EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0671

Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat tal-FSE stabbilita mill-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, tat-28 ta’ April 2020 dwar l-adozzjoni tal-lista ta’ arbitri [2020/671]

PUB/2020/360

OJ L 156, 19.5.2020, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/671/oj

19.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/35


DEĊIŻJONI Nru 2/2020 TAL-KUMITAT TAL-FSE STABBILITA MILL-FTEHIM PRELIMINARI LEJN FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA, U L-PARTI AFRIKA ĊENTRALI, MIN-NAĦA L-OĦRA,

tat-28 ta’ April 2020

dwar l-adozzjoni tal-lista ta’ arbitri [2020/671]

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Jannar 2009, u applikat fuq bażi proviżorja mill-4 ta’ Awwissu 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 85(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Ftehim u ta’ din id-Deċiżjoni, il-Parti tal-Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun.

(2)

Il-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat tal-EPA għandu jistabbilixxi lista ta’ ħmistax-il individwu li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jista’ jinqala’ bejn il-Partijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-lista ta’ ħmistax-il individwu li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri hija b’dan stabbilita f’konformità mal-Artikolu 85(1) tal-Ftehim u tinstab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-lista ta’ arbitri msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċifika stabbilita fil-Ftehim jew li tista’ tiġi adottata mill-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 2

Il-lista ta’ arbitri msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi emendata b’deċiżjoni mill-Kumitat tal-EPA f’konformità mal-Artikolu 92(4) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi ffirmata.

Brussell, l-It-Tlieta, it-28 ta’ April 2020.

Għar-Repubblika tal-Kamerun

Alamine OUSMANE MEY

Ministeru tal-Ekonomija u l-Pjanifikazzjoni u tal-Ġestjoni tat-Territorju

Għall-Unjoni Ewropea

Phil HOGAN

Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ


ANNESS

LISTA TA’ ARBITRI (ARTIKOLU 85(1) TAL-FTEHIM)

Arbitri magħżula mill-Parti Afrika Ċentrali (il-Kamerun):

 

Is-Sinjura Mildred Alugu BEJUKA — Il-Kamerun

 

Is-Sur Jean Michel MBOCK BIUMLA — Il-Kamerun

 

Is-Sur Henri-Désiré MODI KOKO BEBEY — Il-Kamerun

 

Is-Sur David NYAMSI — Il-Kamerun

 

Is-Sur OUSMANOU — Il-Kamerun

Arbitri magħżula min-naħa tal-Unjoni Ewropea:

 

Is-Sur Jacques BOURGEOIS — il-Belġju

 

Is-Sur Claus — Dieter EHLERMANN — il-Ġermanja

 

Is-Sur Pieter Jan KUIJPER — in-Netherlands

 

Is-Sur Giorgio SACERDOTI — l-Italja

 

Is-Sur Ramon TORRENT — Spanja

Arbitri magħżula b’mod konġunt miż-żewġ naħat:

 

Is-Sur Thomas COTTIER — l-Iżvizzera

 

Is-Sur Fabien GÉLINAS — il-Kanada

 

Is-Sinjura Merit E. JANOW — l-Istati Uniti

 

Is-Sinjura Anna KOUYATE — Mali

 

Is-Sur Helge SELAND — in-Norveġja


Top