mhux ikkontrollat, u tali moviment kien awtorizzat

(a)

fil-każ tal-moviment fi ħdan Stat Membru, mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru,

jew

(b)

fil-każ tal-moviment lejn Stat Membru ieħor, bi ftehim tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Artikolu 64

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma minn stabbilimenti konfinati lejn stabbilimenti konfinati fi Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali terrestri miżmuma minn stabbiliment konfinat għal stabbiliment konfinat fi Stat Membru ieħor jekk dawk l-annimali ma jippreżentaw l-ebda riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard li għalih huma elenkati, abbażi tar-riżultati tal-pjan ta’ sorveljanza li jkopri dawk l-annimali.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali miżmuma li jappartjenu għall-familji ta’ Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Moschidae jew Tragulidae għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu f’konformità ma’, mill-inqas, wieħed mir-rekwiżiti għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ tali annimali li ma jissodisfawx mill-inqas waħda mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

jew

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

KAPITOLU 7

Regoli speċjali u eżenzjonijiet

Artikolu 65

Regoli speċjali għall-moviment ta’ ċirkli u wirjiet tal-annimali itineranti lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi ta’ ċirkli u wirjiet tal-annimali itineranti għandhom iċaqilqu biss iċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali tagħhom għal Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huma jipprovdu lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu ċ-ċirklu jew il-wirja tal-annimali itineranti b’itinerarju tal-moviment maħsub tagħhom lejn Stat Membru ieħor mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel it-tluq;

(b)

id-dokument ta’ moviment imsemmi fl-Artikolu 77 ta r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 li jakkumpanja lill-annimali kollha li għandhom jiġu mċaqilqa jiġi aġġornat kif xieraq,

kif ukoll

(i)

id-dokument ta’ identifikazzjoni individwali għal kull kelb, qattus u nemes li għandhom jiġu mċaqilqa, imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, jimtela kif xieraq bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 53(b)(i) u (ii);

(ii)

id-dokument ta’ identifikazzjoni għall-grupp ta’ għasafar miżmuma li għandhom jiġu mċaqilqa, kif imsemmi fl-Artikolu 79 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, jiġi aġġornat kif xieraq.

(c)

matul l-aħħar 12-il xahar qabel it-tluq:

(i)

l-annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi jkunu ġew soġġetti għal test għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, b’riżultati negattivi;

(ii)

l-annimali bovini, kaprini u ċervidi jkunu ġew soġġetti għal test għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I, b’riżultati negattivi;

(iii)

il-ħamiem ikun tlaqqam kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;

(d)

l-annimali kollha taċ-ċirkli u tal-wirjiet tal-annimali itineranti kienu spezzjonati mill-veterinarju uffiċjali matul il-perjodu ta’ 10 ijiem tax-xogħol qabel it-tluq taċ-ċirklu u l-wirja tal-annimali itineranti u nstabu klinikament f’saħħithom għall-mard elenkat kif applikat għall-ispeċijiet elenkati jew għal kategoriji ta’ annimali.

2.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali miżmuma li jappartjenu għall-familji ta’ Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Moschidae jew Tragulidae għal Stat Membru ieħor jew żona tiegħu f’konformità ma’, mill-inqas, wieħed mir-rekwiżiti għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ tali annimali li ma jissodisfawx mill-inqas waħda mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

jew

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u mingħajr programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 66

Obbligu tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-moviment taċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti lejn Stati Membri oħrajn

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tiffirma u tittimbra l-itinerarju msemmi fl-Artikolu 65(1)(a) dment li:

(a)

iċ-ċirklu jew il-wirja tal-annimali itineranti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni tas-saħħa tal-annimali b’rabta ma’ marda elenkata għall-ispeċi ta’ annimal miżmum fiċ-ċirklu u l-wirja tal-annimali itineranti;

(b)

jiġu mħarsa r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 65;

(c)

id-dokumenti ta’ identifikazzjoni kollha li jakkumpanjaw lill-annimali matul il-moviment taċ-ċirklu u l-wirjiet tal-annimali itineranti jiġu aġġornati kif xieraq u l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-tilqim, it-trattament jew l-ittestjar stipulati f’dan ir-Regolament applikabbli għall-moviment tal-ispeċijiet rilevanti.

Artikolu 67

Rekwiżiti għall-movimenti ta’ għasafar miżmuma maħsuba għall-wirjiet

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-għasafar miżmuma lejn wirja fi Stat Membru ieħor meta dawk l-annimali jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59.

2.   L-operatur tal-wirja, minbarra għall-wirjiet tal-kaċċa waqt it-titjir għall-għasafar tal-priża, għandu jiżgura li:

(a)

id-dħul fil-wirja tal-annimali jkun limitat għall-għasafar miżmuma rreġistrati minn qabel għall-parteċipazzjoni fil-wirja;

(b)

id-dħul fil-wirja tal-għasafar li joriġinaw minn stabbilimenti li jinsabu fl-Istat Membru fejn isseħħ il-wirja ma jipperikolax l-istat ta’ saħħa tal-għasafar li jipparteċipaw fil-wirja billi

jew

(i)

ikun meħtieġ l-istess stat ta’ saħħa għall-għasafar miżmuma kollha li jipparteċipaw fil-wirja;

jew

(ii)

l-għasafar miżmuma li joriġinaw mill-Istat Membru fejn issir il-wirja jinżammu f’bini jew kompartimenti separati minn għasafar miżmuma li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn;

(c)

veterinarju

(i)

iwettaq kontrolli tal-identità fuq l-għasafar miżmuma li jkunu qed jipparteċipaw fil-wirja qabel id-dħul fil-wirja;

(ii)

jissorvelja l-kundizzjonijiet kliniċi tal-għasafar mad-dħul tagħhom fil-wirja u matulha.

3.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-għasafar miżmuma mċaqilqa għal wirja f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 jiġu mċaqilqa biss minn tali wirjiet lejn Stat Membru ieħor meta jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 81;

jew

(b)

fil-każ ta’ għasafar miżmuma, minbarra l-għasafar tal-priża li ħadu sehem f’wirja tal-kaċċa waqt it-titjir, l-annimali jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni maħruġa mill-veterinarju msemmi fil-paragrafu 2(c) li tiddikjara li l-istat ta’ saħħa tal-għasafar kif attestat fiċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 81 ma kienx kompromess matul il-wirja, flimkien maċ-ċertifikat oriġinali validu tas-saħħa tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 81 maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għall-moviment tal-għasafar miżmuma lejn il-wirja, anness ma’ dik id-dikjarazzjoni;

jew

(c)

fil-każ tal-għasafar tal-priża li ħadu sehem f’wirja tal-kaċċa waqt it-titjir, l-annimali jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat oriġinali validu tas-saħħa tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 81 maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għall-moviment tal-għasafar tal-priża lejn il-wirja tal-kaċċa waqt it-titjir, dment li dawn jiġu mċaqilqa lura lejn l-Istat Membru tal-oriġini.

4.   Il-veterinarju msemmi fil-paragrafu 2(c) għandu joħroġ biss id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) dment li:

(a)

l-annimali jiġu mċaqilqa lura għall-Istat Membru tal-oriġini;

(b)

ikunu saru arranġamenti sabiex il-moviment maħsub tal-għasafar miżmuma lejn l-Istat Membru tal-oriġini jitlesta fil-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 81 maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għall-moviment tal-għasafar miżmuma lejn il-wirja;

(c)

ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2(b).

Artikolu 68

Rekwiżiti speċifiċi għall-movimenti ta’ ħamiem tat-tiġrija lejn avvenimenti sportivi fi Stat Membru ieħor

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-ħamiem tat-tiġrija lejn avvenimenti sportivi fi Stat Membru ieħor meta dawk l-annimali jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 59.

KAPITOLU 8

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u notifika tal-moviment

Taqsima 1

Rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

Artikolu 69

Deroga għall-movimenti ta’ annimali ekwini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 ma għandhomx japplikaw għall-moviment ta’ annimali ekwini rreġistrati lejn Stat Membru ieħor, dment li:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tkun awtorizzat id-deroga;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tkun infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) u fil-punt (d);

(c)

l-annimali ekwini miżmuma u mċaqilqa fit-territorji rispettivi tal-Istat Membru tal-oriġini u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-moviment ta’ annimali ekwini miżmuma lejn Stati Membri oħrajn u, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali addizzjonali stipulati fl-Artikolu 22;

(d)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jkollhom sistemi fis-seħħ sabiex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-annimali ekwini miżmuma mċaqilqa fil-kundizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 70

Deroga għall-movimenti ta’ annimali terrestri taċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti lejn Stati Membri oħrajn

Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 ma għandhomx japplikaw għall-moviment ta’ annimali terrestri taċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti lejn Stat Membru ieħor.

Artikolu 71

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal ċerti annimali terrestri miżmuma

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss għasafar miżmuma, naħal tal-għasel, naħal bagħli, għajr naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati, primati, klieb, qtates, inmsa jew karnivori oħrajn lejn Stat Membru ieħor jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jċaqilqu għasafar miżmuma minn wirjiet lura għall-Istat Membru tal-oriġini tal-għasafar f’konformità mal-Artikolu 67(3).

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għall-moviment ta’ għasafar tal-priża mill-istabbiliment fl-Istat Membru tal-oriġini lejn wirja tal-kaċċa waqt it-titjir fi Stat Membru ieħor jista’ jakkumpanja lil dawn l-għasafar tal-priża matul ir-ritorn tagħhom minn dik il-wirja lejn l-Istat Membru tal-oriġini, dment li l-moviment iseħħ fil-perjodu ta’ validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

Artikolu 72

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma

L-operaturi għandhom iċaqilqu biss il-bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma lejn Stat Membru ieħor jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini.

Taqsima 2

Il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-annimali terrestri miżmuma u l-bajd għat-tifqis

Artikolu 73

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali bovini miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali bovini miżmuma, għajr dawk l-annimali bovini miżmuma msemmija fil-paragrafu 2, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10, u għal dawk fl-Artikoli 11, 12 u 13, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali bovini miżmuma li jiġu mċaqilqa direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija fi Stat Membru ieħor għal skarnar immedjat, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 14.

Artikolu 74

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ovini u kaprini miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ovini u kaprini miżmuma, għajr dawk l-annimali ovini u kaprini miżmuma msemmija fil-paragrafi 2 u 3, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti:

(a)

fil-każ ta’ annimali ovini għajr annimali ovini maskili mhux ikkastrati, fl-Artikolu 15(1) u (2);

(b)

fil-każ ta’ annimali kaprini, fl-Artikolu 15(1) u (3);

(c)

fil-każ ta’ annimali ovini maskili mhux ikkastrati, fl-Artikolu 15(1), (2) u (4);

(d)

fl-Artikolu 17, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ovini u kaprini miżmuma mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti:

(a)

fl-Artikolu 15(1)(a), (b) u (d) sa (h);

(b)

fl-Artikolu 15(1)(c) jew fl-Artikolu 16;

(c)

fl-Artikolu 17, fejn applikabbli.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ovini u kaprini miżmuma li jiġu mċaqilqa direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija fi Stat Membru ieħor għal skarnar immedjat, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18.

Artikolu 75

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali porċini miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali porċini miżmuma, għajr dawk l-annimali bovini miżmuma msemmija fil-paragrafu 2, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 19, u għal dawk fl-Artikolu 20, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali porċini miżmuma li jiġu mċaqilqa direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija fi Stat Membru ieħor għal skarnar immedjat, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 21.

Artikolu 76

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ekwini miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ekwini miżmuma, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 22.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1

(a)

għandu jinħareġ għal annimal ekwin individwali;

jew

(b)

jista’ jinħareġ għal konsenja ta’ annimali ekwini

(i)

li jintbagħtu direttament lejn Stat Membru ieħor mingħajr ma jgħaddu minn operazzjonijiet ta’ assemblaġġ;

jew

(ii)

li jiġu ttrasportati direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija għal skarnar immedjat fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 77

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali kamelidi miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali kamelidi miżmuma, għajr dawk l-annimali kamelidi miżmuma msemmija fil-paragrafu 2, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 23, u għal dawk fl-Artikolu 24, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali kamelidi miżmuma li jiġu mċaqilqa direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija fi Stat Membru ieħor għal skarnar immedjat, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 25.

Artikolu 78

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ċervidi miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ċervidi miżmuma, għajr dawk l-annimali ċervidi miżmuma msemmija fil-paragrafu 2, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 26, u għal dawk fl-Artikolu 27, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali ċervidi miżmuma li jiġu mċaqilqa direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija fi Stat Membru ieħor għal skarnar immedjat, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 28.

Artikolu 79

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal ungulati miżmuma oħrajn

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal ungulati miżmuma oħrajn, għajr dawk l-ungulati miżmuma l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 29, u għal dawk fl-Artikolu 30, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal ungulati miżmuma oħrajn li jiġu mċaqilqa direttament jew wara li jgħaddu minn operazzjoni ta’ assemblaġġ lejn biċċerija fi Stat Membru ieħor għal skarnar immedjat, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 31.

Artikolu 80

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-pollam

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-pollam, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti:

(a)

fil-każ tal-pollam għat-tnissil u tal-pollam produttiv, fl-Artikolu 34 u fl-Artikoli 41 u 42, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ pollam;

(b)

fil-każ ta’ pollam għall-iskarnar, fl-Artikolu 35 u fl-Artikoli 41 u 42, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ pollam;

(c)

fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata, fl-Artikolu 36 u fl-Artikoli 41 u 42, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ pollam;

(d)

fil-każ ta’ inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti, fl-Artikolu 37 u fl-Artikoli 41 u 42, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ pollam.

Artikolu 81

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal għasafar miżmuma

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal għasafar miżmuma, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 59, u għal dawk fl-Artikoli 61 u 62, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika tal-għasafar.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal għasafar miżmuma maħsuba għall-wirjiet, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 67(1).

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal ħamiem tat-tiġrija, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 68.

Artikolu 82

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal bajd għat-tifqis tal-pollam

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal bajd għat-tifqis tal-pollam, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 161(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti:

(a)

fil-każ ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam, għajr dawk imsemmija fil-punti (b) u (c), fl-Artikolu 38 u fl-Artikoli 41 u 42, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ bajd;

(b)

fil-każ ta’ inqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam minbarra r-ratiti, fl-Artikolu 39 u fl-Artikoli 41 u 42, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ bajd;

(c)

fil-każ ta’ bajd tal-pollam ħieles minn patoġeni speċifikati, fl-Artikolu 40.

Artikolu 83

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 72, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 60 u fl-Artikoli 61 u 62, fejn applikabbli, għall-kategorija speċifika ta’ bajd.

Artikolu 84

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal naħal tal-għasel u naħal bagħli

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal naħal tal-għasel, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 48, u fl-Artikoli 49 u 50, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal naħal bagħli, għajr naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 51.

Artikolu 85

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-primati

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-primati, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 47.

Artikolu 86

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal klieb, qtates u inmsa

1.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal klieb, qtates u inmsa, għajr dawk il-klieb, il-qtates u l-inmsa msemmija fil-paragrafu 2, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 53, u fl-Artikolu 54, fejn applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal klieb, qtates u inmsa miżmuma bħala annimali domestiċi, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII, attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 55, u fl-Artikolu 56, fejn applikabbli, u link għad-dokument ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035.

Artikolu 87

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal karnivori oħrajn

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal karnivori oħrajn, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 71(1), għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 58.

Artikolu 88

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali terrestri mċaqilqa minn stabbiliment konfinat lejn stabbiliment konfinat fi Stat Membru ieħor

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali terrestri li jiġu mċaqilqa minn stabbiliment konfinat lejn stabbiliment konfinat fi Stat Membru ieħor, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jew mal-Artikolu 71(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 64.

Taqsima 3

Rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għal tipi speċifiċi ta’ movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma

Artikolu 89

Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-moviment ta’ ungulati u pollam minn ġo stabbilimenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ assemblaġġ

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikoli 73 sa 80 għall-moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ ungulati u pollam soġġetti għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ kif ġej:

(a)

il-kontrolli u l-eżamijiet dokumentarji, tal-identità u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 91(1) jitwettqu qabel jinħareġ l-ewwel ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikoli 73 sa 80

jew

(i)

fl-istabbiliment tal-oriġini, meta l-annimali jkunu destinati għal

moviment dirett lejn stabbiliment approvat għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fl-Istat Membru tal-passaġġ;

jew

operazzjoni ta’ assemblaġġ fuq mezz tat-trasport fl-Istat Membru tal-oriġini sabiex jiġu mċaqilqa direttament lejn Stat Membru ieħor;

jew

(ii)

fi stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, fejn l-assemblaġġ tal-annimali jkun sar fl-Istat Membru tal-oriġini sabiex jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor;

jew

(iii)

fi stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fi Stat Membru tal-passaġġ, f’każ li l-annimali jkunu ġew soġġetti għal operazzjoni ta’ assemblaġġ f’tali Stat Membru;

(b)

iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikoli 73 sa 80 jimtela abbażi tal-informazzjoni uffiċjali:

(i)

disponibbli għall-veterinarju uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni li jkun wettaq il-kontrolli u l-eżamijiet imsemmija fil-punt (a)(i) u (ii) fl-Istat Membru tal-oriġini;

jew

(ii)

ipprovduta fl-ewwel jew it-tieni ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikoli 73 sa 80 disponibbli għall-veterinarju uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni li jkun wettaq il-kontrolli u l-eżamijiet imsemmija fil-punt (a)(iii) fl-Istat Membru tal-passaġġ, meta tkun saret żjara f’wieħed.

Artikolu 90

Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-ungulati u l-pollam miżmuma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi waqt il-moviment tagħhom mill-Istat Membru tal-oriġini minn ġot-territorju ta’ Stati Membri oħrajn sal-fruntiera esterna tal-Unjoni

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-ungulati jew il-pollam miżmuma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz u li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati lejn il-fruntiera esterna tal-Unjoni minn ġo Stat Membru ieħor ikunu akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa li fihom ikun attestat li:

(i)

l-annimali huma konformi mill-inqas mar-rekwiżiti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għall-moviment tal-ungulati jew il-pollam miżmuma maħsuba għall-iskarnar fl-Istat Membru fejn jinsab il-punt tal-ħruġ;

kif ukoll

(ii)

fil-każ ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), l-annimali jkunu konformi mill-inqas mal-Artikolu 33 meta l-punt tal-ħruġ ikun jinsab fi Stat Membru jew żona tiegħu bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24).

Taqsima 4

Regoli dwar ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

Artikolu 91

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

1.   Qabel ma jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq it-tipi ta’ kontrolli u eżamijiet dokumentarji, tal-identità u fiżiċi li ġejjin sabiex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti:

(a)

b’rabta mal-ungulati miżmuma, kontroll tal-identità u eżami kliniku tal-annimali tal-konsenja għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett ta’ mard elenkat rilevanti għall-ispeċi.

(b)

fir-rigward tal-pollam għat-tnissil, il-pollam produttiv u inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa u tal-produzzjoni miżmuma fl-istabbiliment, kontroll tal-identità tal-annimali tal-konsenja u spezzjoni klinika tal-qatgħa tal-oriġini u tal-annimali tal-konsenja għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(c)

fir-rigward tal-pollam maħsuba għall-iskarnar, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa u tal-produzzjoni miżmuma fl-istabbiliment, kontroll tal-identità tal-annimali tal-konsenja u spezzjoni klinika tal-qatgħa tal-oriġini għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(d)

fir-rigward tal-flieles ta’ ġurnata, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa u tal-produzzjoni miżmuma fl-istabbiliment tal-qatgħa tal-oriġini għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(e)

fir-rigward tal-għasafar miżmuma:

(i)

kontroll tal-identità tal-annimali tal-konsenja;

(ii)

kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa u tal-produzzjoni miżmuma fl-istabbiliment u spezzjoni klinika tal-qatgħa tal-oriġini u tal-annimali tal-konsenja għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(f)

fir-rigward tal-bajd għat-tifqis tal-pollam, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa u tal-produzzjoni miżmuma fl-istabbiliment tal-qatgħa tal-oriġini u, fejn applikabbli, ir-rekords miżmuma fil-mafqas tad-dispaċċ kontroll tal-identità tal-bajd għat-tifqis u

jew

(i)

spezzjoni klinika tal-qatgħa tal-oriġini għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

jew

(ii)

żjarat ta’ spezzjoni tas-saħħa ta’ kull xahar tal-istat ta’ saħħa tal-qatgħa tal-oriġini u evalwazzjoni tal-istat ta’ saħħa attwali tagħha kif ivvalutat mill-informazzjoni aġġornata pprovduta mill-operatur;

(g)

fir-rigward tal-bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa u tal-produzzjoni miżmuma fl-istabbiliment, kontroll tal-identità tal-bajd għat-tifqis u spezzjoni klinika tal-qatgħa tal-oriġini għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(h)

fir-rigward ta’ naħal tal-għasel u naħal bagħli kontroll tal-identità u

jew

(i)

eżami viżiv tal-annimali, l-imballaġġ tagħhom u kwalunkwe għalf jew materjal ieħor ta’ akkumpanjament bl-iskop li tinstab okkorrenza ta’ pesta Amerikana, Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) u Tropilaelaps spp. għan-naħal tal-għasel jew Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) għan-naħal bagħli;

jew

(ii)

fir-rigward tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel li għandhom jiġu ċċertifikati taħt deroga prevista fl-Artikolu 49, kontroll dokumentarju tar-rekords tal-ispezzjoni tas-saħħa ta’ kull xahar matul l-istaġun tal-produzzjoni, eżami viżiv tal-gaġeġ individwali tagħhom għall-iskop ta’ verifika tan-numru massimu ta’ attendenti għal kull gaġġa u eżami viżiv tal-annimali, l-imballaġġ tagħhom u kwalunkwe għalf jew materjal ieħor ta’ akkumpanjament bl-iskop li tinstab okkorrenza ta’ pesta Amerikana, Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) u Tropilaelaps spp.;

(i)

fir-rigward tal-primati, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa, kontroll tal-identità u eżami kliniku, u fejn dan ma jkunx possibbli, spezzjoni klinika tal-annimal(i) tal-konsenja għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(j)

fir-rigward ta’ klieb, qtates, inmsa u karnivori oħrajn, kontroll tal-identità u eżami kliniku u, fejn dan ma jkunx possibbli, spezzjoni klinika, tal-annimali tal-konsenja għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(k)

fir-rigward ta’ annimali terrestri minn stabbiliment konfinat li jiġu mċaqilqa lejn stabbiliment konfinat fi Stat Membru ieħor, kontroll dokumentarju tar-rekords tas-saħħa, kontroll tal-identità u eżami kliniku, u fejn dan mhux possibbli, spezzjoni klinika, tal-annimali tal-kunsinna għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kontrolli u l-eżamijiet dokumentarji, tal-identità u fiżiċi previsti fil-paragrafu 1 u joħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali:

(a)

fl-aħħar 24 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini jew, fejn applikabbli, mill-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, fir-rigward tal-ungulati miżmuma, għajr annimali ekwini;

(b)

fl-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini fir-rigward tal-annimali ekwini jew, fil-każ tal-annimali ekwini msemmija fl-Artikolu 92(2), fl-aħħar jum tax-xogħol qabel it-tluq;

(c)

fl-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-pollam għat-tnissil, il-pollam produttiv, inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti u għasafar miżmuma;

(d)

fl-aħħar 5 ijiem qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-pollam maħsub għall-iskarnar;

(e)

fl-aħħar 24 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-flieles ta’ ġurnata;

(f)

fir-rigward ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam:

(i)

fl-aħħar 72 siegħa qabel it-tluq tal-bajd għat-tifqis mill-istabbiliment tal-oriġini, fil-każ tal-kontrolli dokumentarji, il-kontrolli tal-identità, l-ispezzjoni klinika tal-qatgħa tal-oriġini u l-evalwazzjoni tal-istat ta’ saħħa attwali tagħha kif ivvalutat mill-informazzjoni aġġornata pprovduta mill-operatur;

(ii)

fi żmien l-aħħar 31 jum qabel it-tluq tal-bajd għat-tifqis mill-istabbiliment tal-oriġini, fil-każ taż-żjarat ta’ spezzjoni tas-saħħa ta’ kull xahar tal-qatgħa tal-oriġini;

(g)

fl-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma:

(h)

fl-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli u fl-aħħar 24 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel li jridu jiġu ċċertifikati skont id-deroga;

(i)

fl-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-primati;

(j)

fl-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward ta’ klieb, qtates, inmsa u karnivori oħrajn;

(k)

fi żmien l-aħħar 48 siegħa qabel it-tluq mill-istabbiliment tal-oriġini, fir-rigward tal-annimali terrestri minn stabbiliment konfinat għal stabbiliment konfinat fi Stat Membru ieħor.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-derogi stabbiliti taħt l-Artikolu 92.

Artikolu 92

Deroga mid-durata tal-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

1.   B’deroga mill-Artikolu 91(3), fil-każ tat-trasport tal-annimali bil-passaġġi fuq l-ilma jew bil-baħar, il-perjodu ta’ 10 ijiem għall-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ bil-passaġġi fuq l-ilma jew bil-baħar.

2.   B’deroga wkoll mill-Artikolu 91(3), iċ-ċertifikat għall-annimali ekwini msemmi fl-Artikolu 76(2)(a) għandu jkun validu għal 30 jum dment li:

(a)

l-annimal ekwin li għandu jiġi mċaqlaq ikun akkumpanjat mid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tiegħu kif previst fl-Artikolu 114(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jinkludi marka ta’ validazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti jew mill-korp li lilu ġiet iddelegata din l-attività, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 4 snin, biex jiġi ddokumentat li l-annimal huwa normalment residenti fi stabbiliment rikonoxxut mill-awtorità kompetenti bħala stabbiliment b’riskju ta’ saħħa baxx minħabba li jsirulu żjarat tas-saħħa tal-annimali frekwenti, kontrolli tal-identità u ttestjar tas-saħħa addizzjonali u minħabba li ma jsirx tgħammir naturali fl-istabbiliment, għajr f’bini separat u ddedikat għal dak l-iskop;

jew

(b)

l-annimal ekwin irreġistrat li għandu jiġi mċaqlaq ikun akkumpanjat mid-dokument ta’ identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja tiegħu kif previst fl-Artikolu 114(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jinkludi liċenzja maħruġa għal perjodu ta’ mhux aktar minn 4 snin għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet ekwestri mill-federazzjoni nazzjonali tal-Fédération Equestre Internationale jew għall-parteċipazzjoni f’tiġrijiet mill-awtorità kompetenti tat-tiġrijiet, u li jiddokumenta mill-inqas żewġ żjarat fis-sena minn veterinarju, inklużi dawk li huma meħtieġa sabiex isiru t-tilqim regolari kontra l-influwenza ekwina u l-eżamijiet meħtieġa għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn jew lejn pajjiżi terzi.

3.   Matul il-perjodu ta’ validità, iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun biżżejjed għal

(a)

aktar minn dħul wieħed fi Stati Membri oħrajn;

(b)

ir-ritorn lejn l-istabbiliment tat-tluq indikat fih.

Taqsima 5

Regoli dettaljati dwar in-notifika tal-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma u bajd għat-tifqis lejn Stati Membri oħrajn

Artikolu 93

Notifika bil-quddiem mill-operaturi dwar il-moviment ta’ naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati bejn l-Istati Membri

Fil-każ ta’ naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati li jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, l-operatur tal-istabbiliment tal-oriġini għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bil-quddiem dwar it-tluq ta’ dak in-naħal bagħli.

Artikolu 94

Notifika bil-quddiem mill-operaturi taċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti meta jkollhom il-ħsieb li jċaqilqu annimali terrestri bejn l-Istati Membri

Fil-każ taċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti li jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, l-operatur taċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini mill-inqas 10 ijiem qabel it-tluq ta’ dawk iċ-ċirkli u l-wirjiet tal-annimali itineranti.

Artikolu 95

Notifika bil-quddiem mill-operaturi dwar il-moviment ta’ bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma bejn l-Istati Membri

Fil-każ ta’ bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma li jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, l-operatur tal-istabbiliment tal-oriġini għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bil-quddiem dwar il-moviment intenzjonat ta’ dawk il-prodotti ġerminali.

Artikolu 96

Obbligu ta’ informazzjoni tal-operaturi dwar in-notifika tal-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom kif previst fl-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar kull konsenja ta’ annimali terrestri miżmuma li għandhom jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor kif previst:

(a)

fil-punti 1(a) sa (d) fil-Parti 1 tal-Anness VIII dwar l-annimali terrestri miżmuma, għajr naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati li għandu jiġi mċaqlaq lejn Stat Membru ieħor;

(b)

fil-parti 2 tal-Anness VIII dwar naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati.

Artikolu 97

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti dwar in-notifika tal-movimenti ta’ annimali terrestri miżmuma lejn Stati Membri oħrajn

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 153(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar kull konsenja ta’ annimali terrestri miżmuma li għandhom jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor kif previst:

(a)

fil-punti 1(a) sa (d) fil-Parti 1 tal-Anness VIII dwar l-annimali terrestri miżmuma, għajr naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati li għandu jiġi mċaqlaq lejn Stat Membru ieħor;

(b)

fil-parti 2 tal-Anness VIII dwar naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati.

Artikolu 98

Notifika dwar il-movimenti ta’ bajd għat-tifqis lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom f’konformità mal-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mal-Artikolu 95 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni prevista fil-punti 2(a) sa (e) fil-Parti 1 tal-Anness VIII dwar kull konsenja ta’ bajd għat-tifqis li għandu jiġi mċaqlaq lejn Stat Membru ieħor.

Artikolu 99

Proċeduri ta’ emerġenza

Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija u disturbi oħrajn tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-annimali terrestri miżmuma jew tal-bajd għat-tifqis li għandhom jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor għandha tikkonforma mal-arranġamenti ta’ kontinġenza stabbiliti skont l-Artikolu 134(d) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 100

Deżinjazzjoni tar-reġjuni għall-ġestjoni tan-notifiki tal-movimenti

Huma u jiddeżinjaw ir-reġjuni għall-ġestjoni tan-notifiki tal-movimenti previsti fl-Artikoli 97 u 98, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-partijiet kollha tat-territorju tagħhom ikunu koperti minn mill-inqas reġjun wieħed;

(b)

kull reġjun iddeżinjat jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità kompetenti ddeżinjata għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali f’dak ir-reġjun;

(c)

l-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġjun iddeżinjat ikollha aċċess għall-IMSOC;

(d)

il-persunal tal-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġjun iddeżinjat ikollu l-abbiltà u l-għarfien xierqa, u jkun ingħata taħriġ speċifiku, jew ikollu esperjenzi prattiċi ekwivalenti fl-użu tal-IMSOC għall-produzzjoni, l-immaniġġjar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni prevista fl-Artikoli 97 u 98.

PARTI III

IL-MOVIMENTI TA’ ANNIMALI TERRESTRI SELVAĠĠI

Artikolu 101

Rekwiżiti għall-moviment ta’ annimali terrestri selvaġġi lejn Stati Membri oħrajn

1.   L-operaturi għandhom iċaqilqu biss l-annimali terrestri selvaġġi mill-ħabitat tal-oriġini tagħhom billi jgħabbuhom direttament fuq mezz tat-trasport sabiex jittieħdu lejn ħabitat jew stabbiliment fi Stat Membru ieħor mingħajr mal-annimali jidħlu fi kwalunkwe stabbiliment fl-Istat Membru tal-oriġini.

2.   L-operaturi u t-trasportaturi għandhom jiżguraw li l-mezzi tat-trasport użati għat-trasportazzjoni ta’ annimali terrestri selvaġġi, għajr naħal tal-għasel u naħal bagħli:

(a)

jinbnew b’tali mod li

(i)

l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu jew jaqgħu;

(ii)

tkun tista’ ssir spezzjoni viżiva tal-annimali fuq il-mezzi tat-trasport;

(iii)

jiġi evitat jew minimizzat il-ħruġ tal-eskrementi, tal-imfierex jew tal-għalf tal-annimali;

(iv)

fil-każ tal-għasafar, jiġi evitat jew minimizzat il-ħruġ tar-rix;

(v)

fejn meħtieġ, l-annimali jkunu jistgħu jitrażżnu jew jiġu ttrasportati mraqqda;

(b)

jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati minnufih wara kull trasport ta’ annimali, jew kwalunkwe oġġett li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali u, jekk ikun meħtieġ, jiġu ddiżinfettati mill-ġdid u, fi kwalunkwe każ, jitnixxfu jew jitħallew jinxfu qabel kwalunkwe tagħbija ġdida ta’ annimali.

3.   L-operaturi u t-trasportaturi għandhom jiżguraw li l-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-annimali terrestri selvaġġi, għajr naħal tal-għasel u naħal bagħli:

(a)

ikunu konformi mal-kundizzjonijiet fil-punt 2(a);

(b)

ikun fihom biss annimali selvaġġi tal-istess speċi li jkunu ġejjin mill-istess ħabitat;

(c)

jiġu mmarkati bl-ispeċi u n-numru ta’ annimali;

(d)

ikunu jew kontenituri mhux użati u mhux riutilizzabbli ddisinjati għal skop speċifiku li jinqerdu wara l-ewwel użu jew inkella jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara li jintużaw u jitnixxfu jew jitħallew jinxfu qabel kwalunkwe użu sussegwenti.

4.   L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali selvaġġi terrestri mill-ħabitat tagħhom ta’ oriġini lejn ħabitat jew stabbiliment fi Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-maġġoranza tal-annimali tal-konsenja jkunu ilhom residenti fil-ħabitat tal-oriġini għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq, jew mit-twelid, jekk ikunu iżgħar minn 30 jum, u matul dan il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali miżmuma bi stat ta’ saħħa aktar baxx jew soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali jew inkella ma’ annimali miżmuma li jkunu ġejjin minn stabbiliment li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b);

(b)

kwalunkwe annimal li jidħol fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq tal-annimali msemmija fil-paragrafu (1) u introdott fi stabbiliment li jinsab fil-ħabitat fejn ikunu residenti dawk l-annimali, jinżamm separat sabiex b’hekk jiġi evitat kull kuntatt dirett u indirett mal-annimali l-oħrajn kollha f’dak l-istabbiliment u fil-ħabitat;

(c)

dawk l-annimali jkunu ġejjin minn ħabitat fejn ma jkunux ġew irrapportati l-mard u l-infezzjonijiet li ġejjin matul il-perjodi ta’ żmien stipulati:

(i)

infezzjoni bil-virus tar-rabja matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(ii)

infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis f’annimali terrestri selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar 42 jum qabel it-tluq;

(iii)

infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali terrestri selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar 42 jum qabel it-tluq;

(iv)

infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika f’raġġ ta’ 150 km f’annimali terrestri selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq;

(v)

antraċe f’ungulati matul l-aħħar 15-il jum qabel it-tluq;

(vi)

surra (Trypanosoma evansi) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq;

(d)

meta dawk l-annimali jkunu jappartjenu għall-familji ta’ Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Moschidae jew Tragulidae, il-ħabitat tal-oriġini għandu jkun f’konformità ma’, mill-inqas, wieħed mir-rekwiżiti għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) stabbiliti fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(e)

dawk l-annimali mhumiex magħrufa li kienu f’kuntatt ma’ annimali terrestri selvaġġi li ma ssodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) matul l-aħħar 30 jum qabel it-tluq.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4(d), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali terrestri selvaġġi li ma jissodisfawx mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu:

(a)

bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali movimenti huma awtorizzati fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

jew

(b)

mingħajr stat ta’ ħelsien mill-mard u programm ta’ eradikazzjoni approvat rigward infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li huma awtorizzati tali movimenti. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tali moviment, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 102

Dettalji dwar il-kontenut ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali terrestri selvaġġi

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali terrestri selvaġġi, li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 155(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandu jkun fih l-informazzjoni ġenerali prevista fil-punt 3 tal-Anness VIII u attestazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 101(4) u dawk fl-Artikolu 101(5) ta’ dan ir-Regolament, fejn applikabbli.

Artikolu 103

Regoli dwar ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ annimali terrestri selvaġġi lejn Stati Membri oħrajn

1.   Qabel jiffirma ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 102 għall-moviment ta’ annimali terrestri selvaġġi, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq it-tipi ta’ kontrolli tal-identità u eżamijiet li ġejjin:

(a)

eżami tal-informazzjoni disponibbli li turi li r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 101(4) huma ssodisfati;

(b)

kontroll tal-identità;

(c)

eżami kliniku jew,meta dan ma jkunx possibbli, spezzjoni klinika tal-annimali tal-konsenja għall-iskop ta’ sejbien ta’ sinjali kliniċi jew suspett ta’ mard elenkat jew emerġenti rilevanti għall-ispeċi.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kontroll dokumentarju, il-kontroll tal-identità u l-kontrolli fiżiċi u l-eżamijiet kif previst fil-paragrafu 1 u joħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fl-aħħar 24 siegħa qabel it-tluq tal-konsenja mill-ħabitat.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ tiegħu.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma jew bil-baħar ta’ annimali terrestri selvaġġi, il-perjodu ta’ 10 ijiem għall-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ bil-passaġġi fuq l-ilma jew bil-baħar.

Artikolu 104

Rekwiżiti għan-notifika bil-quddiem mill-operaturi tal-movimenti ta’ annimali terrestri selvaġġi lejn Stati Membri oħrajn

L-operaturi minbarra trasportaturi li jċaqilqu annimali terrestri selvaġġi lejn Stat Membru ieħor għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini mill-inqas 24 siegħa qabel it-tluq tal-konsenja.

Artikolu 105

Obbligu tal-operaturi dwar in-notifika tal-movimenti ta’ annimali terrestri selvaġġi lejn Stati Membri oħrajn

Għall-finijiet tan-notifika msemmija fl-Artikolu 155(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi minbarra trasportaturi li jċaqilqu annimali terrestri selvaġġi lejn Stat Membru ieħor għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini bl-informazzjoni prevista fl-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fil-punti 3(a) sa (d) fil-Parti 1 tal-Anness VIII dwar kull konsenja ta’ dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor.

Artikolu 106

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti fir-rigward tan-notifika tal-movimenti ta’ annimali terrestri selvaġġi lejn Stati Membri oħrajn

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 155(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/429, għandha tipprovdi l-informazzjoni prevista fil-punti 3(a) sa (d) fil-Parti 1 tal-Anness VIII dwar kull konsenja ta’ annimali terrestri selvaġġi li għandhom jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor.

Artikolu 107

Proċeduri ta’ emerġenza

Fil-każ li jinqata’ d-dawl u disturbi oħrajn tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini ta’ annimali terrestri selvaġġi għandha tikkonforma mal-arranġamenti ta’ kontinġenza stabbiliti skont l-Artikolu 134(d) tar-Regolament (UE) 2017/625.

PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 108

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629 tal-25 ta’ Lulju 2018 li jemenda l-lista ta’ mard stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 11).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għas-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Ara paġna 211 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment tal-annimali taċ-ċirklu bejn l-Istati Membri (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 47).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).

(12)  Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(16)  http://www.edqm.eu (l-aktar edizzjoni riċenti)

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS I

METODI DIJANJOSTIĊI

Parti 1

Infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis

1.

Testijiet seroloġiċi għal annimali bovini, ovini, kaprini u kamelidi:

(a)

testijiet b’antiġene ta’ Brucella bbaferjat;

(b)

test ta’ fissazzjoni tal-komplement (CFT);

(c)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA);

(d)

assaġġ tal-polarizzazzjoni tal-fluworexxenza (FPA);

(e)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku kompetittiv (C-ELISA).

2.

Testijiet seroloġiċi għal annimali porċini:

(a)

testijiet b’antiġene ta’ Brucella bbaferjat;

(b)

test ta’ fissazzjoni tal-komplement (CFT);

(c)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA);

(d)

assaġġ tal-polarizzazzjoni tal-fluworexxenza (FPA);

(e)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku kompetittiv (C-ELISA).

3.

Test tal-ġilda bil-bruċellina (BST) għal annimali ovini, kaprini u porċini

Parti 2

Infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis)

1.

Testijiet tal-ġilda bit-tuberkulina:

(a)

it-test tat-tuberkulina intradermali uniku (SITT);

(b)

it-test tat-tuberkulina intradermali komparattiv (CITT).

2.

Test disponibbli għall-kampjuni tad-demm:

(a)

assaġġ tal-gamma interferon.

Parti 3

Surra (Trypanosoma evansi)

Testijiet seroloġiċi:

(a)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għal tripanosomjażi;

(b)

test ta’ agglutinazzjoni tal-kards għal tripanosomjażi (CATT) f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1:4.

Parti 4

Lewkożi enzootika bovina

Testijiet seroloġiċi:

(a)

testijiet għall-kampjuni tad-demm:

(i)

test tal-immunodiffużjoni fil-ġell tal-agar (AGID);

(ii)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku li jimblokka (B-ELISA);

(iii)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA).

(b)

test għall-kampjuni tal-ħalib:

(i)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA).

Parti 5

Rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva

 

Metodi:

Annimali bovini mhux imlaqqmin

BoHV-1 I-ELISA (1)

gB B-ELISA (2)

Annimali bovini mlaqqma b’vaċċin bil-gE mħassar

gE B-ELISA (3)

Parti 6

Dijarea virali bovina

1.

Metodi diretti:

(a)

traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-PCR f’ħin reali);

(b)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għas-sejbien ta’ antiġene ta’ virus tad-dijarea virali bovina (BVDV).

2.

Testijiet seroloġiċi:

(a)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA);

(b)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku li jimblokka (B-ELISA).

Parti 7

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky

 

Metodi:

Annimali porċini

Il-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) ELISA (4)

Annimali porċini li jkollhom inqas minn 4 xhur imwielda minn ommijiet li jkunu tlaqqmu b’vaċċin bil-gE mħassar”

gE ELISA (5)

Parti 8

Durina

Test ta’ fissazzjoni tal-komplement għad-durina, f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1:5.

Parti 9

Anemija infettiva ekwina

Testijiet seroloġiċi:

(a)

test tal-immunodiffużjoni fil-ġell tal-agar (AGID);

(b)

assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għal anemija infettiva ekwina.

Parti 10

Enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela

1.

Testijiet seroloġiċi:

(a)

test ta’ iżolament virali għal enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela;

(b)

test tal-inibizzjoni tal-emoagglutinazzjoni għal enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela;

2.

Metodu dirett:

traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR) għas-sejbien ta’ ġenoma tal-virus ta’ enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela.


(1)  assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ tal-BoHV-1.

(2)  ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina gB tal-BoHV-1. Meta ssir referenza għal testijiet sabiex jinstabu antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ, jista’ jintuża wkoll dan il-metodu.

(3)  ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-BoHV-1.

(4)  ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-ADV sħiħ, il-proteina ta’ ADV-gB jew il-proteina ta’ ADV-gD. Għall-kontroll tal-lottijiet ta’ kits ta’ ADV-gB u kits ta’ ADV-gD jew kits ta’ ADV sħiħ, is-serum ta’ referenza tal-Komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi f’dilwizzjoni ta’ 1:2.

(5)  ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina ADV-gE. Għall-kontroll tal-lottijiet, is-serum ta’ referenza tal-Komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi f’dilwizzjoni ta’ 1:8.


ANNESS II

REKWIŻITI MINIMI QABEL IL-MOVIMENT FIR-RIGWARD TA’ INFEZZJONI BIL-KUMPLESS TAL-MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS (M. BOVIS, M. CAPRAE U M. TUBERCULOSIS) F’ANNIMALI KAPRINI, KAMELIDI U ĊERVIDI

Parti 1

Rekwiżiti minimi għal programm qabel il-moviment fir-rigward ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kaprini

1.

Il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment għas-sejbien ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fi stabbiliment għall-iskop ta’ moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ annimali kaprini miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) irid jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

spezzjoni post-mortem tal-annimali kaprini skarnati kollha mill-istabbiliment;

(b)

eżami post-mortem tal-bhejjem mejta tal-annimali kaprini kollha li għandhom aktar minn 9 xhur, sakemm ma jkunx impossibbli għal raġunijiet loġistiċi jew mhux neċessarju għal raġunijiet xjentifiċi;

(c)

żjara tas-saħħa tal-annimali annwali mwettqa minn veterinarju;

(d)

ittestjar annwali tal-annimali kaprini kollha miżmuma fl-istabbiliment għal skopijiet ta’ tgħammir, b’riżultati negattivi.

2.

B’deroga mill-paragrafu 1, l-ittestjar annwali previst fil-punt 1(d) ma hemmx bżonn li jkun meħtieġ jekk l-awtorità kompetenti, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji, tqis ir-riskju ta’ infezzjoni bħala negliġibbli fl-Istat Membru jew f’żona tiegħu, u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun twettaq fl-istabbiliment għal mill-inqas 24 xahar u, matul dan il-perjodu, ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kaprini miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fil-popolazzjoni tal-annimali bovini tagħhom.

3.

Jekk tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kaprini miżmuma fl-istabbiliment, dawn l-annimali jistgħu jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor biss meta l-annimali kaprini kollha miżmuma fl-istabbiliment li jkollhom aktar minn 6 ġimgħat ikunu ġew ittestjati, b’riżultati negattivi. Dawn it-testijiet iridu jitwettqu fuq kampjuni miġbura mhux aktar kmieni minn 42 jum wara t-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv bl-użu ta’ metodu dijanjostiku.

Parti 2

Rekwiżiti minimi għal programm qabel il-moviment fir-rigward ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kamelidi

1.

Il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment għas-sejbien ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fi stabbiliment għall-iskop ta’ moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ annimali kamelidi miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 23(1)(e) irid jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

spezzjoni post-mortem tal-annimali kamelidi skarnati kollha mill-istabbiliment;

(b)

eżami post-mortem tal-bhejjem mejta tal-annimali kamelidi li għandhom aktar minn 9 xhur, sakemm ma jkunx impossibbli għal raġunijiet loġistiċi jew mhux neċessarju għal raġunijiet xjentifiċi;

(c)

żjara tas-saħħa tal-annimali annwali mwettqa minn veterinarju;

(d)

ittestjar annwali tal-annimali kamelidi kollha miżmuma fl-istabbiliment għal skopijiet ta’ tgħammir, b’riżultati negattivi.

2.

B’deroga mill-paragrafu 1, l-ittestjar annwali previst fil-punt 1(d) ma hemmx bżonn li jkun meħtieġ jekk l-awtorità kompetenti, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji, tqis ir-riskju ta’ infezzjoni bħala negliġibbli fl-Istat Membru jew f’żona tiegħu, u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun twettaq fl-istabbiliment għal mill-inqas 24 xahar u, matul dan il-perjodu, ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kamelidi miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fil-popolazzjoni tal-annimali bovini tagħhom;

3.

Jekk tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali kamelidi miżmuma fl-istabbiliment, dawn l-annimali jistgħu jiġu mċaqilqa għal Stat Membru ieħor biss meta l-annimali kamelidi kollha miżmuma fl-istabbiliment li jkollhom aktar minn 6 ġimgħat ikunu ġew ittestjati, b’riżultati negattivi. Dawn it-testijiet iridu jitwettqu fuq kampjuni tad-demm miġbura mhux aktar kmieni minn 42 jum wara t-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv bl-użu ta’ metodu dijanjostiku.

Parti 3

Rekwiżiti minimi għal programm qabel il-moviment fir-rigward ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali ċervidi

1.

Il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment għas-sejbien ta’ infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fi stabbiliment għall-iskop ta’ moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ annimali ċervidi miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 26(1)(e) irid jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

spezzjoni post-mortem tal-annimali ċervidi skarnati kollha mill-istabbiliment;

(b)

eżami post-mortem tal-bhejjem mejta tal-annimali ċervidi li għandhom aktar minn 9 xhur, sakemm ma jkunx impossibbli għal raġunijiet loġistiċi jew mhux neċessarju għal raġunijiet xjentifiċi;

(c)

żjara tas-saħħa tal-annimali annwali mwettqa minn veterinarju;

(d)

ittestjar annwali tal-annimali ċervidi miżmuma fl-istabbiliment għal skopijiet ta’ tgħammir, b’riżultati negattivi.

2.

B’deroga mill-paragrafu 1, l-ittestjar annwali previst fil-punt 1(d) ma hemmx bżonn li jkun meħtieġ jekk l-awtorità kompetenti, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji, tqis ir-riskju ta’ infezzjoni bħala negliġibbli fl-Istat Membru jew f’żona tiegħu, u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun twettaq fl-istabbiliment għal mill-inqas 24 xahar u, matul dan il-perjodu, ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali ċervidi miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fil-popolazzjoni tal-annimali bovini tagħhom;

3.

Jekk tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) f’annimali ċervidi miżmuma fl-istabbiliment, dawn l-annimali jistgħu jiġu mċaqilqa għal Stat Membru ieħor biss meta l-annimali ċervidi kollha miżmuma fl-istabbiliment li jkollhom aktar minn 6 ġimgħat ikunu ġew ittestjati f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall minimu ta’ 6 xhur, għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), b’riżultati negattivi. L-ewwel test irid isir fuq annimali ċervidi jew kampjuni miġbura minn annimali ċervidi mhux aktar kmieni minn 6 xhur wara t-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv bl-użu ta’ metodu dijanjostiku.

ANNESS III

REKWIŻITI MINIMI QABEL IL-MOVIMENT FIR-RIGWARD TA’ INFEZZJONI BI BRUCELLA ABORTUS, B. MELITENSIS U B SUIS F’ANNIMALI PORĊINI

1.

Il-programm ta’ sorveljanza qabel il-moviment għas-sejbien ta’ infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B suis fi stabbiliment għall-iskop ta’ moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ annimali porċini miżmuma, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(f)(ii), irid jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

żjara tas-saħħa tal-annimali annwali mwettqa minn veterinarju;

(b)

jekk l-annimali porċini jinżammu fl-istabbiliment għat-tgħammir, stħarriġ immunoloġiku annwali mwettaq fil-popolazzjoni ta’ annimali porċini f’dak l-istabbiliment, bl-użu ta’ wieħed mill-metodi dijanjostiċi elenkati fil-Parti 1(2) tal-Anness I, mill-inqas b’kapaċità li jintwera b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 % in-nuqqas ta’ infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis bi prevalenza fil-mira ta’ 10 %.

2.

B’deroga mill-punt 1, iż-żjara tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt 1(a) u l-istħarriġ previst fil-punt 1(b) ma hemmx bżonn li jkunu meħtieġa jekk l-awtorità kompetenti, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji, tqis ir-riskju ta’ infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis bħala negliġibbli fl-Istat Membru jew f’żona tiegħu, u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fil-popolazzjoni ta’ annimali porċini miżmuma għall-aħħar ħames snin;

(b)

ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fil-popolazzjoni ta’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-aħħar 5 snin u, matul dak il-perjodu ta’ żmien, ġew inklużi ċ-ċingjali fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(c)

l-Istat Membru jew iż-żona tiegħu jkunu ħielsa minn infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fil-popolazzjonijiet ta’ annimali bovini, ovini u kaprini tagħhom.

3.

Jekk tkun ġiet irrapportata infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis f’annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, dawn l-annimali jistgħu jiġu mċaqilqa għal Stat Membru ieħor biss meta l-annimali porċini kollha miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test f’żewġ okkażjonijiet, b’riżultati negattivi. L-ewwel test irid jitwettaq fuq kampjuni miġbura mhux aktar kmieni minn 3 xhur wara t-tneħħija tal-annimali infettati u tal-annimali li ttestjaw pożittiv bl-użu ta’ wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1(2) tal-Anness I. It-tieni test irid jitwettaq fuq kampjuni miġbura mhux aktar kmieni minn 6 xhur u mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-ewwel test.

ANNESS IV

ITTESTJAR TA’ PAPRI U WIŻŻ GĦAL INFLUWENZA TAT-TJUR B’PATOĠENIĊITÀ GĦOLJA

Matul il-ġimgħa qabel il-ħin tat-tagħbija għad-dispaċċ, il-papri u l-wiżż għandhom ikunu ttestjaw negattiv f’eżami viroloġiku għal influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jew permezz ta’ iżolament virali jew inkella permezz ta’ ttestjar molekulari f’livell li jagħti 95 % kunfidenza li tinstab infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %.


ANNESS V

REKWIŻITI GĦALL-ITTESTJAR TA’ KONSENJI TA’ INQAS MINN 20 TAJRA MINBARRA RATITI JEW INQAS MINN 20 BAJDA GĦAT-TIFQIS TA’ POLLAM MINBARRA RATITI

1.

Konsenji ta’ inqas minn 20 tajra minbarra ratiti jew inqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam minbarra ratiti għandhom ikunu ttestjaw negattiv f’konformità mal-punt 2 għall-aġenti tal-mard li ġejjin għall-ispeċijiet elenkati rilevanti:

(a)

infezzjoni bis-Salmonella Pullorum, bl-S. Gallinarum u bl-S. arizonae

(b)

mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis)

2.

Ittestjar:

(a)

għall-pollam għat-tnissil, il-pollam produttiv u l-pollam maħsuba għall-iskarnar, l-annimali għandhom ikunu ttestjaw negattiv f’testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi għall-mard taħt il-punt 1 fi żmien 21 jum qabel il-ħin tat-tagħbija għad-dispaċċ;

(b)

għall-bajd għat-tifqis u l-flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa tal-oriġini għandha tkun ittestjat negattiv f’testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi għall-mard taħt il-punt 1 fi żmien 21 jum qabel il-ħin tat-tagħbija għad-dispaċċ f’livell li jagħti 95 % kunfidenza li tinstab infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;

(c)

jekk l-annimali jkunu tlaqqmu kontra infezzjoni bi kwalunkwe serotip ta’ Salmonella jew Mikoplażma, irid jintuża biss ittestjar batterjoloġiku. Il-metodu ta’ konferma jrid ikun kapaċi jagħmel differenza bejn razez vaċċinali ħajjin u razez selvatiċi.


ANNESS VI

KRITERJI GĦAL VAĊĊINI KONTRA INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE

Il-vaċċini ħajjin attenwati kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jridu jiġu ppreparati minn razza ta’ virus tal-marda ta’ Newcastle li għaliha ż-żerriegħa ewlenija tkun ġiet ittestjata u jkun intwera li għandha indiċi tal-patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) ta’:

(a)

inqas minn 0,4 jekk jiġu amministrati mhux inqas minn 107 EID50 (50 % Doża Infettiva mill-Embrijun) lil kull tajra fit-test tal-ICPI; jew

(b)

inqas minn 0,5 jekk jiġu amministrati mhux inqas minn 108 EID50 lil kull tajra fit-test tal-ICPI.


ANNESS VII

IL-VALIDITÀ TAT-TILQIM KONTRA R-RABJA U L-MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJI GĦAL MARD IEĦOR MINBARRA R-RABJA

Parti 1

Il-validità tat-tilqimiet kontra r-rabja għal klieb, qtates, inmsa u karnivori oħrajn

Ir-rekwiżiti ta’ validità għat-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tar-rabja msemmija fl-Artikoli 53(b)(i), 55(b)(i) u 58(1)(c)huma dawk stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Meta ma tiġi awtorizzata ebda tilqima kontra r-rabja fi Stat Membru għal karnivori oħrajn minbarra klieb, qtates u inmsa, it-tilqim kontra r-rabja mwettaq f’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/82/KE irid jitqies bħala validu.

Parti 2

Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal mard ieħor minbarra r-rabja

1.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal infestazzjoni b’Echinococcus multilocularis imsemmija fl-Artikoli 53(b)(ii) u 55(b)(ii) huma dawk stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 (2) flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 (3).

2.

B’deroga mill-paragrafu 1, it-trattament imsemmi fl-Artikolu 58(1)(d) tal-kanidi, minbarra l-klieb, kontra infestazzjoni b’Echinococcus multilocularis irid jitwettaq u jiġi ddokumentat mhux aktar kmieni minn 48 siegħa qabel id-dħul fi Stat Membru jew żona tiegħu elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878.

3.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal mard ieħor minbarra infezzjoni bil-virus tar-rabja u infestazzjoni b’Echinococcus multilocularis msemmija fl-Artikoli 53(b)(ii) u 55(b)(ii) huma l-miżuri preventivi tas-saħħa applikabbli għall-ispeċijiet rilevanti ta’ karnivori adottati f’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1152/2011 (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1).


ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDU JKUN HEMM FIĊ-ĊERTIFIKATI U N-NOTIFIKI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI

Parti 1

Informazzjoni li għandu jkun hemm fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali terrestri u bajd għat-tifqis imċaqilqa lejn Stat Membru ieħor

1.

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-annimali terrestri miżmuma msemmija fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fl-Artikolu 71(1) ta’ dan ir-Regolament imċaqilqa lejn Stat Membru ieħor irid ikun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur u tal-konsenjatarju;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-dispaċċ, u

(i)

meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment approvat, in-numru ta’ approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew

(ii)

meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment irreġistrat, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, u

(i)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment approvat, in-numru ta’ approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew

(ii)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment irreġistrat, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment;

(d)

l-ispeċijiet u l-kategorija tal-annimali u l-identifikazzjoni, fejn meħtieġa;

(e)

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u garanziji addizzjonali fir-rigward ta’:

(i)

l-Istat Membru jew iż-żona tal-oriġini;

(ii)

l-istabbiliment u l-qatgħa tal-oriġini tal-annimali, inklużi r-riżultati tat-testijiet, fejn applikabbli;

(iii)

l-annimali li għandhom jintbagħtu, inklużi r-riżultati tat-testijiet jew it-tilqimiet, fejn applikabbli;

(f)

id-data u l-post tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, kif ukoll it-timbru tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja.

2.

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-bajd għat-tifqis imsemmija fl-Artikolu 161(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fl-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament imċaqilqa lejn Stat Membru ieħor irid ikun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur u tal-konsenjatarju;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-dispaċċ, u

(i)

meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment approvat, in-numru ta’ approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew

(ii)

meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment irreġistrat, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni; u

(i)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment approvat, in-numru ta’ approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew

(ii)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment irreġistrat, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment;

(d)

il-kategorija ta’ bajd għat-tifqis;

(e)

informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-bajd għat-tifqis;

(i)

l-ispeċi u l-identifikazzjoni, fejn meħtieġa, tal-annimali minn fejn joriġinaw;

(ii)

il-marki applikati fuq il-bajd għat-tifqis, fejn ikunu meħtieġa;

(iii)

il-post u d-data tal-ġbir tagħhom;

(f)

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u garanziji addizzjonali fir-rigward ta’:

(i)

l-Istat Membru jew iż-żona tal-oriġini tiegħu;

(ii)

l-istabbiliment u l-qatgħa tal-oriġini, inklużi r-riżultati tat-testijiet, fejn applikabbli;

(iii)

l-annimali li minnhom inġabar il-bajd għat-tifqis, inklużi r-riżultati tat-testijiet, fejn applikabbli;

(iv)

il-bajd għat-tifqis li għandu jintbagħat;

(g)

id-data u l-post tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, kif ukoll it-timbru tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja.

3.

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-annimali terrestri selvaġġi msemmija fl-Artikolu 155(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429 imċaqilqa lejn Stat Membru ieħor irid ikun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur u tal-konsenjatarju;

(b)

il-post fejn l-annimali jkunu nqabdu u tgħabbew sabiex jintbagħtu;

(c)

il-post tad-destinazzjoni; u

(i)

fejn il-post tad-destinazzjoni jkun il-ħabitat, il-post fejn l-annimali huma maħsuba li jinħattu; jew

(ii)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment irreġistrat, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment;

(d)

l-ispeċi u l-kategorija tal-annimali;

(e)

id-data u l-post tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, kif ukoll it-timbru tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja.

Parti 2

Informazzjoni fin-notifika tal-movimenti għal ċerti annimali terrestri li għalihom mhuwiex meħtieġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

In-notifika għall-moviment tan-naħal bagħli minn stabbilimenti tal-produzzjoni ambjentalment iżolati approvati lejn Stat Membru ieħor irid ikun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur u tal-konsenjatarju;

(b)

l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tad-dispaċċ;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, u

(i)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment approvat, in-numru ta’ approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew

(ii)

meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment irreġistrat, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment;

(d)

l-ispeċi, il-kategorija u l-kwantità u d-daqs tal-kolonji;

(e)

id-data tad-dispaċċ.


Top