EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1807

Deċiżjoni Nru 2/2019tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni Bejn L-UE U R-Repubblika tal-Moldova Mlaqqa’ fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tal-4 ta’ Ottubru 2019 rigward l-aġġornament tal-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra 2019/1807

PUB/2019/62

OJ L 276, 29.10.2019, p. 56–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1807/oj

29.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/56


DEĊIŻJONI Nru 2/2019TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA MLAQQA’ FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

tal-4 ta’ Ottubru 2019

rigward l-aġġornament tal-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra 2019/1807

IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikoli 85, 253, 436, 438 u 449 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

L-Artikoli 85 u 253 tal-Ftehim jipprovdu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) msemmija fl-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim (‘Anness XXVIII-D’).

(3)

L-acquis tal-Unjoni msemmi fl-Anness XXVIII-D evolva mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f’Ġunju 2013. B’mod partikolari, l-Unjoni adottat l-atti li ġejjin li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-atti msemmija fl-Anness XXVIII-D:

(i)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli (1);

(ii)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli (2);

(iii)

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (3);

(iv)

Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (4);

(v)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (5);

(vi)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (6) u r-Rettifika tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (7);

(vii)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (8);

(viii)

Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (9);

(ix)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (10);

(x)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti (11);

(xi)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera (12);

(xii)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji, kif emendata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012 (13);

(xiii)

Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (14);

(xiv)

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(xv)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (16);

(xvi)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(xvii)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fil-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli (18);

(xviii)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (19);

(xix)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (20);

(xx)

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (21);

(xxi)

Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (22);

(xxii)

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri (23);

(xxiii)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (24);

(xxiv)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament (25);

(xxv)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (26);

(4)

Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġislazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta’ żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-D. Sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni adatta tal-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-acquis tal-Unjoni, jeħtieġ li l-atti elenkati taħt il-premessa (3) jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness XXVIII-D, u ċerti skadenzi għandhom jiġu emendati biex jitqies il-progress li diġà sar sal-lum mir-Repubblika tal-Moldova fil-proċess ta’ approssimazzjoni għall-acquis tal-Unjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) ikollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(6)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (27), il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar, fost oħrajn, il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar ta’ dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar tal-Annessi.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXVIII-D jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Chişinău, ir-4 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ

I. COSTACHI

Il-President

A. FERNÁNDEZ DÍEZ C. CEBAN

Is-Segretarji


(1)  ĠU L 366, 20.12.2014, p. 83.

(2)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 82.

(3)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.

(4)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.

(5)  ĠU L 308, 29.10.2014, p. 82.

(6)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 51.

(7)  ĠU L 193, 19.7.2016, p. 117.

(8)  ĠU L 302, 19.11.2015, p. 99

(9)  ĠU L 218, 14.8.2013, p. 1.

(10)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(11)  ĠU L 125, 21.5.2010, p. 2.

(12)  ĠU L 241, 14.9.2010, p. 1.

(13)  ĠU L 241, 14.9.2010, p. 4.

(14)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 101.

(15)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.

(16)  ĠU L 49, 24.2.2011, p. 33.

(17)  ĠU L 328, 10.12.2011, p. 36.

(18)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 15.

(19)  ĠU L 162, 29.6.2010, p. 1.

(20)  ĠU L 48, 19.2.2005, p. 19.

(21)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3.

(22)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 78.

(23)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53.

(24)  ĠU L 329, 14.12.2007, p. 33

(25)  ĠU L 156, 14.6.2008, p. 10.

(26)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30.

(27)  Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta’ Diċembru 2014 dwar id-delega ta’ ċerti setgħat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40).


ANNESS

“Anness XXVIII-D

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI MARITTIMU

Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġislazzjoni tagħha għall-atti li ġejjin tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perijodi ta’ żmien stipulati.

Is-sigurtà marittima – Stat tal-bandiera/soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/111/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi, kif emendata mid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/15/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1355/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Stat tal-Bandiera

Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Kontroll tal-Istat tal-Port

Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/38/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/757 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 428/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 801/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 802/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port kif emendat bid-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif implimentat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/16/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-Monitoraġġ tat-Traffiku tal-Bastimenti

Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/17/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/15/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/100/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Investigazzjoni ta’ Inċidenti

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri kif emendata mid-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1286/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/18/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-responsabbiltajiet tat-trasportaturi ta’ passiġġieri

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 540/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Regoli tekniċi u operattivi

Tagħmir tal-baħar

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/90/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Vapuri tal-passiġġieri

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/36/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE u d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/45/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/844 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/12/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/25/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Tankers taż-żejt

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa

Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b’sigurtà ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/96/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ekwipaġġ

Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/35/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara, kif emendata mid-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ambjent

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/71/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2087 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru tal-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/84/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 536/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Kundizzjonijiet tekniċi

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/65/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Kundizzjonijiet soċjali

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/29/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) fl-Unjoni Ewropea — Anness: Il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara u emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/63/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/13/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f’portijiet Komunitarji

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/95/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Is-sigurtà marittima

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/65/KE, ħlief dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-faċilitajiet tal-portijiet

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, ħlief dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.


Top