EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0359

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/1034

OJ L 67, 5.3.2020, p. 82–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/359/oj

5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/82


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/359

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 27 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bdoti involuti fl-operat ta’ inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(2)

Fid-dawl tan-natura speċifika tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjir għall-blalen tal-arja u l-gliders, jenħtieġ li rekwiżiti speċifiċi ta’ liċenzjar jiġu stabbiliti f’regolamenti separati, speċifikament fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 (3) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (4).

(3)

Fl-istess waqt, ir-rekwiżiti ta’ liċenzjar għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders stabbiliti fl-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jitħassru, u ċerti rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) li jindirizzaw kwistjonijiet li jolqtu diversi oqsma, fosthom dispożizzjonijiet dwar l-ikkreditar bejn liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja jew tal-gliders u bejn liċenzji għal kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru, jenħtieġ li jkunu rieżaminati fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ liċenzjar il-ġodda għall-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders.

(4)

Ir-rekwiżiti tal-Anness IV (Parti-MED), tal-Anness VI (Parti-ARA), tal-Anness VII (Parti-ORA) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjir tal-blalen tal-arja u tal-gliders.

(5)

Sabiex tkompli tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni, il-bdoti involuti f’attivitajiet ta’ sport tal-ajru u titjir ta’ rikreazzjoni jenħtieġ li jitħeġġew jiksbu l-privileġġi meħtieġa biex itiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (“IFR”). Għaldaqstant, ir-regoli eżistenti dwar il-privileġġi tal-IFR jenħtieġ li jiġu adattati billi tiddaħħal il-kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (“BIR”) fl-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Jenħtieġ li l-BIR tkun imfassla speċifikament skont il-bżonnijiet tal-bdoti involuti f’attivitajiet ta’ sport tal-ajru u titjir ta’ rikreazzjoni, fir-rigward tal-kontenut tat-taħriġ u l-firxa tal-privileġġi tagħhom.

(6)

Bl-introduzzjoni tal-BIR, il-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (“EIR”) fil-punt FCL.825 tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Reoglament (UE) Nru 1178/2011 issir superfluwa, u għalhekk jenħtieġ li titħassar. Madankollu, id-detenturi eżistenti ta’ EIR jenħtieġ li jkunu intitolati li jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom, u jenħtieġ li jirċievu krediti mill-EIR tagħhom meta jfittxu li jiksbu BIR. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li wieħed ikompli b’taħriġ kontinwu għal EIR li jkun beda qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li jlestih bħala taħriġ għal BIR.

(7)

Jenħtieġ li jsir aġġornament tekniku tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 abbażi tat-tagħlimiet meħuda partikolarment fil-qasam tan-Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN), fit-taħriġ għall-prevenzjoni ta’ instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru (UPRT), u fil-kwalifiki tal-għalliema u tal-eżaminaturi.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2019 (5) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont il-punt (b) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal:

(a)

kwalifiki differenti għal-liċenzji tal-bdoti; il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji tal-bdoti; il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-liċenzji tal-bdoti; kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti eżistenti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira f’liċenzji tal-bdoti;

(b)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni responsabbli biex jipprovdu taħriġ fit-titjir jew taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, u biex jivvalutaw il-ħiliet tal-bdoti;

(c)

ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti; il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati mediċi; il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ ċertifikati mediċi nazzjonali f’ċertifikati mediċi rikonoxxuti b’mod reċiproku;

(d)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ eżaminaturi ajrumediċi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom prattikanti mediċi ġeneralisti jistgħu jaġixxu bħala eżaminaturi ajrumediċi;

(e)

il-valutazzjoni ajrumedika perjodika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-kwalifiki tal-persuni responsabbli minn din il-valutazzjoni;

(f)

il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(g)

il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti, u taċ-ċentri ajrumediċi involuti fl-ikkwalifikar u fil-valutazzjoni ajrumedika tal-ekwipaġġ tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili;

(h)

ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, u għall-organizzazzjonijiet li joperaw u li jużaw dak l-apparat;

(i)

ir-rekwiżiti għall-amministrazzjoni u s-sistema tal-ġestjoni li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (‘EASA’), u mill-organizzazzjonijiet b’rabta mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h).

2.   L-Artikoli 11b u 11c ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-Anness IV (Parti-MED), l-Anness VI (Parti-ARA), l-Anness VII (Parti-ORA) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders.”

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(19)

‘għalliem tat-titjir (FI)’ tfisser għalliem bil-privileġġi li jipprovdi taħriġ f’inġenju tal-ajru, skont is-Subparti J tal-Anness I (il-Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament, is-Subparti FI tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 (*1), jew is-Subparti FI tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 (*2);

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10)."

(*2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).”;"

(3)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (8), “Sat-8 ta’ April 2021” huwa sostitwit bi “Sat-8 ta’ Settembru 2021”.

(4)

jiddaħħal l-Artikolu 4c li ġej:

“Artikolu 4c

Miżura tranżizzjonali għad-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta

1.   Sat-8 ta’ Settembru 2022 inkluż, id-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (‘EIR’) kif stipulat fil-punt FCL.825 tal-Anness I (Parti-FCL) għandhom:

(a)

ikunu intitolati li jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-EIR tagħhom;

(b)

jirċievu rivalidazzjoni jew tiġdid tal-EIR tagħhom, skont il-punt FCL.825(g) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) (*3);

(c)

ikunu intitolati li jirċievu kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tat-taħriġ fil-punt FCL.835(c)(2)(i) u (ii) tal-Anness I (Parti-FCL), meta japplikaw għall-ħruġ ta’ kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR) skont il-punt FCL.835 tal-Anness I (Parti-FCL); u

(d)

jirċievu kreditu sħiħ kif stabbilit għad-detenturi ta’ EIR fl-Anness I (Parti-FCL).

2.   Mit-8 ta’ Settembru 2021 ’il quddiem, il-korsijiet ta’ taħriġ għal EIR kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jkunu bdew qabel dik id-data jistgħu jitkomplew, u għandhom jitqiesu bħala korsijiet ta’ taħriġ għal BIR. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikant, l-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata responsabbli għall-kors ta’ taħriġ għal BIR għandha tiddetermina l-ammont ta’ taħriġ għal EIR li jrid jiġi kkreditat lejn il-ħruġ tal-BIR.

3.   L-applikanti għal BIR li huma detenturi ta’ EIR jew li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal EIR skont il-punt FCL.825(d) qabel it-8 ta’ Settembru 2021 għandhom jirċievu kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti għall-istruzzjoni tal-għarfien teoriku u l-eżami għall-BIR.”;

(*3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)."

(5)

L-Artikolu 11c huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11c

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom:

(a)

jittrasferixxu lill-EASA, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021, ir-rekords kollha marbutin mas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għal-liċenzji tal-bdoti skont ir-Regolament (UE) 2018/395 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, u li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(b)

jikkonkludu, b’koordinazzjoni mal-EASA, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni mibdija qabel it-8 ta’ April 2020, u joħorġu ċ-ċertifikat; wara dan, l-EASA terfa’ r-responsabbiltajiet kollha tagħha bħala awtorità kompetenti għal dawk l-organizzazzjonijiet iċċertifikati.

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;"

(6)

fl-Artikolu 12, il-punt (2a) jitħassar;

(7)

fl-Artikolu 12(4), “sal-20 ta’ Ġunju 2020” huwa sostitwit bi “sal-20 ta’ Ġunju 2021”;

(8)

l-Anness I (Parti-FCL) huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(9)

l-Anness IV (Parti-MED) huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(10)

l-Anness VI (Parti-ARA) huwa emendat skont fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(11)

l-Anness VII (Parti-ORA) huwa emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(12)

l-Anness VIII (Parti-DTO) huwa emendat skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-8 ta’ April 2020.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mit-8 ta’ Settembru 2021:

(a)

il-punti (1)(e), (4)(b), (5) sa (7), (32), (34), (36)(d), (40)(a), (41); (42), (44), (46) sa (48), (52)(f), (53)(a) sa (53)(c) (53)(e), (53)(f), (54), (55), (56)(a) sa (56)(c) u (57) tal-Anness I;

(b)

il-punt (b) tal-Anness II;

(c)

il-punt (10)(d)(ii) tal-Anness III.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Artikolu 1, il-punt (7) u l-punti (49), (53)(d), (58)(b), (58)(d) u (58)(e) tal-Anness I għandhom japplikaw minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).

(5)  Easier access for GA pilots to IFR flying & Revision of the balloon and sailplane licensing requirements (Opinjoni Nru 01/2019 (A) & (B), 19.2.2019), disponibbli fuq: https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS I

L-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:

(a)

id-definizzjoni ta’ “airship” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Airship’ tfisser inġenju tal-ajru bil-magna li huwa eħfef mill-arja, bl-eċċezzjoni ta’ airships li jaħdmu b’arja sħuna, li huma kkunsidrati bħala blalen tal-arja skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395.”;

(b)

id-definizzjoni ta’ “ħin ta’ titjir” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Ħin ta’ titjir’:

 

għal ajruplani, touring motor gliders u inġenji tal-ajru powered-lift, tfisser il-ħin totali mill-mument meta inġenju tal-ajru jibda jiċċaqlaq sabiex jinqata’ mill-art sal-mument meta finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;

 

għal ħelikopters, tfisser il-ħin totali minn meta l-iskrejjen tal-ħelikopter jibdew iduru sakemm il-ħelikopter finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jitwaqqfu l-iskrejjen;

 

għal airships, tfisser il-ħin totali minn meta l-airship jinħall minn mal-arblu biex jinqata’ mill-art sa meta l-airship finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jintrabat mal-arblu.”;

(c)

id-definizzjoni ta’ “glider bil-mutur” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Glider bil-mutur’ tfisser glider mgħammar b’magna waħda jew aktar li, meta l-magni ma jkunux qed jaħdmu, ikollu l-karatteristiċi ta’ glider.”;

(d)

id-definizzjoni ta’ “touring motor glider” hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Touring motor glider (TMG)’ tfisser, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor wara l-proċess ta’ ċertifikazzjoni skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, klassi speċifika ta’ gliders bil-mutur li jkollhom magna mgħammra b’mod integrali li ma tistax titreġġa’ lura u skrun li ma jistax jitreġġa’ lura. Għandu jkun kapaċi jagħmel tlugħ mill-art u fl-ajru bil-qawwa tal-magna tiegħu skont il-manwal tat-titjir tiegħu.”;

(e)

jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(i)

““Titjira IFR tul ir-rotta’ tfisser il-fażi ta’ titjira IFR li tibda wara t-tlestija tal-proċedura tat-tluq IFR u tintemm meta tibda l-proċedura tal-avviċinament IFR.”; u

(ii)

“Titjira bi strumenti tal-panew limitat” tfisser interpretazzjoni tal-attitudni b’referenza għall-interpretazzjoni tal-istrumenti fil-modalità stennija wara t-telf tal-attitudni ewlenija u s-sistema ta’ referenza tad-direzzjoni.”;

(f)

id-definizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:

 

“Klassi ta’ ballun tal-arja” u

 

“Grupp ta’ blalen tal-arja”;

(2)

il-punt FCL.015 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Applikazzjoni għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid tal-liċenzji tal-bdoti u kwalifiki u ċertifikati assoċjati, kif ukoll kull emenda għalihom, għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti b’mod u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, kif ukoll kwalifiki jew approvazzjonijiet assoċjati, kif stabbilit f’dan l-Anness (Parti-FCL) u fl-Anness IV (Parti-MED).”;

(b)

il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, kull limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, kwalifika jew ċertifikat għandu jiġi approvat fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti.”;

(c)

il-paragrafu (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Detentur ta’ liċenzja għandu jissottometti applikazzjonijiet skont il-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih tkun inħarġet il-liċenzja tiegħu jew tagħha skont dan l-Anness (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.”;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi ġodda (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

Id-detentur ta’ liċenzja li tkun inħarġet skont dan l-Anness (Parti-FCL) jista’ japplika mal-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor għal bidla tal-awtorità kompetenti relatata mal-liċenzji kollha miżmuma, kif speċifikat fil-paragrafu (d).

(f)

Għall-ħruġ ta’ liċenzja, kwalifika jew ċertifikat, l-applikant għandu japplika mhux aktar tard minn 6 xhur wara li jkun għadda mit-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza.”;

(3)

fil-punt FCL.020, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Qabel l-ewwel titjira waħdu, bdot student għandu jkollu mill-inqas 16-il sena.”;

(4)

il-punt FCL.025(c)(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif jew liċenzja ta’ bdot privat, għal perjodu ta’ 24 xahar;”;

(b)

il-paragrafi (ii) u (iii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(ii)

għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR), għal perjodu ta’ 36 xahar;

(iii)

għall-ħruġ ta’ kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR), għal tul ta’ żmien bla limitu.

Il-perjodi fil-paragrafi (i) u (ii) għandhom jingħaddu mill-ġurnata meta l-bdoti jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku, skont il-paragrafu (b)(2).”;

(5)

fil-punt FCL.030, jiżdied il-paragrafu (c) li ġej:

“(c)

Għall-ħruġ ta’ BIR, l-applikant għal test tal-ħiliet għandu l-ewwel ilesti l-moduli kollha ta’ taħriġ u jkun irrakkomandat għat-test tal-ħiliet minn ATO. Ir-rekords tat-taħriġ tiegħu jew tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-eżaminatur, mill-ATO.”;

(6)

fil-punt FCL.035, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Ikkreditar tal-għarfien teoriku

(1)

L-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal-liċenzja tal-bdot għat-trasport tal-linja tal-ajru għandhom jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief, il-liċenzja ta’ bdot privat, il-liċenzja ta’ bdot kummerċjali u, ħlief fil-każ tal-ħelikopters, l-IR u l-BIR fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru.

(2)

L-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal liċenzja ta’ bdot kummerċjali għandhom jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoriku għal:

(i)

il-liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru;

(ii)

il-liċenzja ta’ bdot privat fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru; u

(iii)

is-suġġett “komunikazzjonijiet” għall-BIR. Dan il-kreditu għandu jinkludi l-parti IFR tas-suġġett “komunikazzjonijiet” biss jekk dak is-suġġett ikun tlesta skont il-punt FCL.310, kif applikabbli mill-20 ta’ Diċembru 2019.

(3)

Id-detenturi ta’ IR jew l-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku tal-IR għal kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal:

(i)

l-IR f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru; u

(ii)

il-BIR.

(4)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għandhom jiġu kkreditati biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal liċenzja f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru skont l-Appendiċi 1 ta’ din il-Parti. Dan il-kreditu japplika wkoll għall-applikanti għal liċenzja ta’ bdot li diġà għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ dik il-liċenzja f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, sakemm l-eżami tal-għarfien teoriku jkun fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt FCL.025(c).

(5)

B’deroga mill-paragrafu (b)(3), id-detenturi ta’ IR(A) li jkunu temmew kors tal-IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandhom jiġu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti fir-rigward tal-istruzzjoni u l-eżami fl-għarfien teoriku biex jinkiseb IR f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, biss jekk ikunu għaddew ukoll mill-istruzzjoni u l-eżami tal-għarfien teoriku għall-parti IFR tal-kors meħtieġ skont il-punt FCL.720.A(b)(2)(i). “;

(7)

il-punt FCL.055 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (d), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(d)

Rekwiżiti speċifiċi għad-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR). B’deroga mill-paragrafi ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ IR għandhom ikunu wrew il-kapaċità li jużaw l-Ingliż fil-livell xieraq ta’ profiċjenza kif definit fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.”;

(b)

il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa u tal-użu tal-ilsien Ingliż għal detenturi ta’ IR għandu jsir permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni stabbilit minn kwalunkwe awtorità kompetenti.”;

(8)

il-punt FCL.060 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) jitħassar;

(b)

fil-paragrafu (b), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(b)

Ajruplani, ħelikopters, inġenji tal-ajru powered-lift u airships. Bdot m’għandux iħaddem inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew biex iġorr passiġġieri:”;

(9)

il-punt FCL.065 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Età ta’ 65 sena. Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot li għalqu 65 sena m’għandhomx jaġixxu bħala bdot ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.”;

(b)

il-paragrafu (c) jitħassar;

(10)

il-punt FCL.100 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.100 LAPL — Età minima

L-applikanti għal-LAPL għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.”;

(11)

il-punt FCL.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.120 LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku

L-applikanti għal LAPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:

(a)

suġġetti komuni:

Il-liġi tal-ajru,

Il-prestazzjoni umana,

Il-meteoroloġija,

Il-komunikazzjonijiet, u

In-navigazzjoni.

(b)

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

Il-prinċipji tat-titjir,

Il-proċeduri operattivi,

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.”;

(12)

fil-punt FCL.110.A, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom SPL maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtajru TMGs. L-applikanti għal LAPL(A) li jkollhom SPL bil-privileġġi li jtajru TMGs għandhom ikunu lestew mill-inqas 21 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq TMGs wara l-approvazzjoni tal-privileġġi tat-TMG, u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt FCL.135.A(a) dwar l-ajruplani.”;

(13)

fil-punt FCL.135.A, jiżdied il-paragrafu (c) li ġej:

“(c)

L-applikanti għall-estensjoni tal-privileġġi ta’ LAPL(A) għal TMG li jkollhom ukoll SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtiru fuq TMGs, għandhom jirċievu krediti sħaħ lejn ir-rekwiżiti fil-paragrafu (a).”;

(14)

It-Taqsimiet 4 u 5 tas-Subparti B jitħassru;

(15)

it-titolu tas-Subparti C huwa sostitwit b’dan li ġej:

LIĊENZJA TA’ BDOT PRIVAT (PPL )”;

(16)

il-punt FCL.200 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.200 Età minima

L-applikanti għal PPL għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.”;

(17)

fil-punt FCL.210, il-paragrafi (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-applikanti għal PPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO.

(b)

Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir li jkunu adattati għall-privileġġi tal-PPL li tkun saret applikazzjoni għaliha.”;

(18)

il-punt FCL.215 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.215 Eżami tal-għarfien teoriku

L-applikanti għal PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(a)

suġġetti komuni:

Il-liġi tal-ajru,

Il-prestazzjoni umana,

Il-meteoroloġija,

Il-komunikazzjonijiet; u

In-navigazzjoni.

(b)

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

Il-prinċipji tat-titjir,

Il-proċeduri operattivi,

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.”;

(19)

il-punt FCL.235 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Billi jwettqu test tal-ħiliet, l-applikanti għal PPL għandhom juru l-kapaċità li jaġixxu bħala PIC fil-kategorija xierqa tal-inġenji tal-ajru, l-għarfien tagħhom tal-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza xierqa għall-privileġġi mogħtija.”;

(b)

il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-applikanti għat-test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew tagħlim fit-titjir bl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li jintuża għat-test tal-ħiliet.”;

(20)

fil-punt FCL.210.A, il-paragrafu (c) huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(c)

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom SPL maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtajru TMGs. L-applikanti għal PPL(A) li jkollhom SPL bil-privileġġi li jtajru TMGs għandhom ikunu lestew:”;

(b)

is-subparagrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

tal-inqas 24 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq TMG wara l-approvazzjoni tal-privileġġi ta’ TMG; u”;

(21)

fil-punt FCL.210.As, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-applikanti li jkollhom BPL maħruġ skont l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u li jkunu kwalifikati li jtajru airships li jaħdmu bl-arja sħuna għandhom jiġu kkreditati b’10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali airships u sa massimu ta’ 5 sigħat.”;

(22)

fis-Subparti C, jitħassru t-Taqsimiet 5 u 6;

(23)

il-punt FCL.600 huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.600 IR — General

Ħlief kif previst fil-paragrafu FCL.835, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, airship jew inġenju tal-ajru powered-lift, għandhom jitwettqu biss minn detenturi ta’ PPL, CPL, MPL, u ATPL b’IR adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru jew, jekk IR adattata għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru ma tkunx disponibbli, meta jitwettaq l-ittestjar tal-ħiliet jew struzzjoni tat-titjir b’żewġ bdoti.”;

(24)

fil-punt FCL.620, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-applikanti li jkunu lestew test tal-ħiliet għal IR b’aktar minn magna waħda f’ajruplan b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed li għalih hija meħtieġa kwalifika tal-klassi, għandha tinħarġilhom IR b’magna waħda għall-kwalifika tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’magna waħda li jkollhom.”;

(25)

fil-punt FCL.700, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għandhom jaġixxu bħala bdoti ta’ inġenju tal-ajru biss jekk ikollhom kwalifika valida u xierqa tal-klassi jew tat-tip, sakemm ma tapplikax kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

jekk qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL;

(2)

jekk qed iwettqu testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għat-tiġdid tal-kwalifiki tal-klassi jew tat-tip;

(3)

jekk jirċievu tagħlim fit-titjir;

(4)

jekk ikollhom kwalifika ta’ test tat-titjira maħruġa skont il-punt FCL.820.”;

(26)

fil-punt FCL.725, jiżdied il-paragrafu (f) li ġej:

“(f)

L-applikanti għal kwalifika tal-klassi għal TMGs li jkollhom ukoll SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inkluż il-privileġġi biex itiru fuq TMGs, għandhom jirċievu krediti sħaħ fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafi (a), (b) u (c).”;

(27)

il-punt FCL.740.A huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a)(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Ir-rivalidazzjoni ta’ BIR jew IR(A), għal min għandu, tista’ tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifika tal-klassi jew tat-tip.”;

(b)

il-paragrafu (b)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Kwalifiki tal-klassi ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni u kwalifiki tal-klassi tat-TMG. Għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifiki tal-klassi ta’ ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda bil-pistuni jew kwalifiki tal-klassi tat-TMG, l-applikanti għandhom:”;

(c)

jiżdied il-paragrafu (b)(5) li ġej:

“(5)

Il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifika tal-klassi ta’ ajruplan b’magna waħda u bi bdot wieħed jista’ jiġi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ BIR, skont il-punt FCL.835(g)(8).”;

(28)

il-punt FCL.800 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot bi privileġġi li jtajru ajruplani jew TMGs għandhom jagħmlu titjiriet ajrubatiċi biss jekk ikollhom kwalifika ajrubatika skont dan il-punt.”;

(b)

il-paragrafu (b)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

wara l-ħruġ tal-liċenzja, mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’ajruplani jew TMGs;”;

(c)

il-paragrafu (b)(2)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim ajrubatiku f’ajruplani jew TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna.”;

(d)

il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Il-privileġġi tal-kwalifika ajrubatika għandhom ikunu limitati għal titjir ajrubatiku jew f’ajruplani jew f’TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna, skont għal liema inġenju tal-ajru ntlaħqu r-rekwiżiti ta’ (b)(1) u (b)(2)(ii). Din il-limitazzjoni għandha titneħħa mal-applikazzjoni jekk il-bdot ikun lesta b’suċċess mill-inqas 3 titjiriet ta’ taħriġ b’żewġ bdoti f’ajruplani jew TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna, kif ikun applikabbli, li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ ajrubatiku.”;

(e)

jiżdied il-paragrafu (d) li ġej:

“(d)

L-applikanti għal kwalifika ajrubatika li jkollhom ukoll kwalifika tal-klassi tat-TMG kif ukoll privileġġi ajrubatiċi avvanzati għal gliders bil-privileġġi kif speċifikat fil-punt SFCL.200(d) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, għandhom:

(1)

ikunu eżentati milli jkollhom il-kwalifika ajrubatika tagħhom limitata għall-ajruplani, kif speċifikat fil-paragrafu (c) jekk ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ (b)(1) u (b)(2)(ii) f’ajruplani, jew

(2)

jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti fil-paragrafu (b) għall-ħruġ ta’ kwalifika ajrubatika ristretta għal TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna. Din il-limitazzjoni għandha titneħħa mal-applikazzjoni jekk il-bdot ikun lesta t-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (c).”;

(29)

il-punt FCL.805 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (b)(2)(iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

għajr għad-detenturi ta’ SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, 5 titjiriet ta’ familjarizzazzjoni fi glider li jiġi llanċjat minn inġenju tal-ajru.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu (g) li ġej:

“(g)

L-applikanti għal kwalifika tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni fuq TMGs skont dan il-punt għandhom jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tal-paragrafu (b) jew (c), kif applikabbli, jekk ikollhom kwalifika tal-ġbid ta’ gliders jew ġbid ta’ strixxuni skont il-punt SFCL.205 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-kwalifika.”;

(30)

il-punt FCL.810 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

L-applikanti għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f’perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur f’DTO jew f’ATO biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL jew PPL għall-ajruplani, it-TMGs jew l-airships f’kundizzjonijiet VFR billejl. Il-kors għandu jinkludi:”;

(ii)

jiżdied il-paragrafu (4) li ġej:

“(4)

“L-applikanti għal kwalifika ta’ billejl għall-ajruplani jew TMGs skont dan is-subparagrafu għandhom jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tas-subparagrafi (1) u (2) jekk ikollhom kwalifika ta’ billejl ta’ TMG skont il-punt SFCL.210 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-kwalifika.”;

(b)

il-paragrafu (c) jitħassar;

(31)

fil-punt FCL.815, is-sentenza introduttorja tal-paragrafu (a) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ kwalifika tat-titjir fil-muntanji huma li jwettaq titjiriet b’ajruplani jew TMGs għal u minn superfiċji li huma indikati li jeħtieġu tali kwalifika mill-awtoritajiet xierqa maħtura mill-Istati Membri..

Id-detenturi ta’ LAPL jew PPL bil-privileġġi li jtajru ajruplani jew TMGs jistgħu jiksbu l-kwalifika tat-titjir fil-muntanji inizjali, jew fi:”;

(32)

il-punt FCL.825 jitħassar;

(33)

il-punt FCL.830 jitħassar;

(34)

jiddaħħal il-punt FCL.835 li ġej:

FCL.835 Kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR)

(a)

Privileġġi u kundizzjonijiet

(1)

Il-privileġġi ta’ detentur ta’ BIR huma li jwettaq titjiriet skont l-IFR fuq ajruplani bi bdot wieħed li għalihom għandu kwalifiki tal-klassi, bl-eċċezzjoni ta’ ajruplani u varjanti ta’ ajruplani bi prestazzjoni għolja jekk id-data tal-adegwatezza operattiva tkun iddeterminat li hija meħtieġa IR.

(2)

Il-privileġġi tal-BIR għandhom jiġu eżerċitati biss skont il-punt FCL.205.A.

(3)

Il-privileġġi tal-BIR jistgħu jiġu eżerċitati billejl jekk il-bdot ikollu kwalifika ta’ billejl skont il-punt FCL.810 biss.

(4)

Il-privileġġi ta’ BIR b’aktar minn magna waħda għandhom ikunu validi wkoll fuq l-ajruplani b’magna waħda li għalihom il-bdot ikollu kwalifika valida tal-klassi ta’ magna waħda.

(5)

L-eżerċitar tal-privileġġi tal-BIR għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

l-altitudni deċiżjonali (DH) jew l-għoli minimu ta’ nżul (MDH) użati fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom għandhom ikunu mill-inqas 200 pied aktar minn dak li kieku jiġi kkalkulat skont il-punt “NCO.OP.110 Il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — l-ajruplani u l-ħelikopters” u l-punt “NCO.OP.111 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet NPA, APV, CAT I” tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; u

(ii)

il-viżibbiltà li tintuża fil-valuri minimi tal-ajrudrom ma għandhiex tkun inqas minn 1 500 m;

(iii)

il-bdot fil-kmand ma għandux jibda titjira taħt l-IFR jew iwettaq tranżizzjoni minn VFR għal IFR, sakemm:

(A)

fl-ajrudrom tat-tluq, il-viżibbiltà tkun ta’ mill-inqas 1 500 m u l-limitu tal-bażi tas-sħab ikun mill-inqas 600 pied, jew il-minimu ppubblikat tad-dawran applikabbli għall-kategorija tal-ajruplan, skont liema jkun l-ikbar; u

(B)

fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv meħtieġ, l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli tindika, għall-perjodu minn siegħa qabel sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, ikun liema jkun l-iqsar perjodu, viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m u limitu tal-bażi tas-sħab ta’ mill-inqas 600 pied, jew il-minimu ppubblikat tad-dawran applikabbli għall-kategorija tal-ajruplan, jew id-DH/l-MDH miżjud b’200 pied skont (i), skont liema minnhom ikun l-ikbar.

(b)

Prerekwiżiti. L-applikanti għall-BIR għandu jkollhom mill-inqas PPL(A).

(c)

Kors ta’ taħriġ. L-applikanti għall-BIR għandhom ikunu lestew f’ATO:

(1)

it-tagħlim tal-għarfien teoriku f’konformità mal-punt FCL.615(a); u

(2)

tagħlim fit-titjir li jinkludi l-moduli tat-tagħlim fit-titjir bl-istrumenti li ġejjin:

(i)

modulu 1 — il-modulu ewlieni ta’ taħriġ fit-titjir dwar il-ħiliet tal-immaniġġjar tat-titjir b’referenza unika għall-istrumenti;

(ii)

modulu 2 — il-modulu tat-taħriġ fit-titjir applikat tal-proċeduri tat-tluq, iż-żamma, l-avviċinament f’2D u 3D tal-IFR;

(iii)

modulu 3 — il-modulu ta’ taħriġ fit-titjir applikat tal-proċeduri tat-titjir tal-IFR tul ir-rotta; u

(iv)

modulu 4 — jekk hija mfittxa BIR b’aktar minn magna waħda, il-modulu tat-taħriġ fit-titjir applikat b’magna waħda wieqfa għandu jinkludi avviċinament bl-istrument asimmetriku u proċeduri ta’ tidwir; u

(3)

tagħlim tat-titjir li huwa konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

Il-modulu speċifikat fil-paragrafu (c)(2)(i) għandu jitlesta l-ewwel. Il-moduli speċifikati fil-paragrafi (c)(2)(ii) u (c)(2)(iii), u jekk applikabbli (c)(2)(iv), jistgħu jitlestew f’ordni magħżula mill-applikant.

(ii)

Il-moduli speċifikati fil-paragrafu (c)(2) jistgħu jitlestew fl-ajruplani, fl-FSTDs jew f’kombinazzjoni tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-applikant għandu jirċievi taħriġ fl-ajruplan li jkun se jintuża għat-test tal-ħiliet.

(iii)

Il-moduli speċifikati fil-paragrafi (c)(2)(i), (c)(2)(ii) u (c)(2)(iv) jistgħu jinbdew barra ATO iżda għandhom jitlestew f’ATO. Il-modulu speċifikat fil-punt (c)(2)(iii) jista’ jitlesta barra ATO.

(iv)

Qabel ma jibda l-modulu speċifikat fil-paragrafu (c)(2)(iv), bdot li ma jkollux kwalifika tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda għandu jkun irċieva t-taħriġ b’aktar minn magna waħda speċifikat fis-Subparti H ta’ dan l-Anness (Parti-FCL).

(d)

Għarfien teoriku. Qabel ma jagħmel it-test tal-ħiliet u permezz ta’ eżamijiet fis-suġġetti msemmija fil-punt FCL.615(b), l-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku li jkun adattat għall-privileġġi mogħtija. L-eżami tal-għarfien teoriku għandu jikkonsisti f’karta tal-eżami waħda assoċjata ma’ kull modulu kif speċifikat fil-paragrafi (c)(2)(i), (c)(2)(ii) u (c)(2)(iii).

(e)

Test tal-ħiliet. Wara t-tlestija tal-kors ta’ taħriġ speċifikat fil-paragrafu (c), l-applikanti għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet f’ajruplan skont l-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness. Għal BIR b’aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’ajruplan b’aktar minn magna waħda. Għal BIR b’magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’ajruplan b’magna waħda. Ajruplan b’aktar minn magna waħda fiż-żaqq għandu jitqies li huwa ajruplan b’magna waħda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

(f)

B’deroga mill-paragrafu (d), id-detenturi ta’ BIR għal inġenji b’magna waħda li jkollhom ukoll kwalifika tal-klassi ta’ inġenji b’aktar minn magna waħda u li jixtiequ jiksbu BIR għal inġenji b’aktar minn magna waħda għall-ewwel darba, għandhom itemmu kors ta’ taħriġ f’ATO li jinkludi t-taħriġ speċifikat fil-paragrafu (c)(2)(iv) u għandhom jgħaddu mit-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu (e).

(g)

Validità, rivalidazzjoni u tiġdid

(1)

BIR għandha tkun valida għal sena.

(2)

L-applikanti għal rivalidazzjoni ta’ BIR għandhom:

(i)

f’perjodu ta’ tliet xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-kwalifika, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti; jew

(ii)

fil-perjodu ta’ validità, ilesti 6 sigħat bħala PIC taħt l-IFR inklużi tliet proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti, u jlesti titjira ta’ taħriġ ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem li jkollu l-privileġġi li jipprovdi taħriġ għall-BIR.

(3)

Għal kull rivalidazzjoni sussegwenti alternata, id-detentur tal-BIR għandu jgħaddi b’suċċess minn kontroll tal-profiċjenza skont il-paragrafu (2)(i) f’ajruplan.

(4)

Jekk il-bdot jagħżel li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rivalidazzjoni speċifikati fil-paragrafu (g)(2)(i) aktar kmieni milli stipulat f’dak il-paragrafu, il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

(5)

L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsimiet rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-BIR qabel id-data ta’ skadenza tal-BIR ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-BIR qabel ma jkunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza.

(6)

Jekk BIR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom:

(i)

fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ, ilestu taħriġ ta’ aġġornament ipprovdut minn ATO jew, jekk il-BIR ikun ilu li skada tliet snin jew inqas, minn għalliem li jkollu l-privileġġi li jipprovdi taħriġ għall-BIR; u

(ii)

jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza f’ajruplan.

(7)

Għal BIR għal inġenji b’aktar minn magna waħda, il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid, kif ukoll it-taħriġ ta’ titjir meħtieġ fil-paragrafu (g)(2)(ii) għandhom jitlestew f’ajruplan b’aktar minn magna waħda.

(8)

Il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ BIR jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ kwalifika tal-klassi ta’ ajruplan bi bdot wieħed li fuqha jistgħu jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-BIR skont il-punt FCL.835(a)(1).

(h)

L-applikanti għall-BIR li jkollhom PPL jew FCL maħruġa skont l-Anness I (il-Parti-FCL) u IR(A) valida maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago minn pajjiż terz jistgħu jiġu kkreditati b’mod sħiħ għar-rekwiżiti tal-kors ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu (c)(2). Sabiex tinħarġilhom il-BIR, l-applikanti għandhom:

(1)

itemmu b’suċċess it-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu (e);

(2)

juru bil-fomm lill-eżaminatur matul it-test tal-ħiliet li huma kisbu livell adegwat ta’ għarfien teoriku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija, u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjiriet; u

(3)

ikollhom esperjenza minima ta’ mill-anqas 25 siegħa ta’ ħin ta’ titjir taħt IFR bħala PIC fuq l-ajruplani.

(i)

Id-detentur ta’ IR għandu jirċievi krediti sħaħ lejn ir-rekwiżit fil-paragrafu (c)(2).”;

(35)

il-punt FCL.915(c)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Kreditu għal aktar ċertifikati ta’ għalliem u għall-fini ta’ rivalidazzjoni:

(1)

Kreditu sħiħ għall-ħiliet li wieħed jgħallem u jitgħallem jista’ jingħata lil:

(i)

detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem li japplikaw għal aktar ċertifikati ta’ għalliem; u

(ii)

applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem li diġà jkollhom ċertifikat ta’ għalliem maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.”;

(36)

il-punt FCL.905.FI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

PPL u LAPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;”;

(b)

il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kwalifiki tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;

(c)

il-paragrafu (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

kwalifika tal-ġbid jew dik ajrubatika, dment li wieħed ikollu dawn il-privileġġi u l-FI jkun wera l-kapaċità li jgħallem għal dik il-kwalifika lil FI li huwa kkwalifikat skont il-punt (j);”;

(d)

il-paragrafu (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

BIR jew IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata, dment li l-FI jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikunu lestew bħala bdoti studenti l-kors ta’ taħriġ tal-IRI u jkunu għaddew minn valutazzjoni ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat tal-IRI;

(2)

jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935 fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2) fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn magna waħda;

Flimkien mal-kundizzjonijiet (1) u (2):

(3)

jekk matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, l-FI ikun qed jipprovdi taħriġ f’FSTDs jew ikun qed jissorvelja titjiriet ta’ taħriġ ta’ SPIC li jsiru skont l-IFR, l-FI għandu jkun lesta mill-inqas 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-BIR jew tal-IR, li minnhom massimu ta’ 10 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;

(4)

jekk l-FI qed jipprovdi taħriġ f’inġenju tal-ajru, l-FI għandu jkun lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom sa 50 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.”

(e)

il-paragrafu (j)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

ikunu lestew mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;”;

(37)

il-punt FCL.910.FI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

għall-ħruġ tal-PPL u LAPL;”;

(ii)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

“għal kwalifiki tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru b’magna waħda u bi bdot wieħed, ħlief għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;”;

(b)

fil-paragrafu (c), il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

għall-FI(As), 15-il siegħa jew 50 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru s-sillabu sħiħ tat-taħriġ għall-ħruġ ta’ PPL(As).”;

(38)

fil-punt FCL.915.FI, il-paragrafi (e) u (f) huma mħassra;

(39)

il-paragrafu (b) tal-punt FCL.930.FI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku, inklużi t-testijiet tal-progress;”;

(b)

fil-paragrafu (3):

(i)

il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 15-il siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti.”;

(ii)

il-punti (iii), (iv) u (v) huma mħassra;

(c)

il-paragrafu (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Applikanti għal ċertifikat tal-FI f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru li jkollhom jew li kellhom FI(A), (H) jew (As) għandhom jiġu kkreditati b’55 siegħa b’rabta mar-rekwiżit fil-punt (b)(2).”;

(40)

il-paragrafu (a) tal-punt FCL.940.FI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (1)(i)(A) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(A)

fil-każ ta’ FI(A) u FI(H), mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata bħala FIs, TRIs, CRIs, IRIs, MIs jew eżaminaturi. Jekk il-privileġġi għat-tagħlim tal-BIR u l-IR għandhom jiġu rivalidati, 10 minn dawk il-50 siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal BIR jew IR u għandhom ikunu tlestew fl-aħħar 12-il xahar eżatt qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat tal-FI;”;

(b)

il-paragrafi (1)(i)(C) u (1)(i)(D) jitħassru;

(c)

il-paragrafu (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

Għal mill-inqas kull rivalidazzjoni alternata, fil-każ ta’ FI(A) jew FI(H), jew kull tielet rivalidazzjoni, fil-każ ta’ FI(As), id-detenturi taċ-ċertifikat ta’ FI rilevanti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.”;

(41)

fil-punt FCL.905.TRI, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid ta’ IR, sakemm it-TRI jkollu IR valida;”;

(42)

fil-punt FCL.905.IRI, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-privileġġi tal-IRIs jippermettu li jingħataw taħriġ għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid ta’ BIR u IR fil-kategorija ta’ inġenji tal-ajru adattata.”;

(43)

il-punt FCL.915.IRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.915 IRI

Applikanti għal ċertifikat ta’ IRI għandhom:

(a)

fil-każ ta’ IRI(A):

(1)

biex jipprovdu taħriġ fl-FSTDs matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-BIR jew tal-IR, li minnhom mill-inqas 50 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;

(2)

biex jipprovdu taħriġ f’ajruplan, ikunu lestew mill-inqas 800 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 400 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;

(3)

biex japplikaw għal IRI(A) għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;

(b)

għal IRI(H):

(1)

biex jipprovdu taħriġ fl-FSTDs matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, ikunu lestew mill-inqas 125 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-IR, li minnhom mill-inqas 65 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’ħelikopters;

(2)

biex jipprovdu taħriġ f’ħelikopter, ikunu lestew mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 250 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’ħelikopters; u

(3)

biex japplikaw għal IR(H) għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt FCL.905.FI(h)(2);

(c)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRI(As) għandhom ikunu lestew mill-inqas 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’airships.”;

(44)

fil-punt FCL.905.STI, il-paragrafu (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

il-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ BIR u IR u kwalifika tal-klassi jew tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed.”;

(45)

fil-punt FCL.1005.FE, il-paragrafi (d) u (e) jitħassru.

(46)

fil-punt FCL.1005.TRE, il-paragrafu (a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

kontrolli tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid tal-kwalifiki tat-tip u tal-IRs;”;

(47)

il-punt FCL.1005.CRE, il-paragrafu (b)(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

rivalidazzjoni u tiġdid ta’ BIRs, sakemm is-CRE jkun lesta:

(i)

1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot tal-ajruplani; u

(ii)

450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont IFR; u”;

(48)

il-punt FCL.1005.IRE huwa sostitwit b’dan li ġej:

FCL.1005 IRE IRE — Privileġġi

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IRE) huma li jwettaq testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ BIRs u IRs, u kontrolli tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni u t-tiġdid tagħhom.”;

(49)

fil-punt FCL.1010.SFE, il-paragrafi (a)(1) u (2) huma emendati kif ġej:

“(a)

SFE(A)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(A) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:

(i)

ikollhom jew kellhom ATPL(A) u kwalifika tat-tip;

(ii)

ċertifikat ta’ SFI(A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; u

(iii)

ikunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2)

fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(i)

ikollhom jew kellhom CPL(A) jew ATPL(A) u kwalifika tat-tip;

(ii)

ċertifikat ta’ SFI(A) għall-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli; u

(iii)

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani bi bdot wieħed;”

(50)

fil-punt FCL.1005.FIE, il-paragrafu (c) huwa emendat kif ġej:

“(c)

FIE(As). Il-privileġġi ta’ FIE fuq l-airships huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ għalliema tal-airships, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.”;

(51)

fil-punt FCL.1010.FIE, il-paragrafi (d) u (e) jitħassru;

(52)

L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

LAPL u PPL”;

(b)

il-paragrafi 1.1 u 1.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.1.

Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.120(a).

1.2.

Għall-ħruġ ta’ LAPL jew ta’ PPL, id-detenturi ta’ PPL, CPL jew ATPL f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati lejn ir-rekwiżiti tal-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(a). Dan il-kreditu għandu japplika wkoll għal applikanti għal LAPL jew PPL li jkollhom BPL maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew SPL maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, ħlief li s-suġġett ‘navigazzjoni’ ma għandux jiġi kkreditat.”;

(c)

il-paragrafu 1.2a jitħassar;

(d)

il-paragrafu 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.

Għall-ħruġ ta’ PPL, id-detentur ta’ LAPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn rekwiżiti tal-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku.”;

(e)

il-paragrafu 1.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.4.

B’deroga mill-paragrafu 1.2, għall-ħruġ ta’ LAPL(A), id-detentur ta’ SPL maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 bil-privileġġi li jtajjar TMGs għandu juri livell adegwat ta’ għarfien teoriku għall-klassi tal-ajruplani fuq l-art b’magna waħda bil-pistuni tal-art skont il-punt FCL.135.A(a)(2).”;

(f)

il-paragrafu 4.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.1.

Applikanti għal IR, jew għal BIR, li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoriċi għal CPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, għandhom ikunu kkreditati lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

Il-prestazzjoni umana,

Il-meteoroloġija.”;

(53)

L-Appendiċi 3 hija emendata kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu A, il-paragrafu li ġej il-punt 9(f)(3)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati.”;

(b)

fil-Kapitolu C, il-paragrafu wara l-punt 8(e)(2)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati; u”;

(c)

fil-Kapitolu D, il-punt 8(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, FTD 2, FNPT II jew FFS. L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati;”;

(d)

fil-Kapitolu E, il-punt (a) fil-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ikun wettaq 150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir; inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ajruplani li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.

Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC fl-ajruplani, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

20 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom PPL(H);

(2)

50 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom CPL(H);

(3)

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(4)

20 siegħa f’airship, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

(5)

50 siegħa f’airship, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As).”;

(e)

fil-Kapitolu E, il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.

L-applikanti li jkollhom IR(A) valida għandhom ikunu kkreditati lejn il-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li jkollhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati sa 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti b’żewġ bdoti, u f’dan il-każ mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti b’żewġ bdoti għandhom jingħataw f’ajruplan. L-applikanti li jkollhom BIR jew Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat lejn il-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti.”;

(f)

fil-Kapitolu E, il-punt 12(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I jew FNPT II jew FFS. L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati;”;

(54)

fl-Appendiċi 6, il-Kapitolu A huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Applikanti għal kors ta’ IR(A) modulari għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(A) jew CPL(A). Applikanti għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, li ma jkollhomx CPL(A), għandhom ikunu detenturi ta’ BIR jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu Bażiku tat-Titjir bl-Istrumenti.”;

(b)

il-paragrafu 10.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.1.

Id-detenturi ta’ CPL(A), ta’ BIR, jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu Bażiku tat-Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat lejn l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafi 7 jew 8 ta’ hawn fuq”;

(55)

fl-Appendiċi 6, il-Kapitolu Aa huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 9 u 10 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala 11 u 12;

(b)

il-paragrafi 9 u 10 jiddaħħlu kif ġej:

“9.

L-applikanti għall-IR(A) modulari bbażata fuq il-kompetenzi li jkollhom BIR skont il-punt FCL.835 u li rċevew mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti waqt tagħlim f’ATO jistgħu jiġu kkreditati lejn il-kors ta’ taħriġ imsemmi fil-paragrafu 4, sakemm is-suġġetti kollha ta’ klassifika tal-istrumenti bbażati fuq il-kompetenzi jkunu ġew inklużi f’dak it-taħriġ mill-BIR, u ġew ivvalutati mill-ATO li tipprovdi l-kors ta’ taħriġ modulari fit-titjir ibbażat fuq il-kompetenzi.

10.

L-applikanti għall-IR(A) modulari bbażata fuq il-kompetenzi li jkollhom BIR u li għandhom esperjenza ta’ mill-inqas 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR bħala PIC fuq l-ajruplani għandhom:

(a)

f’ATO:

(i)

jiġu vvalutati li għandhom standard aċċettabbli ta’ għarfien teoriku dwar il-klassifika tal-istrumenti bbażat fuq il-kompetenzi;

(ii)

jirċievu taħriġ adattat fit-titjir biex jiġu estiżi l-privileġġi ta’ IFR skont FCL.605.IR(a);

(b)

wara li (a) ikun tlesta;

(i)

itemmu t-test tal-ħiliet għall-IR(A) b’suċċess skont l-Appendiċi 7;

(ii)

juru bil-fomm lill-eżaminatur matul it-test tal-ħiliet li huma kisbu livell adegwat ta’ għarfien teoriku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija, u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjiriet.”;

(56)

L-Appendiċi 7 hija emendata kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’“test tal-ħiliet ta’ BIR u I R”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-applikanti għandhom ikunu ngħataw tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li jintuża fit-test li għandu jkun mgħammar kif xieraq għall-għanijiet tat-taħriġ u tal-ittestjar.”;

(c)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.

L-applikanti għandhom jindikaw lill-eżaminatur il-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jitwettqu skont il-lista ta’ kontroll awtorizzata għall-inġenju tal-ajru li fuqu jkun qed isir it-test. Matul il-preparazzjoni ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikanti għandhom jiddeterminaw il-konfigurazzjonijiet tal-enerġija u l-veloċitajiet. L-applikanti għandhom jikkalkulaw id-data tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-inżul f’konformità mal-manwal tal-operat jew mal-manwal tat-titjir għall-inġenju tal-ajru użat.”;

(d)

fil-paragrafu 11, fl-aħħar tat-tabella għal “ajruplani”, il-kliem tan-nota ta’ qiegħ il-paġna (++) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(++)

Biex jiġu stabbiliti l-privileġġi ta’ PBN, avviċinament wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.”;

(e)

fil-paragrafu 11, fl-aħħar tat-tabella għal “ħelikopters”, il-kliem tan-nota ta’ qiegħ il-paġna (+) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(+)

Biex jiġu stabbiliti l-privileġġi ta’ PBN, avviċinament wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.”;

(57)

it-titolu tal-Appendiċi 9 huwa sostitwit bi “Taħriġ, test tal-ħiliet u kontroll tal-profiċjenza għall-MPL, ATPL, kwalifiki tat-tip u tal-klassi, u kontroll tal-profiċjenza għall-BIR u l-I R”.

(58)

L-Appendiċi 9 hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 5 tat-Taqsima B, il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mis-subparagrafu ta’ hawn fuq, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għal rivalidazzjoni tal-privileġġi ta’ PBN ma jinkludix eżerċizzju ta’ RNP APCH, il-privileġġi ta’ PBN tal-pilota ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun lesta kontroll tal-profiċjenza li jinkludi eżerċizzju ta’ RNP APCH.”;

(b)

fil-punt 6 tat-Taqsima B, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tkun tindika eżerċizzju obbligatorju jew għażla fejn jidher aktar minn eżerċizzju wieħed.”;

(c)

fil-punt 6 tal-punt (B), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mis-subparagrafu ta’ hawn fuq, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għal rivalidazzjoni tal-privileġġi ta’ PBN ma jinkludix eżerċizzju ta’ RNP APCH, il-privileġġi ta’ PBN tal-bdot ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun lesta kontroll tal-profiċjenza inkluż eżerċizzju ta’ RNP APCH.”;

(d)

fil-punt 6 tat-Taqsima B, fit-tabella li ġejja l-punt (j), ir-ringiela għall-eżerċizzju 3.8.3.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.8.3.4*

B’mod manwali, b’magna waħda simulata li ma taħdimx waqt l-avviċinament finali, jew sakemm tintmess l-art jew permezz tal-proċedura sħiħa ta’ avviċinament bla suċċess (kif applikabbli), u b’bidu minn:

(i)

qabel ma jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mil-livell tal-ajrudrom; u

(ii)

wara li jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mil-livell tal-ajrudrom.

F’ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ trasport (JAR/FAR 25) jew bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ vvjaġġar minn post għall-ieħor (SFAR 23), l-avviċinament bi ħsara simulata tal-magna u l-avviċinament b’tidwir li jirriżulta għandhom jinbdew flimkien mal-avviċinament 2D b’mod konformi ma’ 3.8.4. It-tidwir għandu jinbeda meta jintlaħaq l-għoli/tintlaħaq l-altitudni ppubblikata ta’ spazju ħieles mingħajr ostaklu (OCH/A); madankollu, mhux aktar tard minn meta jintlaħaq MDH/A ta’ 500 pied ’il fuq mill-elevazzjoni minima tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta’ ajruplan tal-kategorija tat-trasport fir-rigward tal-massa waqt it-tlugħ u l-altitudni ta’ densità, l-għalliem jista’ jissimula l-ħsara fil-magna skont l-eżerċizzju 3.8.3.4.

P --->

--->

 

M”;

 

(e)

fil-punt 6 tat-Taqsima B, fit-tabella li ġejja l-punt (j), ir-ringiela għall-eżerċizzju 3.8.3.5 titħassar.

(f)

fit-Taqsima C, jiddaħħal il-punt 8a ġdid li ġej:

“(8a)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mis-subparagrafu ta’ hawn fuq, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għal rivalidazzjoni tal-privileġġi PBN ma jinkludix eżerċizzju ta’ RNP APCH, il-privileġġi ta’ PBN tal-bdot ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun lesta kontroll tal-profiċjenza inkluż eżerċizzju ta’ RNP APCH.”.


ANNESS II

Il-punt MED.A.030 tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Meta jeżerċita l-privileġġi ta’:

(1)

liċenzja ta’ bdot għal inġenji tal-ajru ħfief (LAPL), liċenzja ta’ bdot għall-blalen tal-arja (BPL) maħruġa skont l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, jew liċenzja ta’ bdot għall-gliders (SPL) maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, il-bdot għandu jkollu tal-inqas ċertifikat mediku validu tal-LAPL;

(2)

liċenzja ta’ bdot privat (PPL), il-bdot għandu jkollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(3)

BPL għall-iskop ta’:

(i)

ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-blalen tal-arja, il-bdot għandu jkollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(ii)

operazzjoni kummerċjali għajr ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-blalen tal-arja, b’aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru, il-bdot għandu jkollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(4)

SPL għall-iskop ta’ operazzjonijiet kummerċjali ta’ glider minbarra dawk speċifikati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, il-bdot għandu jkollu tal-anqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(5)

liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), liċenzja ta’ bdot ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed (MPL) jew liċenzja ta’ bdot tat-trasport ta’ linja tal-ajru (ATPL), il-bdot għandu jkollu ċertifikat mediku validu tal-klassi 1.”;

(b)

il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Jekk tiżdied kwalifika tat-titjir bl-istrumenti jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti bażika ma’ PPL, id-detentur ta’ liċenzja għandu jagħmel l-eżamijiet awdjometriċi tat-tonalità pura skont il-perjodiċità u l-istandard meħtieġ għad-detenturi ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 1.”.


ANNESS III

L-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt ARA.GEN.220, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjonijiet, taċ-ċertifikati tal-kwalifika ta’ FSTD u tal-liċenzji tal-persunal, taċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet li tkun ħarġet, dikjarazzjonijiet ta’ DTO li tkun irċeviet, u l-programmi ta’ taħriġ tad-DTO li hija vverifikat jew approvat għall-konformità mal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.”;

(2)

il-punt ARA.GEN.350 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja tal-paragrafu (da) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(da)

B’deroga mill-paragrafi (a) sa (d), fil-każ ta’ DTOs, jekk matul is-sorveljanza jew bi kwalunkwe mezz ieħor l-awtorità kompetenti ssib evidenza li tindika n-nuqqas ta’ konformità ta’ DTO mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, jew mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, l-awtorità kompetenti għandha:”;

(b)

il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar addizzjonali, jekk l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont il-punt ARA.GEN.300(d) tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness VII (Parti-ORA) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, jew mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 minn organizzazzjoni ċċertifikata minn, jew li tkun ressqet dikjarazzjoni lil, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija, hija għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti b’dak in-nuqqas ta’ konformità.”;

(3)

fil-punt ARA.GEN.360, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Malli tirċievi talba mingħand detentur tal-liċenzja biex jibdel l-awtorità kompetenti kif speċifikat fil-punt FCL.015(e) tal-Anness I (Parti-FCL), il-punt BFCL.015(f) tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew il-punt SFCL.015(f) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, l-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, titlob lill-awtorità kompetenti tad-detentur tal-liċenzja tittrasferixxi, mingħajr dewmien żejjed, dawn kollha li ġejjin:

(1)

verifika tal-liċenzja;

(2)

kopji tar-rekords mediċi tad-detentur tal-liċenzja li jinżammu minn dik l-awtorità kompetenti skont il-punti ARA.GEN.220 u ARA.MED.150. Ir-rekords mediċi għandhom jiġu ttrasferiti skont il-punt MED.A.015 tal-Anness IV (Parti-MED) u għandhom jinkludu sommarju tal-istorja medika rilevanti tal-applikant, ivverifikata u ffirmata mill-valutatur mediku.”;

(4)

fil-punt ARA.FCL.200, jiżdied il-paragrafu (e) li ġej:

“(e)

Għalliema għaċ-ċertifikati ta’ FI(B) jew FI(S): L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa għat-twettiq tat-titjiriet ta’ taħriġ taħt superviżjoni speċifikata fi:

(1)

il-punti BFCL.315(a)(5)(ii) u BFCL.360(a)(2) tal-Anness III (Parti-BCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395; u

(2)

il-punti SFCL.315(a)(7)(ii) u SFCL.360(a)(2) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.”;

(5)

il-punt ARA.FCL.250(a), is-subparagrafu (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

id-detentur tal-liċenzja ma għadux konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-FCL), tal-Anness III (-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976;”;

(6)

fil-punt ARA.FCL.300, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha ddaħħal fis-seħħ l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tippermetti lill-applikanti jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-FCL), tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew tal-Anness III (Parti-FCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.”;

(7)

il-punt ARA.ATO.110 li ġej jiddaħħal wara l-punt ARA.ATO.105:

ARA.ATO.110 Approvazzjoni tal-listi tat-tagħmir minimu

Meta l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ lista ta’ tagħmir minimu skont il-punti ORO.MLR.105 tal-Anness III (Parti-ORO) u NCC.GEN.101 tal-Anness VI (Parti-NCC) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, hija għandha taġixxi skont il-punt ARO.OPS.205 tal-Anness II (Parti-ARO) ta’ dak ir-Regolament.”;

(8)

fil-punt ARA.DTO.100, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Jekk id-dikjarazzjoni ma jkunx fiha l-informazzjoni meħtieġa jew tkun tinkludi informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, jew mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punt ARA.GEN.350(da).”;

(9)

fil-punt ARA.DTO.110, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Meta tirċievi l-programmi ta’ taħriġ ta’ DTO, u kwalunkwe tibdil li jsirilhom, li jkunu nnotifikati lilha skont il-punt DTO.GEN.115(c) tal-Anness VIII (Parti-DTO) jew l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ ta’ DTO ppreżentati lilha skont il-punt DTO.GEN.230(c) ta’ dak l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità ta’ dawk il-programmi ta’ taħriġ mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.”;

(10)

L-Appendiċi I hija emendata kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja wara t-titolu “Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjir a” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat Membru skont l-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:”;

(b)

il-paragrafu (a)(1)(III) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(III)

numru tas-serje tal-liċenzja, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat li ħareġ il-liċenzja, segwit mill-ittri ‘FCL’, ‘BFCL’ jew ‘SFCL’, kif applikabbli, u kodiċi ta’ numri Għarbin u/jew ittri Latini;”;

(c)

il-paragrafu (a)(2)(XII) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(XII)

kwalifiki, ċertifikati u, fil-każ ta’ blalen tal-arja u gliders, privileġġi: klassi, tip, ċertifikati ta’ għalliem, eċċ., bid-dati tal-iskadenza, kif applikabbli. Il-privileġġi tat-telefonija bir-radju (R/T) jistgħu jidhru fuq il-liċenzja jew fuq ċertifikat separat;”;

(d)

il-mudell li jsegwi l-paragrafu (c), bl-intestatura “Paġna ta’ quddiem” (il-Formola 141 tal-EASA Ħarġa 2) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi “Maħruġa skont il-Parti-FCL” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Maħruġa skont il-Parti FCL/il-Parti-BFCL/il-Parti-SFCL (termini mhux applikabbli għandhom jitħassru)”;

(ii)

il-frażi “Din il-liċenzja tikkonforma mal-istandards tal-ICAO, ħlief għal-LAPL u l-privileġġi tal-EIR” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Din il-liċenzja tikkonforma mal-istandards tal-ICAO, ħlief għall-privileġġi tal-LAPL u l-BIR jew meta tkun akkumpanjata minn ċertifikat mediku tal-LAPL”;

(e)

fil-mudell wara t-titolu “Paġna 2”, il-frażi ‘In-numru tas-serje tal-liċenzja sejjer dejjem jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat li ħareġ il-liċenzja segwit minn “FCL”. (rimarka assoċjata mal-qasam Nru III — Numru tal-liċenzja) hija sostitwita b’dan li ġej:

“In-numru tas-serje tal-liċenzja sejjer dejjem jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat li ħareġ il-liċenzja segwit minn ‘FCL.’, ‘BFCL.’ jew ‘SFCL.’, kif applikabbli.”;

(f)

il-mudell li jsegwi l-intestatura “Paġna 3” huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi “Abbrevjazzjonijiet użati se jintużaw fil-Parti-FCL (eż. PPL(H), ATPL(A), eċċ.)” (test assoċjat mal-qasam Nru II - Titolu tal-liċenzja, data tal-ħruġ inizjali u kodiċi tal-pajjiż) hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-abbrevjazzjonijiet se jkunu bħal dawk użati fil-Parti-FCL (eż. PPL(H), ATPL(A), eċċ.), fil-Parti-BFCL u fil-Parti-SFCL”;

(ii)

wara l-frażi “F’każ ta’ LAPL: LAPL mhux maħruġa skont l-istandards tal-ICAO” (test assoċjat mal-qasam Nru XIII - Rimarki), jiżdied it-test li ġej:

“Fil-każ ta’ SPL, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-Punt 2(b) tal-Artikolu 3b tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976: Privileġġi għal titjir fil-livell tas-sħab ajrubatiku u tal-gliders kif ukoll għal metodi ta’ llanċjar li għandhom jiġu eżerċitati skont il-punti SFCL.155, SFCL.200 u SFCL.215 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.”.

(11)

L-Appendiċi III hija sostitwita b’dan li ġej:

“ĊERTIFIKAT GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI (ATOs)

Unjoni Ewropea *

Awtorità Kompetenti

ĊERTIFIKAT TA’ ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ APPROVATA

[NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT]

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 [u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395/ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI)] u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[Awtorità Kompetenti] b’dan tiċċertifika

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ]

[INDIRIZZ TAL-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ]

bħala organizzazzjoni ta’ taħriġ iċċertifikata skont il-Parti-ORA bil-privileġġ li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-FCL, inkluż l-użu ta’ FSTDs, kif elenkat fl-approvazzjoni tal-kors ta’ taħriġ mehmuż/korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-BFCL/korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI].

KUNDIZZJONIJIET:

Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għall-privileġġi u għall-ambitu tal-provvista tal-korsijiet ta’ taħriġ, inkluż l-użu ta’ FSTDs, kif elenkat fl-approvazzjoni mehmuża tal-kors ta’ taħriġ.

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sakemm l-organizzazzjoni approvata tibqa’ konformi mal-Parti-ORA, il-Parti-FCL, il-Parti-BFCL, il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI] u regolamenti oħra applikabbli.

Soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu sakemm iċ-ċertifikat jiġi ċedut, sostitwit, ristrett, sospiż jew revokat.

Data tal-ħruġ:

Iffirmat:

[Awtorità Kompetenti]

*

“L-Unjoni Ewropea” għandha titħassar għal Stati Membri li mhumiex membri tal-UE

FORMOLA 143 TAL-EASA Ħarġa 2 – Paġna 1/2

ĊERTIFIKAT TA’ ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ APPROVATA

APPROVAZZJONI TA’ KORS TA’ TAĦRIĠ

Hemża maċ-Ċertifikat ATO Nru:

[NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT]

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ]

kiseb il-privileġġ li jipprovdi u jwettaq dawn il-korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-FCL/il-Parti-BFCL/il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI] u li juża l-FSTDs li ġejjin:

Kors ta’ taħriġ

FSTD(s) użat(i), inkluż il-kodiċi b’ittri  (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Din l-approvazzjoni tal-kors ta’ taħriġ hija valida sakemm:

(a)

iċ-ċertifikat tal-ATO ma jkunx ġie ċedut, sostitwit, ristrett, sospiż jew revokat; u

(b)

l-operazzjonijiet kollha jitwettqu skont il-Parti-ORA, il-Parti-FCL, il-Parti-BFCL, il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI], regolamenti oħra applikabbli, u, fejn rilevanti, skont il-proċeduri fid-dokumentazzjoni tal-organizzazzjoni kif meħtieġa bil-Parti-ORA.

Data tal-ħruġ:

Iffirmat:[Awtorità Kompetenti]

Għall-Istat Membru/EASA

FORMOLA 143 TAL-EASA Ħarġa 2 — Paġna 2/2”;

(12)

L-Appendiċi VIII hija sostitwita b’dan li ġej:

Approvazzjoni tal-programm ta’ taħriġ

għal organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO)

Unjoni Ewropea (*)

Awtorità kompetenti

L-awtorità tal-ħruġ:

Isem id-DTO:

Numru ta’ referenza tad-DTO:

 

Programm(i) ta’ taħriġ approvat(i):

Standardizzazzjoni tal-eżaminatur - FE(S), FE(B) (**)

Kors ta’ aġġornament għall-eżaminatur — FE(S), FE(B) (**)

Ir-referenza tad-dokument:

Rimarki:

Il-programm(i) ta’ taħriġ imsemmi(ja) hawn fuq ġie/ġew ivverifikat(i) mill-awtorità kompetenti msemmija hawn fuq u nstab li huwa/huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

Data tal-ħruġ:

Iffirmat: [awtorità kompetenti]

(*)

“Unjoni Ewropea” għandha titħassar għal Stati Membri mhux fl-UE.

(**)

Irid jiġi adattat kif ikun applikabbli.

Ħarġa Nru 2 tal-Formola XXX tal-EASA — Paġna 1/1”.


(1)  kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kwalifika


ANNESS IV

L-Anness VII (Parti-ORA) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt ORA.ATO.110 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (b), is-subparagrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

li jiżgura li t-taħriġ ipprovdut ikun konformi mal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ titjir bi prova, li r-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u l-programm ta’ taħriġ ikunu ġew stabbiliti;”;

(b)

il-paragrafu (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ tas-simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għat-tip ta’ taħriġ li jipprovdu.”;

(2)

fil-punt ORA.ATO.125, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Il-programm ta’ taħriġ għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), L-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ test ta’ titjir, ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.”.


ANNESS V

L-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt DTO.GEN.110 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi (a)(3) u (4) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3)

għall-gliders, skont ir-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976:

(a)

tagħlim ta’ għarfien teoriku għall-SPL;

(b)

tagħlim fit-titjir għall-SPL;

(c)

taħriġ għall-estensjoni tal-privileġġi għal gliders jew TMGs skont il-punt SFCL.150;

(d)

taħriġ għal metodi ta’ llanċjar addizzjonali skont il-punt SFCL.155;

(e)

taħriġ għal kwalifiki u privileġġi addizzjonali: privileġġi ajrubatiċi bażiċi u ajrubatiċi avvanzati, kwalifika tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni, kwalifika ta’ billejl għal TMG, u privileġġi ta’ titjir tal-gliders fil-livell tas-sħab;

(f)

taħriġ għal ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir għall-gliders (FI(S));

(g)

kors ta’ aġġornament għal FI(S);

(4)

għall-blalen tal-arja, skont ir-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976:

(a)

tagħlim ta’ għarfien teoriku għall-BPL;

(b)

tagħlim fit-titjir għall-BPL;

(c)

taħriġ għal estensjoni tal-klassi jew tal-grupp skont il-punt BFCL.150;

(d)

taħriġ għal kwalifiki addizzjonali: titjira tal-ballun tal-arja sħuna marbut, billejl, u kwalifika ta’ operazzjoni kummerċjali;

(g)

taħriġ għal ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir għall-blalen tal-arja (FI(B));

(h)

kors ta’ aġġornament FI(B).”;

(b)

il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

DTO għandha tkun intitolata li tipprovdi wkoll korsijiet tal-eżaminaturi msemmija fil-punti BFCL.430 u BFCL.460(b)(1) tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 għal FE(B); kif ukoll fil-punti SFCL.430 u SFCL.460(b)(1) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għall-FE(S); dment li d-DTO tkun ressqet dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.115 u l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm ta’ taħriġ skont il-punt DTO.GEN.230(c).”;

(2)

il-punt DTO.GEN.115(a), is-subparagrafu (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(8)

dikjarazzjoni li tikkonferma li d-DTO hija konformi u, matul l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ koperti mid-dikjarazzjoni, se tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti ta’l-Anness I (Parti-FCL) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.”;

(3)

il-punt DTO.GEN.210 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (a)(2)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

li t-taħriġ ipprovdut jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 u mal-programm ta’ taħriġ tad-DTO;”;

(b)

il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ tas-simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għat-tip ta’ taħriġ li jipprovdu.”;

(4)

il-punt DTO.GEN.230 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Il-programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.”;

(b)

il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

DTO għandu jkun intitolat li jipprovdi t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110(b) biss meta l-programm ta’ taħriġ tiegħu għal dak it-taħriġ, u kull bidla fih, ikunu nħarġu mill-awtorità kompetenti, wara applikazzjoni mid-DTO, b’approvazzjoni skont il-punt ARA.DTO.110, li tikkonferma li l-programm ta’ taħriġ u kull bidla fih jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli. DTO għandha tapplika għal tali approvazzjoni permezz tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tagħha f’konformità mal-punt DTO.GEN.115.”;

(5)

fl-Appendiċi 1, it-Taqsima 9 tal-formola ta’ dikjarazzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“9.

Stqarrija

Id-DTO żviluppat politika ta’ sikurezza skont l-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, u b’mod partikolari skont il-punt DTO.GEN.210(a)(1)(ii) tiegħu, u se tapplika dik il-politika waqt l-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni.

Id-DTO tikkonforma u, matul l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni, se tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, u mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

Nikkonfermaw li l-informazzjoni kollha li tinsab f’din id-dikjarazzjoni, inklużi l-annessi tagħha (jekk huwa applikabbli), hija kompluta u korretta.

L-isem, id-data u l-firma tar-rappreżentant tad-DTO

L-isem, id-data u l-firma tal-kap tat-taħriġ tad-DTO”.


Top